Awtorità tad-Djar – familji li jgħixu fi djar tal-housing overcrowded
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17825 u jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar, tikkunsidrax familji li jgħixu f'djar tal-housing li huma overcrowded jew f'djar substandard? Jekk iva, kemm hemm familji f'units overcrowded u oħrajn substandard?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tikkunsidra każijiet ta’ overcrowding u substandard bħala każijiet li jeħtieġu prijorità. Bħalissa hemm 64 familja fuq il-waiting listgħal akkomodazzjoni alternattiva minħabba li jgħixu f’residenza substandard u 654 familja fuq il-waiting list minħabba li r-residenza tagħhom hija żgħira wisq għan-numru ta’ abitanti li jgħixu fiha.
Ministeru għal Għawdex – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18046 fejn intqal li qed isir rinnovar fil-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża totali? Dan ir-rinnovar qed isir minn fondi lokali jew Ewropej?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li x-xogħol ta' rinnovazzjoni għadu fl-istadju tal-offerti. L-istima għax-xogħlijiet strutturali, l-M&Es, il-LAN u r-restawr tal-faċċata tal-btieħi hija ta’ €6,639,667 (VAT Eskluż) u se tkun iffinanzjata minn fondi lokali.
Dan il-proġett huwa maħsub biex itejjeb l-aċċessibbilita tal-Binja Amministrattiva, u biex tkun aktar sigura u konformi mal-istandards tas-saħħa u s-sigurtà. Apparti hekk, tramite dan il-proġett il-binja ser ikollha l-infrastruttura teknoloġika meħtieġa skont l-istandards pre¿enti.
B’hekk minn dan il-proġett se jigwadanja kemm il-pubbliku ġenerali li jżur il-Ministeru biex jaċċessa xi wiehed mis-servizzi, kif ukoll l-impjegati kollha sabiex ikomplu jaħdmu f’ambjent iżjed sigur u dinjituż.
Persuni li użaw is-servizz ta’ Sonia Tanti Independent Living Centre
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna użat is-servizz ta’ Sonia Tanti Independent Living Centre mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kien hemm 193 persuna li bbenefikat mis-servizzi mogħtija minn Sonia Tanti Independent Living Centre minn Novembru 2019 (meta s-servizz għadda għand Aġenzija Sapport) sad-data tat-tweġiba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna użat is-servizz tal-ACTU mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kien hemm 417 persuna li bbenefikat mis-servizzi mogħtija mill-ACTU minn Novembru 2019 (meta s-servizz għadda għand Aġenzija Sapport) sad-data tat-tweġiba.
Riċerka fost persuni b’diżabilità u l-ġenituri tagħhom
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk qattx saret riċerka fost persuni b'diżabilità u l-ġenituri tagħhom, u jekk iva, tista' titpoġġa kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-riċerka mitluba li hija magħrufa tikkonsisti kważi kompletament minn teżijiet li saru bħala parti minn korsijiet offruti mill-Università ta’ Malta u universtajiet oħra. Qiegħda npoġġi rapport dwar dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra.
Riċerka fost persuni b’diżabilità u l-ġenituri tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx saret riċerka fost persuni b'diżabilità u l-ġenituri tagħhom, u jekk iva, tista' titpoġġa kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Armata – persuni li ser jispiċċaw b’25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw mill-armata b’25 sena servizz tul l-2021 u minn liema ranks?
Response (CAMILLERI, BYRON)
l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-membri tal-FAM m’humiex obbligati jieqfu jservu hekk kif jagħlqu l-25 sena servizz. Skont il-liġi militari, dawn il-membri jistgħu jibqgħu iservu sakemm jagħlqu l-55 sena tagħhom. Fiż-żmien li ġej ser ikun hemm reklutaġġ fis-sezzjoni tal-SoU u tac-C company filwaqt li ser ikun hemm ukoll reklutaġġ għal-lance bombardier u għal dawk li jridu jaħdmu fis-snajja.
Gwardjani tal-Ħabs li ser jispiċċaw b’25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw Gwardjani tal-Ħabs b’25 sena servizz tul l-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li 12-il persuna konfermati li se jispiċċaw filwaqt li 10 persuni oħra jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jaħdmu fis-servizz.
Dan filwaqt li fl-aħħar sena kienu ngaġġati 102 rekluti ġodda. Sal-2022 se jkunu ġew ingaġġati 68 rekluta ieħor.
Infakkar li kif ġja kelli ċ-ċans nispjega f’numru ta’ PQs oħra, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sar ukoll ingaġġ bla preċedenti ta’ numru professjonisti mediċi, kif ukoll professjonisti oħra li jgħinu fir-riabilitazzjoni tar-residenti tal-istess post.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17830, jista’ l-Ministru jgħid, sal-lum, kemm-il żjara saret sabiex issir xi forma ta' riċerka dwar il-Housing Estates biex jinftiehem aktar fid-dettal il-bżonnijiet ta’ fejn qegħdin jgħixu l-applikanti? Xi bżonnijiet jidhru li għandhom dawn l-applikanti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kopja tal-eżerċizzju li sar ta’ profiling tal-applikanti kollha għal housing soċjali qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17277, jista’ l-Ministru jindika jekk fil-lista ta’ postijiet li tqassmu, kellhomx kollha ‘assessment’ tas-social worker qabel ma ingħataw dawn il-postijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-applikanti li ġew allokati b’akkomodazzjoni soċjali kellhom assessment preparat minn professjonisti.
Lista ta’ stennija – każijiet li ilhom aktar minn għaxar snin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17828 u jgħid kemm hemm każijiet li ilhom fuq il-lista ta' stennija għal aktar minn għaxar snin?,
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi hemm 302 applikanti li ilhom fuq il-waiting list iżjed minn għaxar snin. Ta’ minn jgħid illi ħafna minn dawn l-applikanti diġa ġew offruti u/jew qed jingħataw xi forma ta’ għajnuna mill-Awtorità tad-Djar. Inżid ukoll illi hemm 74 applikazzjoni li mhux meqjusa bħala prijorita’.
Lista ta’ prijoritajiet biex persuni jingħataw akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jindika l-lista ta’ prijoritajiet sabiex jiġi deċiż li individwu jew familja tingħata akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija skont kif ġej f’din it-tabella:-
Kategorija ta’ Prijorità
Substandard
Mingħajr indirizz fiss – Istituzzjoni
Mingħajr indirizz fiss – CCF
Mingħajr indirizz fiss – Tkeċċija
Mingħajr indirizz fiss – Persuni għar-Riabilitazzjoni
Diżabilità
Diżabilità – Mobilità
Sharing Accommodation - Overcrowding
Każijiet Soċjali – Riferuti minn Aġenziji
Każijiet Soċjali – Vjolenza Domestika
Każijiet Soċjali – VjolenzaDomestika (jgħixu mal-
partner
)
Refuġjati
Nuqqas ta’ Faċilitajiet Sanitarji
Overcrowding
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta' warrants li ngħataw dan l-aħħar lill-għalliema? Kemm minn dawn il-warrants ġew mogħtija fuq bażi ta' snin ta' esperjenza? Kemm minn dawn il-warrants ingħataw lill-gradwati tal-PGCE? Kemm minn dawn il-warrants ingħataw lill-gradwati tal-MA? Kemm minn dawn il-warrants ingħataw lill-gradwati tal-MSc?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li minn Settembru 2020 sa Jannar 2021 inħarġu 117-il warrant.
Infurmata wkoll li filwaqt li l-ebda warrant ma ngħata fuq bażi ta’ snin ta’ esperjenza, ħames (5) warrants ingħataw lill-gradwati tal-PGCE, tliet (3) warrants ingħataw lill-gradwati tal-MA u warrant wieħed (1) ingħata lill-gradwat tal-MSc.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw pulizija b’25/30 sena servizz tul l-2021 u minn liema ranks?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' Uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija li talbu biex jirtiraw bil-penzjoni wara 25/30 sena servizz, tul din is-sena, humma ta' 115. b'26 minnhom li huma Surġenti, 3 li huma Maġġuri fit-tieni klassi, 2 Spetturi u 3 Supretendenti.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi wara l-investiment bla preċedent li sar fil-Korp tal-Pulizija, li jinkludu kundizzjonijiet aħjar lill-istess Uffiċjali tal-korp, matul din is-sena se jkunu saru tlett reklutaġġi u żewġ sejħiet biex ikunu ngaġġati Kuntistabbli ġodda.
Infatti ftit tal-jiem ilu għadni kemm assistejt għaċ-ċerimonja ta' 65 Kuntistabbli ġdid. Fil-ġimgħat li ġejjin se jsir reklutaġġ ieħor biex sat-tielet kwart ta' din is-sena jkunu ġew ingaġġati iżjed Kuntistabbli ġodda. Lejn tmiem din l-istess sena se jkollna reklutaġġ ieħor.
Dan hu l-Gvern li tabilħaqq qed jinvesti fil-Korp tal-Pulizija b'mod ħolistiku.