Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tfal li ġew fostered

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19104 u jindika kemm kien hemm tfal li ġew fostered sena b’sena bejn l-2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X’etajiet kellhom it-tfal li ġew fostered?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont ma jidher fit-tabelli t’hawn taħt: Sena 2018 2019 2020 2021 Tfal li ġew fostered 50 39 31 10* *Sa Marzu, 2021 Informazzjoni maqsuma sena sena: 2018 Etajiet Numru ta’ tfal 1 – 3 xhur 3 6 – 9 xhur 1 9 – 12 xhur 4 1 7 2 4 3 7 4 2 5 2 7 4 8 2 9 1 10 4 11 3 12 1 15 3 16 1 17 1 Total 50 2019 Etajiet Numru ta’ tfal Anqas minn xahar 2 1 – 3 xhur 4 9 – 12 xhur 2 1 5 2 2 3 2 4 2 5 4 6 4 7 2 8 3 9 2 13 3 15 2 Total 39 2020 Etajiet Numru ta’ tfal Anqas minn xahar 5 1 2 2 5 4 1 5 3 6 3 7 1 8 1 10 3 11 3 14 2 15 1 16 1 Total 31 2021 (sas 16 ta’ Marzu, 2021) Etajiet Numru ta’ tfal Anqas minn xahar 1 6- 9 xhur 2 1 2 3 2 14 1 17 2 Total 10
Leg 13 PQ #20283 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema b’diżabilità

Question

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 19105, bħala kjarifika, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk inħatrux impjegati b’diżabbiltà fid-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li iva ġew impjegati.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – ħaddiema minn Ħad-Dingli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn Ħad-Dingli li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nies li jaħdmu fil-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet, Entitajiet u Aġenziji jiġu minn madwar il-pajji¿ kollu, u jaħdmu għal ġid tal-pajjiż kollu. Xhieda ta’ dan huma l-proġetti w inizjattivi li qed jagħmel dan il-Ministeru u l-Gvern kollu kemm hu. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll, li ninsab infurmat li l-ammont totali tal-persuni minn Ħad-Dingli li jaħdmu fid-dekasteru tiegħi huwa ta’ 62 minn total ta’ 2004 ħaddiem!

Home help — Koppji anzjani li applikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm koppji anzjani li applikaw għall-Home Help tul din l-aħħar sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 551 koppja anzjani li applikaw għall-Home Help matul is-sena 2020 u 121 koppja li applikaw bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena.

Mosta – Triq Durumblat – time frame

Question

Jista’ l-Ministru jagħti time frame dwar meta ser tinfetaħ Triq Durumblat fil-Mosta?

Response (BORG, IAN)

Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Fil-lokalità tal-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira u Triq Patri Ġuże Delia. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru fiż-żmien li ġej. Triq Durumblat hija arterja ta' 1.8 kilometri bejn Ħ’Attard, Ta’ Qali u l-Mosta, u minħabba l-kobor tagħha x-xogħlijiet qegħdin isiru f’fażijiet. Minbarra tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi kisjiet bl-asfalt, f’din it-triq qegħdin isiru diversi xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art għall-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni kif ukoll dwal tat-triq ġodda. Barra minn hekk, Infrastructure Malta qed tintroduċi roundabouts u punti ta’ qsim (pelican crossings) għal aktar sigurezza f’din it-triq, kif ukoll qed tibni bankini maż-żewġ naħat biex tiffaċilita l-konnessjonijiet bil-mixi bejn il-lokalitajiet li semmejt u biex ittejjeb ukoll l-aċċess għall-ġonna pubbliċi u l-faċilitajiet sportivi ta’ Ta’ Qali. Wara li tlestiet l-ewwel parti nkluż l-asfalt, għaddej ix-xogħol fil-bqija tat-triq li issa reġgħet infetħet fid-direzzjoni mill-Mosta lejn Ħ’Attard sakemm jitlestew it-trinek li hemm bżonn isiru għas-servizz tal-elettriku. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Infermiera

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn dawk is-60 infermier ġodda li semma’ li se jiġu ingaġġati, kemm minnhom huma Maltin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi Frar ta’ din is-sena ħarġet sejħa pubblika għal parteċipazzjoni skont il-public regulations għal servizzi ta’ infermiera, managers kif ukoll clerical support workers, sabiex ikunu jistgħu jagħtu s-servizzi tagħhom f’diversi ċentri u hubs tat-tilqim għal kontra l- Covid-19 . Fost dawk ingaġġati kien hemm persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti.

Housing Estates

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19083 fejn staqsejt lill-Ministru Galdes kemm huwa n-numru ta’ housing estates f’Malta u Għawdex u f’liema sena nbnew u b’referenza għat-tweġiba li kienet 1,167 blokka tal-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn il-blokok, lokalità b’lokalità? Kemm minnhom inbnew f’Għawdex? X’kienet l-ispiża ta’ dawn il-blokok?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispiża ta' dawn il-blokok hija impossibbli li tingħata minħabba li ħafna minnhom inbnew diversi snin ilu.

Infrastructure Malta – permessi għal bini fi Triq ta’ Ħad-Dingli

Question

Jista' l-Ministru jagħmel elenku tal-permessi validi li kienu f'idejn Infrastructure Malta sad-data tat-23 ta' Marzu għall-bini fit-triq ta' Ħad Dingli, u jipprovdi kopja tad-dokumenti kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-permessi u d-dokumenti kollha mitluba mill-Onorevoli interpellant, se nelenka x’inhuma l-fatti kif jikkonfermaw dawn l-istess dokumenti dwar ix-xogħlijiet li bdiet Infrastructure Malta għat-triq ġdida sekdata li qed tibni bejn Triq San Ġwann Bosco, Triq id-Daħla tas-Sienja u Sqaq il-MUSEUM, f’Ħad-Dingli. L-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermat li x-xogħlijiet minn Infrastructure Malta mhumiex illegali. F’deċiżjoni meħuda mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, din l-Awtorità ddikjarat: “it-triq [ġdida] hija waħda skedata fil-Pjan Lokali, u li skont il-liġi sussidjarja 552.08, m’hemmx obbligu li l-Awtorità tiġi notifikata bix-xogħol relatat mat-triq.” Din it-triq kienet approvata bħala parti mill-Pjan Lokali fl-2006, wara konsultazzjoni pubblika. L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet permess fid-9 t’Ottubru 2020 biex jinqalgħu 3 siġriet ħalli tinbena t-triq ġdida. L-ebda siġra ma tneħħiet jew inżabret illegalment, qabel jew wara li nħareġ dan il-permess. Dan kien ikkonfermat ukoll mit-Tribunal. Transport Malta ħarġet Road Works Permit għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fis-17 ta’ Marzu 2021. Mhuma jsiru l-ebda xogħlijiet illegali fit-triq. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli approva unanimament il-bini ta’ din it-triq ġdida, fejn iddikjara li r-residenti ta’ Sqaq il-MUSEUM kienu talbu lill-Kunsill Lokali biex itejjeb l-“aċċess inaċċettabbli” eżistenti billi jifforma t-triq ġdida skedata. Is-Sovrintedenza tal-Patrimonju Kulturali kkonfermat ukoll l-approvazzjoni tagħha għax-xogħlijiet billi ddikjarat li “Dawn ix-xogħlijiet, li ġew approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, qegħdin kontinwament jiġu segwiti minn arkeologu taħt id-direzzjoni tas-Sovrintendenza... Il-formazzjoni tat-triq proposta bejn Triq Daħlet is-Sienja u Triq San Ġwann Bosco ma titqiesx li toħloq theddida għall-integrità fiżika tal-fdalijiet medjevali tal-Kappella ta’ Santa Duminka.” Infrastructure Malta laħqet ftehim dwar l-esproprjazzjoni ma’ maġġoranza ta sidien tal-art fejn qegħdin isiru x-xogħlijiet. Dawn ser jiġu kkumpensati kif xieraq, skont il-proċeduri applikabbli tal-Awtorità tal-Artijiet. L-espropji kollha meħtiega nfurmat li ġew approvati minn Lands Authority u tħallas kollu lil istess Awtorita’ minn Infrastructure Malta.
Leg 13 PQ #19856 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Università – għalliema full-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema full-time fl-Università fis-sena akkademika f’dawn l-aħħar sentejn? Kemm minn dawn huma assenjati b'doveri fil-Junior College fuq bażi full-time jew part-time?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tagħrif dwar in-numru ta' akkademiċi fuq bażi full-time fl-Università ta' Malta f’dawn l-aħħar sentejn akkademiċi hu kif se nsemmi: Sena akkademika 2019/2020 - 857 li minnhom 170 ipprestaw is-servizzi tagħhom ġewwa l-Ġan Franġisk Abela Junior College. Sena akkademika 2020/2021 - 870 li minnhom 168 qegħdin jipprestaw is-servizzi tagħhom ġewwa l-Ġan Franġisk Abela Junior College.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – persuni b’diżabilità impjegati

Question

Tista’ l-Ministru, bħala Ministru għall-persuni b’diżabilità tgħid kemm hemm nies b’diżabilità impjegati fis-segretarjat tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat tiegħi hemm impjegata persuna waħda b’diżabilità.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – Chairpersons ta’ Bordijiet — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17917 u 17461 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi l-informazzjoni kif moghdija lili fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — karozzi leased

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18818 u jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru ghandna karozza wahda leased.

Funzjoni ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm idum lift biex jibda jiffunzjona wara li jitpoġġa f’postu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li liftjitpoġġa f’postu jrid ikun iċċertifikat li lest u li hu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tat-tenderu r-regolamenti tal-lifts tal-2016. Dan hu proċess li jitwettaq fuq medda ta’ erba’ ġimgħat. Madanakollu, il-proċess ta’ notifika li lift hu lest jirrikjedi li jinħarġu ċ-ċertifikati. B’hekk ‘ placing into service ta’ lift’ skond il-liġi hu proċess li jieħu ż-żmien minħabba l-livell għoli ta’ sigurtà mitlub minn makkinarju bħal lifts u jieħu ordinarjament bejn erba’ u sitt ġimgħat minn meta l- lift ikun twaħħal.

Ħaddiema tal-isptar — telework

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ċertu ħaddiema tal-isptar li għandhom aċċess għat-teleworking, mhumiex jitħallew li jsir dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-telework ingħata fejn ix-xogħol innifsu jippermetti u fejn jista isir moniteraġġ iktar b’saħħtu fuq it-twettiq tax-xogħol skont il-gwidi li japplikaw, fejn l-impatt fuq is-servizz ma jkunx negattiv u li dan jibqa’ jingħata ta’ livell għoli.

Skema tal-Komun – Rinovazzjoni tal-Blokok tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rinovati Blokok tal-Gvern bl-iskema tal-Komun? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-blokok, id-dawl tal-komun inqaleb fuq l-inkwilini tal-istess blokka? Jista’ jgħid, jekk għadhom ma nqalbux, meta hemm il-ħsieb li jinqalbu kollha?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2011 u s-sena 2020 l-Awtorità irrenovat ċirca ta’ 70 blokka fis-sena taħt l-iskema ta' manutenzjoni fil-komun tal-blokok tal-Gvern. Dwar li l-kont tad-dawl tal-komun jiġi trasferit fuq ir-residenti din mhux il-prassi tal-Awtorità tad-Djar.

Numru 145 – telefonati għall-appuntamenti għat-tilqim tal-COVID

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il telefonata fuq in-numru 145 saret biex isiru appuntamenti għat-tilqim tal-COVID? X’forma ta’ taħriġ jingħata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-15 ta’ Marzu ta’ din is-sena sal 21- t’April saru 107,042 telefonata fuq in-numru 145. Ninfurmah ukoll illi jsir taħriġ b’mod regolari lill-aġenti mill-Infection Control Unit ta’ Mater Dei. Dan it-taħriġ jikkonsisti minn informazzjoni dwar it-tipi differenti tal-vaċċin, kif ukoll fuq il-proċessi tal-applikazzjoni.