Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19655 Sitting 454 2021-04-28 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – servizz/għajnuna mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizz/għajnuna qed jagħti d-Dipartiment tal-Edukazzjoni lill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm hemm għalliema jgħallmu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabiltà joffri s-servizzi tiegħu ta’ Tagħlim tul il-Ħajja b’kollaborazzjoni mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin lir-residenti t’hemmhekk. Bħalissa, in-numru ta’ għalliema impjegati biex jgħallmu fil-Faċilità huwa ta’ sitta.

Kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lokalità b'lokalità, fejn jinsabu l-kirjiet household ta' qabel l-1995?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub ser jingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sptar Mater Dei u entitajiet oħra tas-saħħa — Nursing aids u carers impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nursing aids u carers impjegati l-Isptar Mater Dei u entitajiet oħra tas-saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 759 li huma uffiċjali pubbliċi u li huma mpjegati ma’ entita’ u li joffru servizzi fl-isptarijiet u dipartimenti oħra tas-Saħħa. Dawn jinkludu Assistant Care Workers, Care Workers, Health Assistants, Health Carers, Nursing Aides u Senior Health Carers.

Mosta u Attard – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li huma ppjanati ġewwa l-Mosta u Ħ’Attard biex jittranġaw tul is-sena kurrenti u jekk l-ispiża hux se tkun minn fondi Lokali jew Ewropej? Jista’ l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq Lord Strickland ġewwa Ħ’Attard?

Response (BORG, IAN)

Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Il-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, u Triq Patri Ġuże Delia. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru xogħlijiet fihom fiż-żmien li ġej li jinkludu Triq Rumani, Triq il-Fuħħar, Triq l-Imsaqqfin, Triq il-Garrier, Triq Gio C Dei Marchesi Mallia Tabone, Triq bla isem ħdejn Triq San Anton Abbati, Wied ta’ Għajn Rihana, Triq Ta’ Żejfa, Pont tal-Bidnija, Triq Rafel Caruana Dingli u Triq il-Mitjar. Fil-lokalità ta’ Ħ’Attard diġà saru Triq il-Ġamar, Triq Dun Alwiġ Galea, Triq il-Marġ, Triq Hannibal, Sqaq Rajgu, Triq Annibale Preca, Triq Ferdinandu Inglott, Triq qrib San Anton, Triq Kananea, Triq Oliver Agius u Triq Lord Strickland li għadha kemm tlestiet. Bħalissa għaddej xogħol fi Triq l-Imdina, Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb, Triq il-Belt Valletta, Triq Ħaż-Żebbuġ, Triq Wied ta’ Rmiedi u Triq San Anton. Fl-istess lokalità diġà hemm ukoll diversi toroq oħrajn ippjanati biex isiru xogħlijiet fihom fiż-żmien li jinkludu Trejqet ir-Reġina, Triq l-Isptar, Triq l-Inħasa, Triq Ta’ Fgieni, Triq il-Pitkali, Triq il-Linja, Triq A Schembri u Triq Ħal Warda. Uħud mit-toroq li qegħdin isiru bħalissa f’Ħ’Attard jagħmlu parti mis-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li Infrastructure Malta qed twettaq anke b’fondi Ewropej biex ittejjeb il-kwalitá, is-sigurtá, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara. Din il-ħidma ta’ titjib fit-toroq tagħna se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.
Leg 13 PQ #19458 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Taħriġ mill-JobsPlus għal persuni li qed ifittxu xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qiegħed jingħata taħrig mill-JobsPlus għal nies li qed ifittxu x-xogħol bejn l-2017-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ taħrig It-taħrig jinkludi sheltered employment training, pre-employment training (Job Bridge) u korsijiet mainstream. li qed jingħata mill-Jobsplus għal nies li kienu qed ifittxu xogħol bejn l-2017-2020. Sena Total ta' taħrig għal nies li qed ifittxu x-xogħol 2017 628 2018 426 2019 478 2020 443

Raba’ li tinħadem li hija mikrija jew proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm raba’ li tinħadem li hi mikrija, jew hi proprjetà, tal-Gvern u f’liema lokalitajiet jinsabu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19448 Sitting 452 2021-04-26 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18838.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-PQ18838 ta’ din il-Leġiżlatura.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — proġetti tal-ESF

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kellha proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tagħha u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-mistoqsija għandha tiġi referuta lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.