Legislature:
Category:
Reset
Active:

Care orders maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm inħarġu care orders f’dawn l-aħħar tliet snin u kemm minnhom huma relatati ma’ ġenituri bil-vizzju tad-droga?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ care orders li saru fl-aħħar 3 snin b’ rabta ma’ abbuż mid-droga mill-ġenituri bijoloġiċi kien kif ġej: Sena Numru ta' Care Orders Numru ta' Care Orders b'rabta ma' abbuż mid-droga mill-ġenituri bijoloġiċi 2018 50 11 2019 39 20 2020 15 1

Marsaskala – persuni reġistrati mal-KNPD

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26154 tat-tnax-il leġislatura, tista’ l-Ministru tindika fil-preżent kemm hemm persuni reġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (KNPD) fil-lokalità ta’ Marsaskala?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont Artikolu 31 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, l-istatistika relatata mal-persuni b’diżabilità għandha tinġabar b’mod li tippreserva d-dritt ta’ privatezza tal-persuni b’diżabilità u għandha tintuża biex tiġi assessjajta l-implimentazzjoni tal-istess Konvenzjoni. Dan l-irwol huwa esklussiv għall-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ai termini ta’ Artikolu 22(1)(s) tal-Att Dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b’Diżabilità hekk kif mitlub minn Artikolu 33 tal-Konvenzjoni surreferita.

Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, Imtarfa u Imġarr – parkeġġ għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jiżdied il-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità ġewwa r-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imtarfa u l-Imġarr?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Mosta Home u Mtarfa Home – residenti li ngħataw it-tilqima tal-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il resident ingħata t-tilqima tal-vaċċin tal-COVID-19 fil-Mosta Home u l-Imtarfa Home u l-etajiet tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Mosta Home ingħataw 231 dożi tal-vaċċin tal-Covid-19 lill-residenti u staff filwaqt li fl-Imtarfa Home ingħataw 119. L-etajiet ta’ dawn il-persuni ivarjaw minn 25 sena sa 101.

Inċentivi għal ritorn ta’ ċwievet ta’ post

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar kemm-il applikant ta ċ-ċwievet tal-post tiegħu, mis-sena li bdiet l-iskema fl-2018, liema skema li nirreferu għaliha bħala "Inċentivi għal Ritorn ta' ċwievet ta' post" sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi minn mindu bdiet l-inizzjattiva għal Ritorn ta’ Ċwievet mingħand l-Anzjani sal-lum nġabru 38 ċavetta.

Lifts installati

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17831, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx installati, jew meta se jiġu installati lifts fi blokok tal-Housing Estates ġewwa Ħ’Attard, il-Mosta u Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li fil-Mosta ġew installati żewġ lifts matul is-sena li għaddiet. FĦaż-Żebbuġ u f’Ħ’Attard se ninstallaw ukoll aktar lifts li bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċessarji biex tibda ukoll l-installazzjoni tagħhom.

Ommijiet xebbiet reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hawn ommijiet xebbiet reġistrati fil-preżent u kemm minnhom qegħdin jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont id-data miġbura mir-records ta’ ħlasijiet għall-Allowance tat-Tfal (Children’s Allowance), fil-preżent hawn 5,408 ommijiet xebbiet u li minn dan it-total, 3,068 jinsabu f’impjieg. It-tabella hawn taħt ippreżentata turi ukoll in-numru ta’ tfal. Numru ta' Tfal Ommijiet Xebbiet (CA & CAFR) Total ta’ Tfal 1 3,774 3,774 2 1,266 2,532 3 271 813 4 65 260 5 26 130 6 4 24 7 2 14 Total 5,408 7,547 Fir-rigward ta’ dawk li jinsabu f’riskju ta’ faqar, tali informazzjoni tinżamm mill-Uffiċċju Nazzjonali dwar l-Istatistika.
Leg 13 PQ #18299 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

NSO – statistika dwar djar abitabbli li huma vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandux statistika ta’ kemm hawn djar abitabbli li huma vojta u mhux qed jintużaw f’pajjiżna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar statistika li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu dwar kemm hawn djar abitabbli li huma vojta, u li mhux qed jintużaw, hija taċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2011.
Leg 13 PQ #18300 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Persuni li jinsabu bla xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm fil-preżent hemm persuni li jinsabu bla xogħol f’pajjiżna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma Jobsplus f'Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2020, kien ta’ 2,765 persuna. L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2020.

Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm applikanti fil-lista ta' stennija li huma persuni b’diżabilità, lone parents, persuni b’każijiet soċjali marbuta ma' vjolenza domestika, jew anzjani li jgħixu waħedhom, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella:- Kategorija Total Diżabilita’ 183 Anzjani jgħixu waħidhom 115 Każijiet Soċjali – Vjolenza Domestika 7 Single Parents 857 1162

Awtorità tad-Djar — applikanti

Question

Jista’ jgħid kemm-il applikant hemm quddiem l-Awtorità tad-Djar minħabba li qed jgħix: a) f'dar mimlija perikli; b) minħabba sfida ta' mobilità; c) jgħix f'Istituzzjoni; d) bla indirizz, minħabba li għadu ħiereġ mill-ħabs; e) bla indirizz minħabba li qed isegwi programm ta' rijabilitazzjoni; f) b’nuqqas ta' faċilitajiet sanitarji; g) f’kera għolja; h) b’eviction orders; u i) għax għandu każijiet soċjali riferuti minn Aġenziji?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi preżentament hemm 691 applikant skont l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant.

Housing Estates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' housing estates f'Malta u Għawdex u f'liema sena nbena kull estate? Kemm huwa n-numru ta' units f'kull housing estate? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-units huma b' kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, maqsuma housing estate b'housing estate?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Awtorità tad-Djar – xiri ta’ unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant hemm quddiem l-Awtorità tad-Djar għal xiri tal-unit, biex isir Sid ta' Daru/darha?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi preżentament hemm 59 applikant fuq konvenju

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – rapport dwar il-qasam tas-saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17824 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema rapport qed jirreferi.

Ħruġ ħażin ta’ boroż tal-iskart — ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lill-residenti li ħarġu boroż ta’ skart ħażin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ ċitazzjonijiet minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-ligi b’rabta ma’ dak li qed jirreferi għalih kien ta’ 797.

Spiża għall-importazzjoni tal-vaċċin għal kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-ispiża li swiet s’issa lill-Gvern Malti sabiex kienu importati l-vaċċin għal kontra l-COVID 19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ftehim bħal dan huwa kopert minn kriterji ta' kunfidenzjalità li huma parti mill-ftehim ta' akkwist bil-quddiem, hekk kif stabbiliti mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea.

Central Procurement and Supplies Unit – ħaddiema — allowances

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont fuq liema kriterji ċertu ħaddiema fis-Central Procurement and Supplies Unit ingħataw allowance filwaqt li ħaddiema oħra fl-istess Dipartiment ma ngħataw l-ebda allowance? Kemm swiet din l-ispiża tal-allowance inkluż il-ħlasijiet b’lura li ngħataw dawn il-ħaddiema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'konformità mal-MOU iffirmat bejn il-Gvern, l-GWU u l-UHM fis-27 ta 'Frar fl-2020, ġiet elenkata lista tal-gradi li huma ntitolati għal allowance. Dawn jinkludu dawk li jwettqu dmirijiet ta' akkwist u provvisti fi ħdan is-CPSU.