Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tħaffir f’sit fir-Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-tħaffir fis-sit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk hux se jkun hemm impatt fuq it-traffiku minħabba x-xogħol li qed isir fuq is-Central Link?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iżvilupp indikat ta’ lukanda fit-Telgħa tas-Saqqajja jinsab ‘il bogħod mis-sit ta’ Central Link Project u m’huwiex ser jaffettwa l-arranġamenti tat-traffiku meħtieġa għax-xogħlijiet tal-istess proġett.

Persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease li huma iżgħar minn 61 sena, li jieħdu SDA u/jew pensjoni tal-invalidità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sptarijiet u kliniċi – ħlas għal servizzi minn persuni minn pajjiżi terzi li jaħdmu f’Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru jgħid kemm kien l-ammont globali mħallas għal servizzi mill-isptarijiet u l-kliniċi pubbliċi sena b'sena mill-2015 sal-lum minn persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom il-permess biex jaħdmu f'Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom permess tax-xogħol, li jħallsu national insurance f'Malta, ma jħallsux għas-servizzi mediċi.

Nies li ġew interdettjati minħabba mard

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew interdettjati persuni f’dawn l-aħħar 10 snin minħabba mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitolb lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Atti kriminali fuq persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati atti kriminali fuq persuni anzjani ta' ’l fuq minn 65 sena, sena b'sena, mill-2012 'l hawn u x'tip ta' atti kriminali seħħew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kif ingħad f’risposti relatati, fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, l-kategoriji disponibbli huma bbażati fuq it-tip ta’ reat imwettaq u ma hemmx kategorija speċifika għall-reat dwar abbużi fuq anzjani. Infurmat ukoll li mis-sistema, in-numru ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar irreġistrati bħala vittmi tar-reati kriminali kollha li seħħew fil-perjodu msemmi kienu ta’ 15,725 jiġifieri fl-2012 – 1363, fl-2013 – 1580, fl-2014 -1735, fl-2015 – 1732, fl-2016 – 2155, fl- 2017 – 2196, fl-2018 – 1870, fl-2019– 1609, fl-2020 -1097 u fl-2021 – 388. Dawn ivarjaw minn reat b’mezzi tat-teknoloġija, serq, theddid, vjolenza domestika, frodi u omiċidji. L-informazzjoni t’hawn fuq infurmat li ma tirriflettix in-numru ta’ reati individwali, minħabba li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma f’rapport, tista’ ma’ tkunx il-persuna prinċipali fil-mira tal-aggressur.
Leg 13 PQ #20830 Sitting 460 2021-05-12 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

AirMalta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm spiċċaw persuni bl-età mill-Airmalta u kemm daħlu ġodda f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-sena 2019 u s-sena 2021 irtiraw bl-eta ħdax (11) il-persuna. Fl-2019/2020 ġew ingaġġati mija u tnejn u għoxrin (122) impjegat ġdid, li minn dawn, sitta u tmenin (86), kienu cabin crew li ġew impjegati fuq bazi part-time temporanja. Fl-2021 ġew ingaġġati 3 impjegati.

Persuni li jbatu mill-ALS

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni jbatu bl-ALS u x’għajnuniet qed jieħdu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mater Dei hemm 49 persuni irreġistrati li jsofru minn Motor Neuron Disease. Dawn il-persuni qed jirċievu trattament mediku neċessarju minn tim multidixxiplinarju ta’ esperti mediċi.

Impjegati tal-banek – tilqima kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jiġu mlaqqma l-impjegati tal-banek speċjalment dawk li jiġu f’kuntatt man-nies?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interepllant illi it-tilqima ghal kontra l-Covid-19 qed tinghata skont l-età. Nfakkru li t-tilqim kontra l-Covid-19 għaddej b’ritmu mgħaġġel u li bhalissa anki persuni minn 30 sena il-fuq jistghu japplikaw sabiex jiehdu din it-tilqima.
Leg 13 PQ #20632 Sitting 459 2021-05-11 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Studenti b’diżabilità – lezzjonijiet online – għajnuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuniet se jkun hemm għal dawk l-istudenti li għandhom bżonn LSE għax għandhom ADHD, Dyslexia jew di¿abbiltà oħra u qed isegwu l-lezzjonijiet tal-iskola online?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li studenti li għandhom Statement of Needs għal diżabiltajiet diversi u qegħdin jattendu onlajn għandhom sapport onlajn minn LSE ukoll, flimkien ma' diversi servizzi offruti mill-ministeru stess jew kuntrattati minn entitajiet professjonali oħra.

CRPD — kontravenzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inqabdu kontravenzjonijiet mis-CRPD tul l-aħħar sentejn?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità m'għandiex poteri legali li toħroġ kontravenzjonijiet.

Skema ‘Care at Home’ għal persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se tintroduċi Skema Carer at Home bħalma għandhom l-anzjani sabiex persuni b’diżabilità jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tmexxi diversi servizzi u skemi fosthom dawk li jagħtu sostenn lil persuni b’diżabilità u lill-familjari tagħhom fil-komunità. Permezz ta’ dawn is-servizzi u skemi, persuna b’diżabilità jista’ jkollha għajnuna ta’ Support Worker mill-Aġenzija jew carer tal-għażla tagħha, inkluż assistent personali, skont is-sigħat ta’ għajnuna li din ikollha bżonn u skont iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kull każ. Professjonisti jassessjaw u jsegwu l-każijiet. Dawn is-servizzi u skemi huma kumplimentati wkoll minn diversi servizzi u skemi oħrajn li kollha huma intenzjonati li jżidu l-indipendenza tal-persuna b’diżabilità u ċ-ċans li jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Servizz ta’ Psychiatric Outpatient

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12334 tat-12-il leġislatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li fil-preżent qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta kif ukoll t’Ghawdex, li fil-preżent qed jirċievu servizz psikjatriku gewwa l-kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità.

Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali – ksur tad-drittijiet – ilmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm ilmenti li jkunu allegati ksur tad-drittijiet tal-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali matul is-sena l-oħra? X’kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u x’rakkomandazzjonijet saru biex jitħarsu l-persuni involuti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17700.

ARMS – persuni li għandhom solar panels — kalkulazzjoni tal-kontijiet tal-konsum tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li skada l-kuntratt li sar mal-MRA, kif l-ARMS tikkalkula l-kontijiet tal-konsum tal-elettriku ta' dawk li għandhom is-solar panels?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mad-dħul fis-seħħ tal-Avviz Legali 61 tal-2021, ossia Regolamenti tal-2021 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta’ Tariffi Feed-in (Elettriku Generat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajci tax-Xemx) (Emenda Nru 3) fil-25 ta’ Frar 2021, l-ARMS Ltd. aġġustat l-operat tagħha sabiex il-komputazzjoni tal-kontijiet tkun konformi ma’ dak stipulat fl-istess avviz legali.
Leg 13 PQ #20337 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq komunikazzjoni lill-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17920, 17586, 17075, 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17920 u 18788.

Ħ’Attard — Triq San Anton

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta Triq San Anton f’Ħ’Attard se terġa’ tinfetaħ?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fil-każ tat-triq indikata din tagħmel parti minn proġett biex jinbnew mill-ġdid żewġ toroq madwar il-Ġonna ta’ San Anton u li jinfdu f’xuxlin, bit-triq l-oħra hija Triq Lord Strickland li għadha kif tlestiet. Ix-xogħol fi Triq San Anton jinkludi tqegħid ta’ servizzi ġodda għall-ilma u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll sistema ġdida għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, tiswijiet fis-sistema tad-drenaġġ u bini ta’ bankini ġodda, qabel ma t-triq jissaħħulha l-pedamenti u jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Ix-xogħlijiet qegħdin isiru f’żewġ fażijiet bl-ewwel waħda dalwaqt tintemm u tibda t-tieni fażi biex li titlesta fix-xhur ta’ wara. Minħabba li din triq dejqa ħafna kien impossibbli li jsir it-tibdil ta’ daqstant sistemi taħt l-art, li qegħdin isiru biex jitjiebu s-servizzi għal ħafna familji fl-inħawi, minghajr ma tingħalaq.

Estradizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn barranin qed jistennew estradizzjoni lejn pajjiżhom? Jista’ jgħid lejn liema pajjiż se jkunu estraditi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20629 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – ħaddiema li rtiraw bl-età

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irtiraw ħaddiema bl-età mis-Servizz Pubbliku tul dawn l-aħħar sentejn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar 2019 sal-lum kien hemm 1,144 uffiċjali pubbliċi li temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku minħabba l-età.
Leg 13 PQ #20630 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – ħaddiema li ħarġu boarded out

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tas-Servizz Pubbliku li ħarġu boarded out minħabba mard tul dawn l-aħħar sentejn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar 2019 sal-lum kien hemm 85 uffiċjali pubbliċi li temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku minħabba raġunijiet ta’ mard.
Leg 13 PQ #20257 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Sentenzi mogħtija minħabba l-Assenteiżmu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infruzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, tista’ l-Ministru tgħid x’sentenzi ngħataw lil dawk l-1283 ġenitur li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni dejjem mexa mal-proċess mistenni minnu. Il-Ministeru, id f’id mal-iskola, ma’ professjonisti oħra mid-Direttorati għall-Edukazzjoni u anke ma’ servizzi barra d-direttorati, ikomplu jsegwu dawk l-istudenti li huma assenti mill-iskola fuq bażi regolari u mingħajr raġuni valida.