Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.
Leg 13 PQ #19437 Sitting 450 2021-04-20 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — proġetti tal-ESF

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kellha proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tagħha u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill Ministeru konċernat.
Leg 13 PQ #19440 Sitting 450 2021-04-20 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ksur ta’ Liġi – Distributuri taċ-ċilindri tal-gass

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx saru rapporti lill-Pulizija u lill-REWS (Regulator Energy Water Services) dwar distributuri taċ-ċilindri tal-gass li jkunu kisru l-liġi u jekk iva, x'passi ttieħdu u x'azzjoni ttieħdet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi bħal ma jsir f’kull rapport li tirċievi il-Pulizija, rapporti ta’ din ix-xorta jiġu nvestigati u fejn ikun hemm ksur ta’ liġi jittieħdu dawk il-passi skond il-provedimenti tal-liġijiet relatati. Dwar każijiet rrapurtati u passi meħuda mill-REWS (Regulator Energy Water Services) fuq l-istess suġġett, l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ċentri ta’ Matul il-Jum

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18677 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità tal-Istandards ta' Ħarsien Soċjali sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda, jista' l-Ministru jindika kemm-il ilment tressqu dwar Ċentri ta' Matul il-Jum fil-Qasam tad-Diżabilità, f'Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Anzjani u f'Djar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Siti ta’ Kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18675 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ir-reġistru fejn persuna tkun reġistrata biex taħdem fuq siti ta’ kostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Kif naħseb li jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, bħalissa il-Gvern għaddej qatigħ bir-riforma fil-qasam tal-bini u kostruzzjoni. Din ir-riforma tkopri ukoll is-sistema ta’ ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ kuntratturi u ħaddiema fuq siti ta’ kostruzzjoni u fiż-żmien opportune ser inkunu qed invaraw din ukoll.
Leg 13 PQ #19411 Sitting 449 2021-04-19 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Wage Supplement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18682 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk min qiegħed jieħu l-wage supplement u għandu self ta' dar u negozji l-aktar dawk li għandhom b’xi mod x’jaqsmu mat turiżmu, speċjalment bis-sitwazzjoni tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet mill-pajjiżi Ewropej għadhom mhux ċari u l-ħaddiem u n-negozjanti għandhom bżonn serħan il-moħħ ħalli kif għaddiet sena waħda b’moħħhom mistrieħ, ngħaddu l-ftit xhur li baqa’ sakemm ir-rota tibda’ ddur. Għal dawn se jsir estensjoni ta' moratorju?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-self lil negozji għal skop ta’ working capital li jikkwalifikaw taħt il-COVID-19 Guarantee Scheme tal-Bank Malti għall-Izvilupp jibbenifikaw minn moratorju minimu ta’ sitt xhur. Il-bank kummerċjali jista’ jtawwal dan il-perjodu ta’ moratorju għal massimu ta’ tnax il-xahar skond il-meritu tal-kaz. Il-Gvern qabel li l-massimu ta’ dan il-moratorju jigi estiz b-sitt xhur oħra għal tmintax il-xahar. Din l-estensjoni tidħol fis-seħħ malli tingħata l-approvazzjoni tal- Kummissjoni Ewropea li mistennija dalwaqt. Fl-14 ta’ Jannar tal-2021 il-Bank Ċentrali reġa ta estensjoni għall-moratorja dwar faċilitajiet ta' kreditu f'ċirkostanzi eċċezzjonali f’Malta. Permezz ta’ din l-estensjoni, dawk li kellhom self mill-banek qabel April ta l-2020 setgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom għal moratorja ġodda jew jestendu l-moratorja e¿istenti tagħhom, soġġett għal numru ta kundizzjonijiet, sa t-30 ta Marzu 2021. Sal-lum l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ma emendatx il-Linji Gwida tagħha rigward l-għoti ta’ aktar moratorji ta’ dan it-tip. Fin-nuqqas ta’ emendi fil-linji gwida tal-EBA u aktar estensjonijiet, dawk li kienu ssellfu mill-banek qabel April ta l-2020 xorta jistgħu jikkuntattjaw lill-banek rispettivi tagħhom minħabba li l-banek jistgħu jagħzlu li jkomplu jappoġġjaw lill-klijenti taghhom skond il-kaz, u skond ir-regoli applikabbli għall-banek fi ħdan il-qafas prudenzjali tagħhom.

Awtorità tad-Djar – reklutaġġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18674, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tad-domanda u jgħid mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn is-46 ħaddiem?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-lokalitajiet huma skont kif ġej: Attard, Birżebbuġia, Fgura, Ħal Għaxaq, Ħal Luqa, Ħal Qormi, Ħal Safi, Ħamrun, Iklin, Kalkara, Kerċem, Marsaskala, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Naxxar, Raħal Ġdid, Pieta, San Ġwann, Santa Venera, Siġġiewi, Sliema, San Ġiljan, Xagħra, iż-Żejtun u ż-Żurrieq
Leg 13 PQ #19435 Sitting 449 2021-04-19 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18838.

Occupational Therapy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk humiex qed jiġu kkanċellati appuntamenti tal-Occupational Therapy mill-Isptar San Luqa għall-outpatients, u jekk iva x’rimedji se jkun hemm għal dawn il-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-appuntamenti tal-Occupational Therapy Out Patients mill-Isptar San Luqa mhux qegħdin jiġu kkanċellati.

Rapporti dwar distributuri taċ-ċilindri tal-gass

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk qattx saru rapporti lill-Pulizija u lill-REWS (Regulator Energy Water Services) dwar distributuri taċ-ċilindri tal-gass li jkunu kisru l-liġi u jekk iva, x' passi ttieħdu u x'azzjoni ttieħdet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċertu każijiet jiġu riżolti billi l-indivdwu inkwistjoni jirregolarizza ruħu. F’każijiet oħra ġiet imposta multa amministrattiva. Il-mistoqsija rigward ir-rapporti li saru lill-Pulizija għandha tiġi mwieġba mill-Ministru kkonċernat.

Solar Panels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni li għandhom solar panels u kemm hu l-ammont ta' flus total li huma investew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ benefiċċjariji kien ta’ 26,170 filwaqt li l-ammont ta’ flus investit kien ta’ € 228,894,918. Din l-informazzjoni tkopri sa Frar 2021.

Anzjani li daħlu f’home

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li daħlu f'homes mill-2017 ’l hawn, maqsuma sena b'sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Żieda ta’ sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu sodod ġodda tul dawn l-aħħar ħames snin fil-komunità? Liema huma d-djar li żdiedu s-sodod fihom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paule – servizzi mediċi u servizzi oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu s-servizzi mediċi u servizzi oħra li mhumiex mediċi, li jingħataw minn San Vinċenż de Paule u liema huma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Jista’ l-Onorevoli Interpellant jgħid għal-liema perjodu qed jirreferi?

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma j¿ommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilitá.