Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #21683 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Persuni jirreġistraw għax-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru li joqogħdu fis-seba’ distrett elettorali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni, li huma residenti fis-seba’ distrett elettorali u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru fl-aħħar t’ April 2021. Lokalità April 2021 ĦAD-DINGLI 13 ĦAZ-ZEBBUĠ 29 IR-RABAT 37 TAL-VIRTU 2 L-IMĠARR 13 Il-BAĦRIJA 5 L-IMTARFA 10 Total 109 L-aħħar ċifri ppublikati huma t’April 2021.
Leg 13 PQ #21684 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Persuni jirreġistraw għax-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru li joqogħdu fil-11-il distrett elettorali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni, li huma residenti fil-ħdax-il distrett elettorali u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru fl-aħħar t’April 2021. Lokalità April 2021 Ħ'ATTARD 35 BURMARRAD 4 IL-MOSTA 63 L-IMDINA 1 Total 103 L-aħħar ċifri ppublikati huma t’ April 2021.

Djar tal-Anzjani — Sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm–il sodda nxtrat mill-gvern fid-djar privati tal-anzjani fl-2020-2021?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020, il-Gvern xtara 509 sodod. Fis-sena 2021, sal-aħħar ta’ Mejju, il-Gvern xtara 173 sodda.

Telefonati 1717

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru telefonati fuq 1717 mill-bidu tas-sena sakemm titwieġeb il-mistoqsija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

L-Imtarfa – manutenzjoni fuq binjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir manutenzjoni fuq il-binjiet fl-Imtarfa li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ Binja Qlejja u Binja Santa Luċija hemm talbiet simili għal dawk li saru fir-rigward ta’ Binja Buqana fl-istess lokalità. Wieħed għandu jinnota pero li f’Binja Buqana kien ġie kkummissjonat studju li twettaq minn ditta internazzjonali tal-inġinerija fejn instab li kien intuża konkrit ta’ saħħa inferjuri bil-konsegwenza li 80 familja kienu fi stat ta’ periklu minħabba dan id-difett strutturali grossolan fil-proġett. B’differenza għas-sitwazzjoni f’Binja Buqana, il-problema f’dawn il-binjiet ( ossia Binja Qlejja u Binja Santa Luċija) tista’ tissolva b’manutenzjoni u mhux b’tiswija strutturali. Il-Gvern m’għandu l-ebda obbligu legali li jagħmel dawn ix-xogħlijiet hu peress li dawn id-djar illum huma privati u l-Gvern m’għad għandu l-ebda titlu fuqhom. Fil-każ ta’ Binja Buqana, il-Gvern iddeċieda li jintervjeni biss mingħajr preġudizzju. U dan minħabba l-periklu serju u l-fatt li r-residenti ma setgħux finanzjarjament iġorru din l-ispiża waħedhom. L-ispiża ta’ €3 miljuni li kellu jaffaċja dan il-Gvern hu ċertifikat ieħor tal-inkompetenza u n-negliġenza fil-proġetti kapitali u infrastrutturali mibnija taħt l-amministrazzjoni ta’ dak iż-żmien.

Sptarijiet — Staff complement ta’ nurses u tobba

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-istaff complement ta’ nurses u tobba li jaħdmu ġewwa l-isptarijiet u kemm minnhom huma barranin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-qasam tas-Saħħa hemm 3,708 infermiera li minnhom 500 huma barranin u 1541 tobba li minnhom 126 huma barranin.

Air Malta – Taqsima tal-Passenger Handling

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma dak li qed jinstema' mill-ħaddiema kkonċernati jekk it-Taqsima tal-Passenger Handling tal-Air Malta hix se tiġi outsourced? Jekk iva x’se jiġri mill-ħaddiema ta’ din it-Taqsima?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Air Malta – Ħaddiema bla paga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li fl-Air Malta hemm settur ta’ ħaddiema li sal-lum mhumiex jitħallsu l-paga bażika tagħhom? Jekk hu veru, għaliex intgħażel dan is settur? U x’qed isir sabiex dawn il-ħaddiema jibdew jitħallsu l-paga bażika mill-aktar fis?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Persuni interdettjati ħabba mard

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21149, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew interdettjati persuni f’dawn l-aħħar 10 snin minħabba mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 20828.

Ksur tal-liġijiet tal-ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21264 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ksur tal-liġijiet tal-ippjanar mill-2020 sal-lum?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika entita` li bħas-snin passati tirċieva għajnuna biex parzjalment issostni n-nefqa minħabba l-obbligi pubbliċi tagħha, hija l-Public Broadcasting Services (PBS). Dan isir wara li jsiru l-verifiċi meħtieġa mall-SAMB.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-ebda entità ma rċeviet state aid.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.