Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lista ta’ stennija għal kura kirurġika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-lista ta' stennija għal kura kirurġika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal-operazzjoni fl-iSpeċjalità tal-Kirurġija Ġenerali, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 2210.

Waiting Lists

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx, u kemm huma twal, il-waiting lists għall-operazzjonijiet tal-uroloġija, l-ortopedija, l-oftalmoloġija, u oħrajn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal-operazzjoni iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter, fl-Ortopedija huma 2210, fl-Oftalmoloġija 1004 u fil-Uroloġija 38.
Leg 13 PQ #22397 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Tfal b’Diżabbilta/LSE Skjjel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal reġistrati b’diżabbiltà fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex, kemm minnhom għandhom bżonn is-servizz ta’ LSE u kemm hemm LSEs jaħdmu fl-iskejjel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li tfal reġistrati b’diżabbiltà u kundizzjonijiet diversi fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex u li għandhom bżonn is-servizzi ta' LSE hemm 5,644. Irid jingħad li minħabba d-diversità tad-diżabilità jew kundizzjoni, dawn l-istudenti għandhom bżonn ta' 3,903 LSE, liema LSEs huma provduti.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21979, tista’ l-Ministru tagħti n-nefqa ta' reklami fuq it-televiżjoni mill-2017 sal-lum maqsuma sena b'sena n-nefqa ta' reklami fuq it-televiżjoni u mhux l-ammont globali biss ta' kull entità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjantià Attiva — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21981, jista' l-Ministru jagħti n-nefqa ta' reklami fuq it-televiżjoni mill-2017 sal-lum maqsuma sena b'sena u mhux l-ammont globali biss ta' kull entita?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Spezzjonijiet fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22367, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid x’nuqqasijiet ġew innutati minn dawn l-ispezzjonijiet f’dawn id-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul it-3,252 spezzjoni ġew innutati nuqqasijiet rigward l-ambjent jew l-infrastruttura li jinkludu problemi strutturali fil-binja, ħsarat fil-makkinarji bħal lift u airconditioners u nuqqas ta’ aċċessibilità. Apparti minn hekk, nuqqasijiet li ġew innutati ukoll kienu fil-kwalita’ tal-kura b’mod partikolari fejn jidħlu l-bżonnijiet tar-resident kif ukoll l-immaniġġjar tas-servizzi relatat mal-kontroll tal-infezzjonijiet waqt il-pandemija kif ukoll l-għażla ta’ attivitajiet organiżżati li jirrispettaw il-protokolli fi żmien il-pandemija.

Living Income

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju u d-diskussjonijiet fil-kunċett tal-Living Income?

Response (ABELA, CARMELO)

Infakkar lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dan il-Gvern tejjeb il-livell tal-għajxien partikolarment tal-faxex l-iżjed vulnerabbli b’mod sinifikanti sena wara oħra, l-istudju li sar għadu qed jiġi kkunsidrat internament mill-Gvern.

Djar tal-Anzjani tal-Privat

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm residenti f’kull Dar Residenzjali tal-Anzjani mmexxiha mill-Privat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani: Faċilità tal-Wi-Fi

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani li għandhom installat faċilitajiet tal-Wi-Fi sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani: Involviment tar-Residenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Gvern u dawk tal-Privat li jinvolvu direttament lir-residenti tagħhom fit-tmexxija ta’ dawn il-postijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani wieħed isib Kunsill magħmul mir-residenti stess fejn huma jagħtu l-kontribut u suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-djar.

Spezzjonijiet fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm saru spezzjonijiet fid-Djar Residenzjali tal-Gvern u dawk tal-Privat matul dawn l-aħħar sentejn? X’nuqqasijiet ġew innutati minn dawn l-ispezzjonijiet f’dawn id-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn saru spezzjonijiet mill-Awtorita’ ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali kif jidher f’Tabella A li qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Fost in-nuqqasijiet li ġew innutati ġew maħruġa rakkomandazzjonijiet rigward l-ambjent jew l-istruttura tad-Dar Residenzjali, kura ta’ kwalità jew kura medika, kif ukoll fl-immaniġġjar tas-servizzi u l-ospitalità.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mill-2017 sal-lum?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja ġie fis-seħħ sa minn 23 ta’ Novembru 2020. Għaldaqstant, l-informazzjoni rikjesta qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall- reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taht: Ministeru 2021 €4,200 Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika 2020 €2,643 2021 €5,616 MCST (inc Villa Bighi) 2017 €11,800 2018 €32,353 2019 €40,731 2020 €35,700 2021 €9,437

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjantià Attiva — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Importazzoni ta’ Cannabidiol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21926, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fejn wara s-sentenza tal-Kawża C663/18 B S & C A ġie ddikjarat li l-Cannabidiol, li huwa s-sustanza derivanti mill-Pjanta Cannabis Sativa b’anqas minn 0.2% Tetrahydrocannabinol (THC), għandu jiġi meqjus bħala ikel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern ippubblika white paper dwar dan is-suġġett li għandha tkompli tikkontribwixxi għad-diskussjonijiet rigward l-użu tal-kannabis.

Deċiżjonijiet u Regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjonijiet u r-regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea humiex legalment vinkolanti għall-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid humiex atti legali li jidħlu fis-seħħ awtomatikament u uniformalment fil-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall- Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jispjega preċiżament l-effetti legali tal-Atti tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-Deċiżjonijiet u r-Regolamenti tal-Unjoni.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet diġa' mogħtija fuq PQ 184, 2312, 8688 u 10254, waqt li l-kumplament tal-informazzjoni qed tiġi miġbura.
Leg 13 PQ #21974 Sitting 489 2021-07-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.