Għawdex – żwiġijiet bir-reġistru u adozzjonijiet bejn koppji tal-istess sess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17468 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka kemm kien hemm żwiġijiet bir-reġistru Għawdxi mill-2017 ‘l hawn maqsuma sena b’sena, bejn koppji tal-istess sess u kemm saru adozzjonjiet bejn koppji tal-istess sess fil-gżira Għawdxija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2017 ‘l hawn ġew reġistrati ħames żwiġijiet bir-reġistru Għawdxi bejn koppji tal-istess sess kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fl-imsemmi perijodu ma kien hemm ebda’ reġistrazzjoni ta’ adozzjonijiet bejn koppji tal-istess sess fil-gżira Għawdxija.
Attachments:PQ 17851 - Għawdex – żwiġijiet bir-reġistru u adozzjonijiet bejn koppji tal-istess sess.pdf
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17596 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min huma l-konsulenti tal-Air Malta? Kif inħatru? X’inhi r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Air Malta hija entita kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, u għalhekk ma tistgħax tingħata.
Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern – professjoni legali, avukati – impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17467 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm impjegati fil-professjonali legali, avukati, mad-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern u f’liema skala qegħdin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fid-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern hemm Junior Legal Officer wieħed (1), li qiegħed fi skala 9.
Għajnuna finanzjarja biex jiġu rranġati kmamar tal-banju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna finanzjarja biex jiġu rranġati djar fejn m’hemmx kmamar tal-banju jew fejn hemm bżonn li tinbidel, mill-2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew installati lifts mill-2013 l'hawn sena b'sena, f'liema blokka u l-lokalità, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2020 ġew installati 68 lift fi blokok ta’ housing soċjali fil-Marsa, Isla, Birkirkara, Imtarfa, Pembroke, Naxxar, San Ġwann, Siġġiewi, Imġarr, Ta’ Xbiex, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Ħal Kirkop, Żejtun, Mellieħa, Birgu, Rabat, Tarxien, Żabbar, Santa Luċija, Santa Venera, Żurrieq u l-Belt Valletta.
Akkomodazzjoni soċjali — - Qtugħ ta’ persuni mil-lista ta’ stennija - kriterji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li wieħed jinqata’ mil-lista ta' stennija għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet jiġu kkanċellati għax ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet indikati hawn taħt:
· Bdil ta’ residenza mingħajr ma nkunu infurmati;
· M’humiex aktar interessati;
· Xtraw proprjetà;
· Ibbenefikaw minn skema ta’ home ownership fosthom Social Loans;
· Jeċċedu d-dħul/assi;
· Mingħajr titlu legali;
· Korrispondenza mhux imwieġba;
· Applikanti naqsu milli jemendaw l-applikazzjoni;
· Applikant ġie nieqes;
· Tibdil fl-istat ċivili;
· Ma jkunux pre¿enti għall-ispezzjoni;
· Applikazzjoni Duplikata;
· Ma jissodisfawx il-kriterja ta’ eliġibbiltà;
· Applikazzjoni ma tindikax id-dħul
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn fil-qasam tal-condominium, sabiex dawn ma jmorrux lura u jibqgħu diċenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tħaddem skema li permezz tagħha u b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, r-residenti jiġu mħeġġa jappuntaw amministratur sabiex jieħu ħsieb il-partijiet komuni.
Permezz ta' din l-iskema l-Awtorità tad-Djar tinċentiva lir-residenti billi twettaq xogħlijiet b'valur ta' €6,000 biex ittejjeb il-partijiet komuni.
L-amministratur imqabbad mir-residenti jingħata ċ-ċifra onorarja ta' €150 fis-sena bħala inċentiv u apprezzament għax-xogħol imwettaq.
Awtorità tad-Djar — Pussess ta’ artijiet mogħtija mill-Joint Office
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar ħaditx u jekk għandix fil-pussess tagħha artijiet mogħtija mill-Joint Office tul is-snin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha diversi artijiet tal-Joint Office li kienu ġew mgħoddija lilha permezz ta’ Avvi¿ Legali.
Awtorità tad-Djar – inizjattivi ta’ sistema ta’ Housing differenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tipprovdix inizjattivi simili għal dawk li jagħmlu NGOs li jipprovdu sistema ta' Housing differenti minn dak li aħna tradizzjonalment nirrikonoxxu bħala Housing Soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Onorevoli Interpellant, dan il-Gvern huwa konxju li uħud mill-persuni vulnerabbli li jeħtieġu għajnuna sabiex ikollhom saqaf fuq rashom għandhom ħtiġijiet uniċi li jmorru oltre milli jingħataw iċ-ċavetta ta’ proprjetà.
Kien għalhekk li fl-2018 is-Segretarjat għall-Akkomodazzjoni Soċjali nieda riċerka estensiva sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta’ dawn il-persuni u jitfassal pjan ta’ azzjoni. Ġie nnutat li persuni vulnerabbli jeħtieġu akkommodazzjoni b’disinn inklussiv li jħares lejn ir-relazzjoni bejn id-dar, l-istat soċjo-ekonomiku tal-persuna jew familja u s-saħħa mentali. Ġie nnutat ukoll l-importanza li l-binja sservi bħala għodda li tiffaċilita l-kuntatt fil-komunità.
Fid-dawl ta’ dawn is-sejbiet kif ukoll konsultazzjoni ma għaqdiet volontarji li jagħtu għajnuna lil dawn il-persuni, fl-2019 ġiet imnedija l-policy bit-titlu Sustainable Communities, Housing for Tomorrow. L-għan ta’ din il-policy huwa li jiġu promossi proġetti ta’ akkomodazzjoni li jikkunsidraw l-aspett funzjonali, ambjentali u soċjali tal-ħajja domestika u l-komunità Maltija. Din il-vi¿joni tpoġġi d-dar fiċ-ċentru tal-ħajja ta’ kuljum.
Ġie ffurmat kumitat apposta fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinħoloq relazzjoni ma’ l-istakeholders ikkonċernati, mal-Kamra tal-Periti u mat-tielet settur. Dan kien pass importanti sabiex il-b¿onnijiet tal-għaqdiet volontarji li jaħdmu f’dan il-qasam jiġu milħuqa anke mill-aspett arkitettoniku.
Darba fis-sena tinħareġ sejħa sabiex għaqdiet interessati jitfgħu l-proposti tagħhom. Il-kumitat ta’ l-i
specialized Housing
jgħarrex il-proposti tal-għaqdiet volontarji fid-dettal sabiex jaċċerta li l-għaqdiet għandhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu l-proġett mixtieq u b’hekk ikun jista jagħ¿el l-aħjar proposti.
· Filfatt, minn mindu tnediet din il-policy, b’investiment ta’ €1.5 miljun ġew allokati sitt proprjetajiet lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu f’dan il-qasam filwaqt li ġie ffinanzjat il-bini ta’ proġett ieħor: Dar f’Bormla se tinbidel f’Dar Terry biex ommijiet bi sfidi mentali li jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ Richmond Foundation jirċievu l-appoġġ u s-servizzi meħtieġa fil-komunità, mingħajr il-b¿onn li jinfirdu mit-tfal, fl-2020 l-Fondazzjoni Richmond ġiet allokata aktar fondi sabiex tagħmel ukoll estensjoni ta’ dan il-proġett tant b¿onnju¿;
· Dar fil-Birgu se tinbidel f’Dar Bla Ħitan li minnha l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl se toffri ambjent ta’ dar residenzjali u child-friendly lil dawk li jkunu ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’servizzi speċjalizzati u b’appoġġ li jgħinuhom fl-integrazzjoni lura fis-soċjetà;
· Dar f’San Ġwann se tinbidel f’Dar Qawsalla li minnha l-Fondazzjoni li twaqqfet bil-għan prinċipali li tgħin fir-riabilitazzjoni u ri-integrazzjoni fis-socjetà ta’ persuni
LGBTQI, l-MGRM, se tagħti ċ-ċans lil dawn il-persuni jerġgħu jibnu ċ-ċirku soċjali tagħhom, isibu impjieg jew jitħarrġu fi programmi edukattivi waqt li jaħdmu biex jingħaqdu lura malfamilji tagħhom. L-għan aħħari huwa li jgħixu b’mod indipendenti;
· Dar fil-Belt Valletta se tinbidel f’Y Communal House, li minnha l-Fondazzjoni YMCA Malta se tkun qed tagħti servizz bil-għan prinċipali li tgħin fir-riabilitazzjoni u riintegrazzjoni fissoċjetà individwi u familiji homeless speċjalment dawk ta’ età ’l fuq minn sittin (60) sena. Dan se jsir
peress li dan is-servizz nieqes mit-tielet settur, fejn ħa jkun qed jinkludi ukoll persuni b’di¿abbiltà. YMCA filkors tax-xogħol tagħha identifikat il-b¿onn ta’ proġett għar-riabilitazzjoni fejn dawn il-persuni jkollhom iċċans jerġgħu jibnu ċ-ċirku soċjali tagħhom, isibu
impjieg jew jitħarrġu fi programmi edukattivi;
· Dar f’Birkirkara se tinbidel f’Dar Mixtla li permezz tagħha l-Fondazzjoni Sebħ se tgħin lil ¿għa¿agħ, nisa u wliedhom jintegraw fis-soċjetà. Dawn il-persuni jkunu għaddew minn abbu¿ tà vjolenza domestika u jkunu waslu fl-aħħar proċess tà sapport biex jibdew jgħixu b’mod indipendenti. Fondazzjoni Sebħ fil-kors tax-xogħol tagħha identifikat il-b¿onn ta’ proġett ta’ integrazzjoni fejn dawn il-persuni jkollhom iċ-ċans jerġgħu jibnu ċ-ċirku soċjali tagħhom, isibu impjieg jew jitħarrġu fi programmi edukattivi;
· Art fin-Naxxar propjetà tal-Caritas, permezz ta’ dawn il-fondi allokati mill-Awtorità tad-Djar se tkun tistà tinbena bil-għan li tintu¿a bħala half-way house għall-persuni li kellhom problemi ta’ droga.
Awtorità tad-Djar – familji li jgħixu fi djar tal-housing overcrowded
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar, tikkunsidrax familji li jgħixu f'djar tal-housing li huma overcrowded jew f'djar substandard? Jekk iva, kemm hemm familji f'units overcrowded u oħrajn substandard?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk issirx xi forma ta' riċerka dwar il-Housing Estates tagħna, biex nifhmu aħjar min qed joqgħod fihom u x'tip ta' għajnuna għandhom bżonn?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qegħda twettaq riċerka li hija l-ewwel tat-tip tagħha f’dan is-settur. Filfatt, wettqet eżerċizzju ta’ profiling tal-applikanti kollha għal housing soċjali. Studju li ma sarx minn uffiċċju iżda sar billi morna fil-post fejn qegħdin jgħixu l-applikanti sabiex nifhmu fid-dettall il-bżonnijiet tagħhom. L-Awtorità taħdem ukoll viċin tal-inkwilini li jgħixu fil-housing soċjali fosthom permezz ta’ spezzjonijiet ta’ rutina li twettaq kuljum.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17457 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il proprjetà hija liċenzjata biex tinkera lill-Maltin u/jew lill-barranin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li n-numru ta’ propjetajiet li jinkrew lit-turisti liċenzjati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) huwa ta’ 4,131 – 2,865 f’Malta u 1,266 f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li bbenefikaw mill-Parole f’dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn il-priġunieri kisru l-kundizzjonijiet tal-ħruġ tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2017 wieħed u sebgħin (71) priġunier bbenefikaw mill-Parole. Tmienja minn dawn kisru l-kundizzjonijiet.
Tista’ l-Ministru tindika x’taħriġ fuq bażi regolari ngħataw il-professjonisti tal-Aġenzija Sapport matul is-sena l-oħra? Meta sar dan it-taħriġ?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport għandha numru ta’ professjonisti li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità. Dawn jinkludu: ħaddiema soċjali, professjonisti li jaħdmu f’diversi karigi fl-uffiċċini, support executives, leaders, coordinators u professjonisti tal-allied health.
Matul is-sena 2019 dawn il-professjonisti ngħataw it-taħriġ imsemmi hawn taħt fuq bażi reġolari, fost taħriġ ieħor:
Taħriġ
Organizzat minn
Numru ta’ professjonisti li rċevew dan it-taħriġ
Xahar
Induction Training
Aġenzija Sapport
2
13
9
Marzu 2019
Mejju 2019
Novembru 2019
Active Support
Aġenzija Sapport
2
4
2
2
5
Jannar 2019
Frar 2019
Marzu 2019
Ġunju 2019
Lulju 2019
Epilepsy
Epilepsy Association
4
Frar 2019
Mental Health First Aid
Fondazzjoni Richmond
1
3
1
3
April 2019
Ġunju 2019
Lulju 2019
Settembru 2019
HR policies and practices
Aġenzija Sapport
25
Diċembru 2019
GDPR
Aġenzija Sapport
2
5
Mejju 2019
Novembru 2019
First Aid
Jobsplus
3
12
5
2
April 2019
Mejju 2019
Lulju 2019
Novembru 2019
Dementia
SVP
11
Ottubru- Novembru 2019
Basic Principles in relation to Supervision
LYNC
18
Jannar 2019
Food Handling
Jobsplus
4
1
Mejju 2019
Lulju 2019
Fire Warden
St. Bernard’s Institute
10
Marzu 2019
NAPPI (
train the trainer
)
NAPPI UK
4
2
5
Mejju 2019
Ġunju 2019
Novembru 2019
Edukazzjoni Sesswali
Università ta’ Malta
4
Jannar- Marzu 2019
CPI
Fondazzjoni Richmond
2
Novembru 2019