Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm telefonati fuq is-Servizz tal-179 is-sena l-oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnhu jinsab fir-Rapport Statistiku Annwali tal-Aġenzija Appoġġ li jinsab ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS).
Dan ir-rapport jista’ jiġi aċċessat mis-sit elettroniku, li madanakollu, kopja tal-paġni fejn tissemma l-informazzjoni mitluba, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra (paġni 69 u 73).
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 38002 tal-11-il leġislatura, tista’ l-Ministru tindika kemm tiġi l-ispiża fil-preżent għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b’Diżabilità kif ukoll għal kull resident li jgħix f’xi Dar Residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għal kull persuna b’diżabilità li tattendi ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport hi medja ta’ €85 kuljum. L-ispiża għal kull persuna b’diżabilità li tgħix fir-residenzi ta’ Aġenzija Sapport hi medja ta’ €280 kuljum.
ARMS – persuni li għandhom solar panels — kalkulazzjoni tal-kontijiet tal-konsum tal-elettriku
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20287, tista' l-Ministru tgħid kif aġġustat l-operat tagħha biex kollox sar konformi? Qabel ma daħal l-Avviż Legali 61 tal-2021 kif kien qed jiġi kkalkulat il-kosum tal-elettriku ta' persuni li għandhom is-solar panels? Se jingħataw xi forma ta' kumpens?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-metodoloġija li biha jinħadmu l-kontijiet ta’ persuni li għandhom il-pannelli solari hija b’konformita mal- Electricity Supply Regulations u il-Feed-in Tariffs Regulations.
Min skadielu l-kuntratt qabel daħal fis-seħħ l-avviz legali u kien qed jitħallas bil ‘
proxy of the market price’
applikabbli, mill-25 ta’ Frar ta’ din is-sena ġie aġġornat għal l-orħos tariffa residenzjali. Dawk il-kuntratti li se jiskadu aktar ‘il-quddiem jibdew jitħalsu bl-istess rata msemmija mill-għada li jiskadilhom il-kuntratt.
Peress li qed nagħtu garanzija ta’ perjodu estiż ta’ għoxrin sena ta’ feed-in tariff, m’hemmx lok ta’ kumpens ulterjuri.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20499, jista' l-Ministru jagħti time frame ta' meta se titlesta t-triq? Ma staqsejtx għal spjega tax-xogħlijiet imma għal data?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nerġa’ nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 20499 tas-Seduta 458 fejn spjegajt b’mod dettaljat l-ammont vast ta’ xogħlijiet li jirrikjedi l-bini mill-ġdid tat-triq indikata wara li tlestiet Triq Lord Strickland li tinfed magħha u kienet parti mill-istess proġett, imma donnu li l-Onorevoli membru ma jinteressahx minn dan, inżid li x-xogħol kollu mistenni jintemm fl-aħħar kwart tas-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20500 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn barranin qed jistennew estradizzjoni lejn pajjiżhom? Jista’ jgħid lejn liema pajjiż se jkunu estraditi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bħalissa ma hawn l-ebda barrani li ġie deċiż ħati minn Qorti, li hu suġġett għal proceduri ta’ estradizzjoni u li qed jistenna li jiġi estradit lejn pajjiżu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew interdettjati persuni f’dawn l-aħħar 10 snin minħabba mard?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar ir-raġuni għaliex ingħatat l-interdizzjoni mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) Malta u Għawdex, u mill-Qrati ta’ Gurisdizzjoni Kriminali, u lanqas dwar jekk tkunx inabilitazzjoni jew interdizzjoni. Għalhekk il-figuri li qed jingħataw fit-tabelli juru n-numru ta’ persuni kollha li ġew interdetti jew inabilitati mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-14 ta’ Mejju 2021 f’Malta.
Qorti Ċivili Malta– Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja
Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali - Malta
Qorti tal-Magistrati Għawdex – Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja
Sena
Persuni Interdetti/Inabilitati
Persuni Interdetti
Persuni Interdetti/Inabilitati
2011
46
26
5
2012
54
23
3
2013
53
7
5
2014
35
10
3
2015
54
11
7
2016
67
14
3
2017
72
4
5
2018
86
10
10
2019
95
9
5
2020
50
9
8
2021 sal-14 ta' Mejju
25
9
5
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew interdettjati persuni f’dawn l-aħħar 10 snin minħabba mard?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nies bil-Humanitarian Protection u kemm għandhom status ta’ refuġjat? Kemm minnhom ilhom b’dan l-istatus 10 snin jew iktar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill Onor. Interpellant sabiex jirrefferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Persuni li jbatu minn Multiple Sclerosis, Lupus u COPD
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni jbatu mill-Multiple Sclerosis, Lupus u COPD?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta hawn 514 il-persuna li għandha l-iskeda Ħamsa u ssofri mill-Multiple Sclerosis, 746 li għandhom l-iskeda Ħamsa u jsofru mil-Lupus Erythematosus u 4,025 persuni li għandhom l-iskeda Ħamsa u jsofru mill-Chronic Obstructive Pulmonary Disease.
Sptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Saint Luke’s u Mount Carmel – Podologists, Orthotists
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm podologists u orthotists lijaħdmu f’Mater Dei Hospital, Karen Grech Hospital, Saint Luke’s Hospital u Mount Carmel Hospital?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-servizz tas-saħħa f’Malta u Għawdex bejn Podiatrists u Orthotists hemm 64 ruħ li jagħtu s-servizzi tagħhom f’Mater Dei, fl-isptar San Luqa u Karen Grech, l-isptar Monte Carmeli, fiċ-Ċentri tad-dipartiment tal-kura primarja u fl-isptar Ġenerali t’Għawdex.
Infrastructure Malta – artijiet għall-esproprjazzjoni ta’ għelieqi — ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri mħallsa lill-Infrastructure Malta tal-Artijiet għall-esproprjazzjoni ta’ għelieqi għal skopijiet ta’ twessiegħ tat-toroq fl-2018, 2019 u fl-2020?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta twaqqfet fl-2018 biex twettaq il-pjan tal-Gvern li jagħti spinta kbira ‘l quddiem lill-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurezza u s-sostenibilità tal-infrastruttura pubblika f’pajji¿na.
Fost oħrajn, din l-aġenzija wettqet mijjiet ta’ proġetti ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali, residenzjali u rurali, b’investiment kapitali t’aktar minn €100 miljun fis-sena, investiment li qed ifisser inqas ħin fl-ivvjaġġar, inqas riskji t’aċċidenti arja aktar nadifa u ambjent isbaħ fit-toroq li fihom jgħixu, jivvjaġġaw u jaħdmu eluf ta’ persuni f’kull lokalità.
F’uħud mill-proġetti tagħha, Infrastructure Malta tkun teħtieġ li tuża art biex tibni infrastruttura ġdida u aktar sigura, bħal pereżempju l-korsiji ġodda li saru fi Triq Aldo Moro, il-korsiji ġodda għar-roti u l-mixi fi Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa, u fi Triq Buqana, bejn il-Mosta u l-Imtarfa, u l-korsiji, bankini u waqfiet tal-karozzi tal-linja ġodda ta’ Triq tal-Balal. Bħalissa għaddej ukoll ix-xogħol ta’ Central Link Project, fejn kien jeħtieġ tittieħed art biex nibnu t-triq ġdida li kien ilha ppjanata għal għexieren ta’ snin, iżda tħalliet fuq l-ixkaffa minn amministrazzjonijiet preċedenti, u biex niżviluppaw l-itwal korsija għar-roti u l-mixi f’pajjżna, b’tul ta’ madwar 4.3 kilometri.
F’każi fejn dawn l-artijiet meħtieġa ma jkunux diġa propjetà tal-Gvern, ikun hemm bżonn li jiġu esproprijati. Meta jiġri hekk, is-sidien tal-artijiet meħtieġa jiġu mħallsin ta’ dawn il-propjetajiet mill-Awtorità tal-Artijiet, skont kriterji stabbiliti fil-liġijiet applikabbli u l-proċeduri tal-istess awtorità. Fil-fatt, minn meta twaqqfet fl-2018, Infrastructure Malta diġa ħallset lill-Awtorità tal-Artijiet €6.88 miljun (€6,884,659) sabiex is-sidien affettwati jingħataw il-kumpens stipulat bil-liġi mill-aktar fis.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kienx hawn barranin li jew kienu pożittivi għall-Covid-19 jew kwarantina, u tħallew jirritornaw lejn pajjiżhom, mill-bidu tas-sena ’l hawn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-barranin kollha li jittestjaw pożittivi għal Covid-19 jew li kienu kuntatti ma' każijiet pozittivi, għandhom jgħaddu minn perjodu ta' iżolament / kwarantina ta' 14-il jum u ma jkunux jistgħu jivvjaġġaw f’dan il-perjodu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn nies isofru bil-Myalgic Encephalomyelitis (ME)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20957 ninfurmah ukoll illi hemm 4 pazjenti li għandhom l-iskeda Ħamsa u li jsofru bil-Myalgic Encephalomyelitis.
Ministeru għas-Saħħa – xogħlijiet minn kuntratturi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm kuntratturi li jagħmlu xogħlijiet differenti fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika l-mistoqsija parlamentari tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jbatu bl-ALS u x’għajnuniet qed jieħdu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux kompitu tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jżomm statistika dwar kemm hawn persuni li jbatu mill-ALS.
Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li. l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), jipprovdi ħlas ta’ Assistenza għal Diżabilità Severa f’każ illi l-applikant jissodisfa l-iskrutinju tal-bord mediku. Barra minn hekk, l-istess Att jipprovdi wkoll ħlas ta’ Pensjoni għall-Invalidità f’każ illi l-persuna tissodisfa n-numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u kif ukoll illi l-bord mediku maħtur taħt l-istess Att jiddikjara illi s-saħħa tal-persuna hija tali li rrendiet ruħha nkapaċi għal kull xogħol.
Ir-Rabat – sit li se jsir lukanda – Traffic u Environmental Impact Assessment
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fir-Rabat se ssir lukanda? Jista' jserraħ moħħ ir-residenti li sar Traffic Impact Assessment u Environment Impact Assessment u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.