Vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn 2,000 cc u 2,400 cc
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32624 u jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn l-2,000 cc u l-2,400 cc u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċilindrata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella hawn taħt turi n-numru ta’ vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn l-2,000cc u l-2,400cc, maqsum skont il-kategorija ta’ ċilindrata:
CC
Ammont ta’ vetturi
2000-2099
664
2100-2199
8681
2200-2299
2823
2300-2400
1272
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32132 u jagħti l-għadd ta’ separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar ħames snin u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-tabella ta’ hawn taħt turi l-għadd ta’ separazzjonijiet pendenti sena b’sena mill-2021 sat-13 ta’ Novembru, 2025.
Sena meta nfetħet il-kawża
Ammont ta' kawżi pendenti
2021
35
2022
44
2023
65
2024
82
2025
89
2026 sallum 16 ta’ Marzu
14
Total
329
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33663 u jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, inkluż id-dekasteru tiegħu, preżentament hemm 55 parkeġġ allokat għal nies b’diżabilita.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31457, 32000, 32550, 33413 u 34020 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 34020.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31456, 31999, 32549, 33412 u 34019 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 34020.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 33796 u tgħid kemm fadal flus x’jinġabru minn kontijiet pendenti tal-ARMS?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li sal-aħħar ta’ Frar 2026, l-ammont li kien għad irid jinġabar minn kontijiet pendenti li skadielhom it-terminu ta’ 45 ġurnata ta’ kreditu kien ta’ €13,745,761 minn kontijiet residenzjali u €28,849,483 minn kontijiet mhux residenzjali.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30952 u tgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri liċenzjati bħalissa f'Malta u Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Tista’ tgħid ukoll meta saru l-aħħar spezzjonijiet f’kull barriera u x'passi ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ barrieri li huma koperti u regolati minn liċenzja attiva għat-tqattigħ tal-blat (mill-bidu ta’ 2026 sal-aħħar ta’ Frar 2026) jammonta għal 49 barriera. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lokalitajiet fejn jinsabu dawn il-barrieri kif ukoll id-data tal-aħħar spezzjoni u x’passi ttieħdu mill-Awtorita`għall-Ambjent u r-Riżorsi f’kull barriera rispettiva.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenti 33659 u jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar hemm 22 parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilita’.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33052 u jgħid kemm-il telefonata waslet fuq in-numru tal-emerġenza 112 minn Ġunju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jelenka dawn it-telefonati u jgħid jekk kinux relatati mal-Pulizija, mal-Protezzjoni Ċivili jew mal-ambulanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
PQ 33052 - Numru tal-emerġenza 112 – Telefonati
Ġunju sa Diċembru 2025
Xahar
Total ta’ telefonati fuq 112
Telefonati mgħoddija lid-Dipartiment tal-Emerġenza (Ambulanzi)
Telefonati mgħoddija lil Protezzjoni Ċivili
Telefonati mgħoddija lil Pulizija
Telefonati mgħoddija lil Armata
Ġunju
35991
6665
1389
777
9
Lulju
40299
7447
1771
833
22
Awwissu
38842
7321
1643
788
22
Settembru
33462
6174
1256
721
12
Ottubru
33890
6491
1025
642
17
Novembru
28454
6210
795
596
13
Diċembru
27698
6944
671
583
11
Ir-Rabat, Bormla, Is-Siġġiewi u l-Imsida - Proġetti ta’ Akkomodazzjoni Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31940 u jgħid fiex waslu l-proġetti ta’ Akkomodazzjoni Soċjali fir-Rabat u Bormla, u l-estensjoni tas-Siġġiewi u l-Imsida?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32800 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika ta’ kemm persuni kienu rikonoxxuti bħala homeless fis-snin 2023, 2024 u 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Tweġiba:
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32762 u jgħid kemm hemm persuni Maltin, persuni barranin, u tfal jgħixu f’shelter homes minħabba li huma homeless?
Response (FALZON, MICHAEL)
Tweġiba:
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33959 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32806, jista’ l-Ministru jgħid lil min kienet qed issejjaħ Dar it-Tama fi Triq Matty Grima, Bormla, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30858 u jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm avukati jaħdmu mal-Legal Aid Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi hemm ħamsin (50) avukat u sitt (6) prokuraturi legali li jagħtu s-servizzi legali tagħhom lill-Aġenzija. Dawn huma mqassma kif ġej:
Panel
Numru ta’ avukati fuq il-panel
Kriminal (Malta)
16
Kriminal (Għawdex)
3
Kriminal (Ġurijiet)
2
Ċivil (Malta)
10
Ċivil (Għawdex)
3
Vittmi (Rappreżentanza)(Malta)
6
Vittmi (rappreżentanza)(Għawdex)
1
Vittmi (Parir)(Malta)
5
Vittmi (Parir)(Għawdex)
1
Assenjati fl-Uffiċini tal-Aġenzija
3
Prokuraturi Legali (Malta)
6
Total
56
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31457, 32000, 32550 u 33413 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-VAT minn stabbilimenti tal-ikel li jintaxxaw s-servizzi tagħhom bir-rata ta’ 18% VAT fl-2025 kien jammonta għal madwar 234.2 miljun.
Dan ifisser li jekk ir-rata tinżel għal 7%, il-Gvern isofri tnaqqis fid-dħul mill-VAT ta’ €143.1 miljun.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33825, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li taw ġisimhom lid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta sabiex jintuża għal skopijiet ta’ riċerka u studju wara mewthom, kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kollha kienu residenti f’Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet quddiem il-Qorti tal-Minorenni (Juvenile Court) fl-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm tressqu persuni u l-età tal-iżgħar persuna li tressqet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Qorti tal-Minorenni fis-sena 2025 kien hemm 724 kawża, dawn jinkludu kawżi li kienu ġejjin mis-snin preċedenti u 120 kawża ġdida li daħlu fl-2025. In oltre, tressqu 140 akkużat quddiem il-Qorti tal-Minorreni bl-iżgħar persuna li tressqet kellha 14-il sena.