Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċċju tiegħi u dak tas-Segretarju Parlamentari joperaw minn Casa Leoni f’Santa Venera. Din hija binja storika skedata u għaldaqstant il-possibilità li jsiru fiha alterazzjonijiet strutturali sabiex jipprovdu għal aktar aċċessibilità hija waħda limitata. Madankollu l-binja hija mgħammra b’restroom (1) aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità fil-pjan terran. Barra minn dan, il-Ministeru tiegħi jopera wkoll minn binja oħra f’Santa Venera fejn hemm l-uffiċini tas-Segretarjat Permanenti. F’din il-binja, n-numru ta’ restrooms aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità huwa ta’ tnejn (2).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ cybercrime u kemm ġew solvuti mill-2017 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2017 u s-sena 2020 it-Taqsima tas-Cybercrime tal-Pulizija li hija responsabbli li tagħti assistenza teknika f’kull investigazzjoni marbuta ma’ kriminalita, kienet involuta f’erba t’elef, ħames mija u tmien (4508) investigazzjoni ta’ diversi reati kriminali li fost oħrajn jinkludu, u¿u mhux dovut tal-kompjuter (computer misuse), frodi, insulti, theddid u vjolenza privata, reati relatati ma pornografija u reati sesswali.
Ministeru għall-Edukazzjoni – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tagħha hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-binja tal-Ministeru hemm erba' restrooms li huma aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Jekk jirriżulta li hemm il-ħtieġa ta’ iktar, il-Ministeru jwettaq ix-xogħlijiet meħtieġa minnufih.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17586, 17075, 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17737 u jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Parkinson’s li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna? Jista’ jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Fibromyalgia li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuna li tbati mill-Parkinson’s u għandha anqas minn 60 sena u hi kap ta’ familja, tikkwalifika għall- Għajnuna Soċjali bħal kull persuna oħra ġaladarba tissodisfa r-rekwiżiti stabbilit fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). L-għajnuna li tingħata tvarja skont kemm ikollu dħul minn sorsi oħra u skont kemm ikun hemm persuni fil-familja. Peress li l-Għajnuna Soċjali ma’ hix marbuta ma mard speċifiku, ma tinżammx statistika dwar kundizzjonijiet mediċi.
L-istess kriterji msemmija għal min ibagħti minn Parkinson’s jgħoddu ukoll għal min ibgħati minn Fibromyalgia u għandu anqas minn 60 sena. Minbarra dan, persuni li jbatu minn Fibromyalgia u jikkwalifikaw għall-Għajnuna Soċjali, jikkwalifikaw ukoll għall-Għajnuna Medika bir-rata ta €27.15 fil-ġimgħa, u dan bis-saħħa ta’ miżura fil-baġit ta din is-sena 2020. L-ammont ta persuni li jbatu minn Fibromyalgia u għandhom anqas minn 60 sena, u qed jirċievu l-Għajnuna Medika huma 27.
Persuni li jaħdmu u jbatu minn Fibromyalgia, bis-saħħa ta’ miżura oħra fil-baġit ta’ din is-sena 2020, ma’ jitnaqqsulhomx l-ewwel tlett ijiem mit-tieni talba għal Sickness Benefit u mit-tieni talba jitħallsu tal-ġranet kollha li jkopru ċ-ċertifikati. Każi ta’ persuni li ħadu Benefiċċju tal-Mard bis-saħħa ta’ din il-miżura matul din is-sena kien ta 8. Ir-rati ta ħlas ivarjaw minn €13.73 kuljum jekk il-persuna tkun singola u €21.21 jekk ikun jifforma parti minn koppja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ stupru u kemm ġew solvuti mill-2017 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant il-pulizija nvestigat mija u ħmistax (115) il-każ ta’ stupru, li minnhom sitta u sebgħin (76) ġew solvuti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Fondi Ewropej jagħmlux parti mill-Ministeru tiegħu u jekk le, x’inhi r-raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond iċ-ċirkulari nru. 21/2020 maħruġa fi 10 ta’ Diċembru, il-Fondi Ewropej jaqgħu taħt l-uffiċju tal-Prim Ministru. Ir-raġuni għal dan hija propju l-kontenut taċ-ċirkulari msemmija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15755, 16332 u 12264 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Chairpersons ta' Bordijiet - spejjeż
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17460 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – Chairpersons ta’ Bordijiet — spejjeż
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17461 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17579, 13667 u 12291 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12102, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 17918 - Ministeru għal Għawdex - safar fuel u hospitality - nefqa - Finali.pdf
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15731 u 17581 u ċjoè: Skont dak li ġie rappurtat f’paġna 7 tar-Rapport Annwali tal-Awtorità tad-Djar 2019, fejn inqatgħu ftit inqas minn 500 applikant mil-lista ta’ stennija għall-post ta’ housing, jista’ l-Ministru jgħid mil-liema kategorija ġejjin dawn l-applikanti, kategorija b’kategorija? Fuq liema kriterju tnaqqsu dawn l-applikanti? Dawn ma kellhomx bżonn alternattiv?
Response (GALDES, RODERICK)
L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eviction saret matul is-sena 2020?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2020 saru 14-il eviction. Fl-aħħar tliet snin l-Awtorità tad-Djar wettqet 4,400 spezzjoni sabiex jiġi assigurat li l-proprjetà tal-Gvern tkun qegħda tintuża b’mod ġust. Intenni li m’aħna se nittolleraw ebda abbuż, dan sabiex nassiguraw li l-appartamenti tal-Gvern jintużaw minn persuni u familji ġenwinament fil-bżonn.