Ċittadini Maltin li qed jiskontaw sentenzi ta’ ħabs barra minn Malta
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ċittadini Maltin li qed jiskontaw piena ta' ħabs f'ħabsijiet barranin mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f'liema pajjiż qegħdin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Maltin f’ħabsijiet barra minn Malta bħalissa jammonta għal erbatax (14)-il persuna, imqassmin skont kif indikat fit-tabella t'hawn taħt.
Irrid nenfasizza li l-lista tinkludi biss dawk iċ-ċittadini Maltin li talbu l-għajnuna mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, hux permezz tal-Ministeru f’Malta stess jew mal-ambaxxati u l-konsulati ta’ pajjiżna f'artijiet barranin. Skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, jekk priġunier ma jitlobx għajnuna mir-rappreżentanza diplomatika tiegħu, din tal-aħħar ma tistax tagħmel kuntatt miegħu jew magħha.
Għaldaqstant it-tabella t'hawn taħt tista’ effettivament ma tirriflettix l-ammont kollu tal-persuni ta’ nazzjonalità Maltija li jinsabu f’ħabsijiet barra minn xtutna.
Pajjiż
Ammont
L-Alġerija
1
L-Awstralja
5
It-Tuneżija
1
It-Turkija
1
Il-Marokk
1
Il-Libja
2
L-Iżvizzera
1
L-Amerika
1
Franza
1
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33799 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bus shelter fil-waqfa 5674 bl-isem ‘Għeneb’, fi Triq Santa Katerina, Ħ’Attard, biex iservi ta’ lqugħ għal dawk li jużaw is-servizz tal-karozzi tal-linja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħ’Attard li hemm il-ħsieb li jsir bus shelter fil-waqfa 5674 bl-isem ‘Għeneb’, fi Triq Santa Katerina, Ħ’Attard.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-mediċina Hulio, li tingħata bħala injezzjoni għal dawk li jbatu minn autoimmune disorders, tiġi inkluża fuq il-formularju tal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l Hulio® 40mg huwa biosimilar ta’ adalimumab 40mg, mediċina li diġà tinstab fil-formularju u li tista’ tingħata għal dawn il-kundizzjonijiet: Hidradenitis Suppurativa, Inflammatory Bowel Disease, Psoriasis, Rheumatoid Arthritis and Spondyloarthritis.
Kors ta' Veterinarju – Studenti li jmorru jistudjaw f’pajjiżi oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student beda l-Kors ta' Veterinarju barra minn Malta fl-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi beda jingħata f’Malta f’Novembru tal-2024 u b’hekk l-istudenti m’għadx għandhom il-ħtieġa li jibdew il-korsijiet barra minn Malta.
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jgħid jekk hemmx xi problema fil-kostruzzjoni fil-Units li huma assenjati diġà?
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jgħid jekk it-tender tal-car spaces fil-basement tal-blokka mibnija tal-Gvern fi Triq id-Demnuq fis-Siġġiewi hux ser jiġi ppubblikat u jekk le, x'inhu jżomm dan il-proċess?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li ġew ikklassifikati bħala long term care patients mill-Isptar Mater Dei u kemm minnhom ġew rilokati f'din l-aħħar sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 61 persuna li ġew ikklasifikati bħala long term care patients. Infurmat ukoll li fl-aħħar sena 575 pazjent ġew rilokati għal dar tal-anzjani u 291 pazjent ġew rilokati għal SVP.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tas-Silver T jużax vannijiet (mini buses) biss? Jista’ jgħid ukoll x’alternattivi hemm (bħal karozza) għall-anzjani li għal raġunijiet varji ma jkunux jistgħu jitilgħu fil-vann?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li s-servizz tas-Silver T ma jużax biss vannijiet, iżda jopera kemm b’vannijiet kif ukoll b’karozzi, skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull rotta. Kemm il-vannijiet kif ukoll il-karozzi huma mgħammra bit-tagħmir neċessarju sabiex jiġi żgurat li l-anzjani jkunu jistgħu jużaw dawn il-vetturi b’mod komdu u mingħajr diffikultà.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psikologi jaħdmu mal-Qorti tal-Familja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, fost esperti oħra, il-psikologi jiġu maħtura mill-Qorti u m’humiex impjegati mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati. Kif tħabbar pubblikament, bħala parti mir-riforma tal-Qorti tal-Familja, se jiġi introdott ir-rwol ta’ Persuni ta’ Sostenn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psikologi forensiċi fil-qasam tad-Domestic Violence Unit (DVU)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Unit tal-Pulizija GBDVU għandha l-assistenza ta’ entitajiet oħra fil-pajjiż li jaħdmu fis-settur, partikolarment l-Aġenzija Appoġġ. Għalhekk taħdem f’tim multi dixxiplinarju bil-għan li l-ħtiġijiet tat-taqsima jkunu dejjem moqdija minn dawn il-professjonisti.