Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uniformi – Dipartiment tal-Ġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies fid-Dipartiment tal-Ġustizzja li qegħdin jilbsu l-uniformi kif suppost? Jew hemm min għandu permess speċjali biex din l-uniformi ma tintlibisx?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan d-Dipartiment tal-Ġustizzja hemm 6 impjegati li qed jilbsu uniformi għal qagħdi ta’ dmijirijietom skont kif elenkat fit-tabella: 2 Receptionists 1 Uffiċjal tas-Sigurtà 1 Messaġġier 1 Messaġġier Anzjan 1 Cleaner Infurmat li f’ċertu instanzi l-Messaġġier Anzjan ma’ jkunx bl-uniformi assenjata lilu peress li jkun qed jassisti f’xi xogħol ħafif ta’ manutenzjoni li għal ragunijiet prattiċi jkun hemm l-ħtieġa li jilbes ħwejjeġ addattat.

Transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer sar minn St James Cavalier għal Directorate Corporate Services? Fuq liema bażi saru dawn it-transfers? X’karigi ngħataw dawn li ħadu t-transfer?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab mgħarraf li kien hemm persuna waħda illi ġiet trasferita minn St James Cavalier għad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, fil-grad ta’ precincts officer.
Leg 13 PQ #22833 Sitting 514 2021-11-08 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kumpens tal-wage freeze – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif numru ta' ħaddiema ħadu l-kumpens tal-wage freeze u oħrajn li applikaw ukoll għal dan il-kumpens, ma ħaduhx anke jekk kellhom l-istess gradi u ma kinux parti mill-Management? Kif ukoll jista’ l-Ministru jikkonferma humiex se jitħallsu bħal kollegi tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħidilna meta se jitħallsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara l-Mistoqsija tiegħu.

Applikazzjonijiet mhux imwieġba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ma setgħatx tiġi pproċessata, minħabba li d-dħul annwali jeċċedi l-ammont ta’ €10,000, minn Ġunju 2021 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2021 sal-lum, 88 applikazzjoni ma ġewx ipproċessati minħabba li kienu jeċċedu d-dħul stipulat skond il-kriterji ta’ eliġibilita’ fejn d-dħul annwali għal persuna waħdu huwa ta’ €10,000 filwaqt li għal koppji jew ġenituri l-kriterji huma differenti.

Ilmenti mill-Priġunieri

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13479, jista' issa l-Ministru jindika l-ilmenti bil-miktub jew verbalment lill-Bord ta' Moniteraġġ, eċċ mill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin f'din il-Leġiżlatura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul din il-legizlatura saru 303 ilment li gew trattati mill- Bord ta' Moniteraġġ. Infurmat ukoll li skont ir-Regolamenti Dwar il-Ħabs, d-dettalji l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant ma jistgħux jingħataw.

Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn huma mwaqqfa ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani? X’għandha tagħmel persuna sabiex tirċievi dan is-servizz? Kemm huwa l-ħlas sabiex anzjan/a jirċievi dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċentri għall-Anzjanità Attiva huma mwaqqfa f’dawn il-lokalitajiet: Mosta, Mġarr, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar, Birkirkara, Msida, Sliema, Ħal Qormi, Luqa, Birebbuġa, Żejtun, Marsaskala, Bormla, Santa Luċija, Safi, Kirkop, Żurrieq, Siġġiewi, Dingli, Ħamrun, Santa Venera, Santa Luċija, Swieqi, Gżira, Floriana, Paola, Swieqi. Persuna tista’ tapplika biex tattendi Ċentru għall-Anzjanità Attiva billi timla il-formola għas-servizzi li toffri l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħlas lill-GPs

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21906, jista’ issa d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tibda tiffunzjona l-iskema tal-ħlas tal-GPs meta jinvistaw pazjenti fil-komunità u kemm sejrin jitħallsu għal dan is-servizz il-ġdid?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema msemmija minnu diġa qegħda fis-seħħ. Ninfurmah ukoll illi fiż-żmien li ġej se tkompli skema oħra fejn it-tobba tal-familja jkunu jistgħu jkomplu jsegwu pazjenti wara 5 snin li kellhom il-kanċer tas-sider.

Sentenzi mogħtija minħabba l-Assenteiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid x’sentenzi ingħataw lil dawk l-1283 ġenitur li skont risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21903, jista’ issa l-Ministru jindika l-ismijiet u l-email addresses tal-uffiċjali li huma responsabbli taċ-Ċentri/Servizzi fil-Komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt: Office Phone Work Address Locality Agency for Community and Therapeutic Services Head Office 23345112 Community Family Centre, 2nd Floor Kunsill Lokali Msida, Triq il- Kuncizzjoni, Msida Msida Agency for Community and Therapeutic Services Head Office 23345111 Community Family Centre, 2nd Floor Kunsill Lokali Msida, Triq il- Kuncizzjoni, Msida Msida Western Region Qormi 21496045 393/395, Triq il-Vitoria, Hal Qormi QRM 2505 Qormi Cottonera Community Service 23985111 Centru Leap, Triq San Dwardu. Birgu Valletta Community Service 23953117 72, Melita street Valletta Valletta South Region, Kirkop 21640257 Centru Leap, Triq San Pietru Kirkop Mosta Community Services 21437447 5, St. Anne Street, Mosta Mosta Birkirkara / Msida Community Services 22583208 168, Valley Road, Msida Msida Zabbar Community Service 23985124 Centru LEAP, Triq San Dwardu Birgu Qawra Community Service 22697110 Qawra Community Services , Block B4 Triq il-Frejgatina, Qawra SPB 1276 Qawra

Djar tal-anzjani privati – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sodda fid-djar tal-anzjani privati kienu/huma mixtrija mill-Gvern għas-snin 2020 u 2021, maqsuma dar b'dar? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża globali, imħallsa mill-Gvern lil kull dar għas-sena 2020 u 2021?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Spezzjonijiet fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22483 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22367, jista’ l-Ministru jindika jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali f’dawn id-Djar Residenzjali: a. Residenza San Ġużepp; u b. St. Thomas Community Living? X’rakkomandazzjonijiet saru f’kull waħda minn dawn id-Djar u meta saru dawn l-ispezzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali matul dawn l-aħħar sentejn għamlet 28-il spezzjoni f'Residenza San Guzepp u 21-il spezzjoni f' St Thomas Community Living. Nuqqasijiet primarjament kienu rigward kura ta' kwalità u dwar l-immaniġġjar tas-servizzi.

Morbid obesity

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-politika tal-gvern vis-a-vis ‘morbid obesity’? X’servizzi joffri Mater Dei f’dan il-qasam? Għandu ħsieb li dan is-servizz jespandi? Kemm hemm persuni involuti biex joffru dan is-servizz f’Mater Dei? Hemm xi persuni fil-preżent li qed jitħarrġu f’dan il-qasam? Jekk iva kemm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba li Morbid Obesity tirriżulta f’ħafna komplikazzjonijiet medikali bħal zokkor, pressjoni, mard tal qalb, artrite’, kanċer fost affarijiet oħra, għalhekk il-kura ta’ dawn il-pazjenti jinvolvi u tingħata minn tim multidixxiplinaru. Sabiex tingħata l-għajnuna meħtieġa qed jiġu offruti servizzi tas-saħħa mill-klinika tal endokrinoloġija, sapport ta’ dietician, sapport psikoloġiku kif ukoll kirurġija fejn isiru operazzjonijiet bħal Sleeve Gastrectomy u Gastric Bypass. Dan is-servizz jinvolvi hafna elementi u jieħu proċess twil biex ir-riżultati ikunu sodisfaċenti. Bħalissa qed isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex jingħata aktar taħriġ u esperjenza, minn ċentru specjalizzat minn barra minn Malta.

L-Imtarfa — Binja Qlejgħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22396 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-Binja Qlejgħa l-Imtarfa?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21532.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ilmenti u suġġerimenti mill-priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti u suġġerimenti bil-miktub jew verbalment mill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’din il-Leġiżlatura? Fuq xiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti/suġġerimenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jispeċifika hux qed jirreferi għal Bord ta' Moniteraġġ.

Djar tal-Anzjani: Involviment tar-Residenti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22366, jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenti tal-Privat li m’għandhomx Kunsill magħmul mir-residenti stess, fejn huma jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut u s-suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-Dar fejn huma qed jgħixu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingbabar

Spezzjonijiet fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22367, jista’ l-Ministru jindika jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali f’dawn id-Djar Residenzjali: a. Residenza San Ġużepp; u b. St. Thomas Community Living? X’rakkomandazzjonijiet saru f’kull waħda minn dawn id-Djar u meta saru dawn l-ispezzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Djar Residenzjali tal-Anzjani — Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika fid-dettall fiex jikkonsistu l-ispezzjonijiet li jsiru fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar

Pazjenti b’morbid obesity – stennija għal kura kirurġika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li pazjenti b' "morbid obesity" li jiġu riferuti Mater Dei, qegħdin jistennew snin twal biex jingħataw kura kirurġika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru kien hemm 105 persuni b’morbid obesity jistennew biex isirilhom intervent.