Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19119 u jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallent li, kif kont weġibt għal mistoqsija parlamentari numru 11761, l-informazzjoni mitluba minnu toħloq stampa ta’ segregazzjoni fis-soċjeta, u għaldaqstant nħoss li mhuwiex etikament korrett li tingħata din l-istatistika. Artiklu 31 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ jgħid li l-informazzjoni mitluba dwar Persuni b’Diżabilita’ tista’ tinġabar u tintalab biss biex ikunu identifikati l-problemi li jaffaċċjaw persuni b’diżabilita’ u sabiex wieħed iwieġeb dwar dawn id-diffikultajiet; nikwota:
“The information collected in accordance with this article shall be disaggregated, as appropriate, and used to help assess the implementation of States Parties’ obligations under the present Convention and to identify and address the barriers faced by persons with disabilities in exercising their rights ...
States Parties shall assume responsibility for the dissemination of these statistics and ensure their accessibility to persons with disabilities and others”
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20246 u jgħid kemm, jekk kien hemm, ambulanzi leased tul l-2020 u kemm kienet l-ispiża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2020 l-entitajijet tad-Dipartiment tas-Saħħa kellhom is-servizz ta’ 14 il-ambulanza b’kuntratt ta’ leasing.
Aġenziji, Awtoritajiet, Entitajiet Governattivi – funzjoni tas-CEOs
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-gvern fejn tidħol il-funzjoni tas-CEOs f’Aġenziji, Awtoritajiet, Entitajiet Governattivi? Jista’ jgħid jekk dawn is-CEOs jistgħux jagħmlu xogħol privat ieħor bħal konsulenzi u/jew ikunu impjegati f’kumpaniji privati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-politika tal-Gvern f'dan ir-rigward għadha l-istess. CEOs għandhom jiddedikaw l-enerġija kollha tagħhom għax-xogħol ta' l-amministrazzjoni pubblika bħalma wieħed jistenna minn kull kap fis-Settur Pubbliku. Xogħol lil hinn mix-xogħol ta' Kap fl-entita jsir biss wara l-approvazzjoni meħtieġa.
B’referenza dwar il-grant li qed joffri l-gvern dwar min jixtri karozzi electric/hybrid, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-karozza ma tasalx sa qabel budget ieħor xorta intitolat għal grant? Jekk jintużaw il fondi kollha għall-iskema, x’se jiġri? Xorta min laħaq xtara l-karozza għandu dritt għar-rifużjoni?
Tista’ l-Ministru tindika kemm l-Aġenzija Sapport għandha Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilità u f’liema lokalitajiet qegħdin? Tista’ tgħid ukoll jekk humiex sejrin jitwaqqfu aktar Djar Residenzjali speċjalment għal dawk li qegħdin fil-lista tas-stennija u, jekk iva, meta sejrin jitwaqqfu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tmexxi 10 djar residenzjali f’Malta u Għawdex, f’dawn il-lokalitajiet: Bormla; B’Bugia; Mtarfa; Siġġiewi; Kirkop; Fgura; Pembroke; Żabbar; Marsa; u Rabat, Għawdex.
Fil-preżent qed issir ħidma sabiex jinfetħu 3 idjar oħra fil-komunità fil-lokalitajiet taż-Żurrieq u l-Qrendi fis-sena 2022, u oħra f’Ħal-Kirkop fl-2025.
Bħala miżura tal-Baġit 2022, ser tkun qed issir ħidma sabiex tinfetaħ dar oħra għal persuni b’diżabilità f’Ħad-Dingli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22795 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġusitzzja u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu ċittadinanzi b'investiment taħt l-iskema tal-IIP sa Ġunju 2021, maqsuma sena b'sena? Jista' wkoll jgħid kemm inbiegħu minn Lulju 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Pajjiżna ma jbieħx ċittadinanza, kif referut mill-Onor. Interpellant fil-mistoqsija parlamentari. Pajji¿na joffri programm ta’ ċittadinanza b’investiment. Mill-programm li kien magħruf bħala l-IIP pajjżna ibbenefija 1.7 biljun li ġew iġġenerati fl-ekonomija tagħna, u li minnu qed igawdu ċittadini Maltin u Għawdxin. Dan il-programm ġie fi tmiemu fl-2020 meta ma baqgħux jintlaqgħu applikazzjonijiet ġodda ta’ residenza għal finijiet tal-iip. L-ammont sena b’sena ta’ dawk l-individwi li flimkien mal-familji tagħhom għazlu li jinvestu f’Malta u li temmew il-proċess b’suċċess huma kif indikati fit tabella t’hawn taħt.
Sena
Ammont ta’ Applikazzjonjiet
2015
108
2016
254
2017
369
2018
223
2019
204
2020
135
2021 (sa meta ġiet imwieġba l-mistoqsija)
139
Mosta, Ħ'Attard, l-Imtarfa, ir-Rabat, Ħad-Dingli u Ħaż-Żebbuġ — garaxxijiet li huma proprjetà tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm garaxxijiet proprjetà tal-Gvern? Kemm minnhom qegħdin il-Mosta, Ħ'Attard, l-Imtarfa, ir-Rabat, Ħad-Dingli, u Ħaż- Żebbug?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha garaxx wieħed flimkien ma spazju ta’ parkeġġ li huma battala kif ukoll garaxx ieħor li huwa mikri ġewwa l-Imtarfa. Il-kiri ta’ garaxx fl-Imtarfa huwa każ partikolari peress illi bħala prassi garaxxijiet proprjetà tal-Gvern li huma mikrija jiġu amministrati mill-Awtorità tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbew garaxxijiet ġodda li huma proprjetà tal-Gvern u kemm ġew allokati flus?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul dawn l-aħħar snin inbnew 397 garaxx u car spaces li bħalissa qed jiġu allokati għall-kiri permezz ta’ skema maħruġa mill-Awtorità tad-Djar. Tweġiba dwar kemm kienet in-nefqa speċifikament fuq dawn il-garaxxijiet ma tistax tingħata peress li kienu jiffurmaw parti ntegrali minn proġett akbar ta’ bini ta’ appartamenti għal akkomodazzjoni soċjali.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22634, jista’ l-Ministru jindika l-ismijiet u l-email addresses tal-professjonisti li huma responsabbli mill-uffiċini msemmija fir-risposta taċ-Ċentri/Servizzi fil-Kommunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Filwaqt li nerġa’ nirreferi lill-Onorevoli interpellant għall-PQ 22634, jista’ jsir kuntatt mal-istess professjonisti permezz tat-tagħrif li diġà tajtu.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22632, jista’ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tobba tal-familja f’din l-iskema u kemm qegħdin jitħallsu għas-servizz li huma jagħtu lill-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej il-proċess fejn dawn iż-żewġ skemi li jinkludu follow up minn tobba tal-familja ta’ pazjenti bi problemi psikjatriċi kif ukoll follow up ta’ pazjenti wara 5 snin li kellhom il-kanċer tas-sider qed jergaw jiġu aġġornati. Dan isir minn żmien għal żmien biex il-pazjenti tagħna jkomplu jingħataw l-aqwa servizzi tas-Saħħa. Għal dawn l-iskemi sa issa applikaw 8 tobba.
Tista’ l-Ministru tindika kemm hemm nuqqas ta’ professjonisti fis-servizzi mogħtija mill-Aġenzija Sapport? Tista’ tagħti l-figuri skont il-professjonijiet (eż: social workers, eċċ)?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport timpjega ħaddiema f’kull grad u livell skont il-Ftehim Kollettiv u skont l-approvazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-awtoritajiet relevanti. Fil-preżent hemm disa’ postijiet vakanti għal professjonisti li l-proċess ta’ reklutaġġ sabiex dawn jimtlew diġà beda. Dawn jinkludu: Ħames Support Executives; wieħed social worker fuq bażi full-time; wieħed social worker fuq bażi part-time; Wieħed Occupational Therapist; u wieħed Speech and Language Pathologist.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22633 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza u l-mistoqsija parlamentari 19102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid x’sentenzi ingħataw lil dawk l-1283 ġenitur li skont risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22453.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu ċittadinanzi b'investiment taħt l-iskema tal-IIP sa Ġunju 2021, maqsuma sena b'sena? Jista' wkoll jgħid kemm inbiegħu minn Lulju 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.