B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12334 tat-12-il leġislatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li fil-preżent qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20824.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm barranin li tlaqqmu bil-vaċċin kontra l-COVID-19 hawn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 35,627 persuni barranin li ħadu mill-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid 19.
Dan il-proċess kien ibbażat skont il-karta tal-identità tal-individwu li qed jieħu l-vaċċin. Dan il-vaċċin setgħu jieħduħ dawk il-barranin li għandhom il-Permess ta' Residenza kif ukoll dawk li qedgħin fil-proċess li jkollhom il-Permess ta' Residenza f’Malta.
Persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20826 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease li huma iżgħar minn 61 sena, li jieħdu SDA u/jew pensjoni tal-invalidità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika dwar persuni li jbatu mill-kundizzjonijiet imsemmija li huma taħt il-61 sena wara li dawn ikunu ġew iċċertifikati mill-bord mediku maħtur taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Tajjeb jingħad li l-bord mediku jiddeċiedi l-każijiet skont il-legiżlazzjoni sussidjarja Tabelli għall-Indeboliment.
Persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinsons Disease
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease li huma iżgħar minn 61 sena, li jieħdu SDA u/jew pensjoni tal-invalidità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.