Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35045 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu d-disabled parking bays, mhux bilfors personalizzati, fil-Belt, Valletta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi parkeġġi riservati komuni, li jistgħu jintużaw minn persuni li għandhom il-
blue
badge
, jiġu stabbiliti kull meta ssir talba mill-Kunsill Lokali rispettiv jew minn individwi.
Fil-każ ta’ talbiet li jaslu mingħand individwi, Transport Malta twettaq konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali kkonċernat u, fejn jiġi stabbilit li teżisti l-ħtieġa, jiġu implimentati l-arranġamenti meħtieġa sabiex jinħoloq tali parkeġġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35045 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu d-disabled parking bays, mhux bilfors personalizzati, fil-Belt, Valletta?
Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kap. 604) - Każijiet ta’ żgumbrament
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li ħarġet il-liġi tal-2020 - Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kap. 604), kemm kien hemm anzjani li ġew żgumbrati minn djarhom, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati, KAP 604, jitlob li l-kirjiet residenzjali privati kollha, ħlief għal dawk il-kirjiet ta’ qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 jew dawk il-kirjiet li ġejjin minn enfitewsi qabel l-1 ta’ Ġunju 1995, jiġu reġistrati mal-Awtorità tad-Djar bħala regolatur. Għalhekk l-Awtorità għandha biss informazzjoni dwar ir-relazzjoni kuntrattwali li tiġi rreġistrata magħha. Żgumbramenti minn propjetajiet li qed jinkrew taħt dan l-Att, mhumiex fir-responsabiltajiet tal-Awtorità bħala regolatur ai termini ta’ dan l-istess Att.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal studenti li qegħdin fl-aħħar sena tas-sekondarja u li l-familji tagħhom għadhom ma bbenefikawx mill-għotja ta’ €500 bħala assistenza fil-qasam diġitali, kif imħabbra fl-aħħar baġit u għaliex tali għotja ma tqassmitx lill-istudenti kollha f’daqqa? Jista’ jgħid ukoll meta dawk li għadhom pendenti se jirċievu l-għotja rispettiva tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jgħid jekk kienx hemm xi attività soċjali waqt il-ħin tax-xogħol, fejn tqassmu xi vouchers, fis-17 ta’ Marzu? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-ispiża totali ta’ din l-attività u jekk kinitx imħallsa mill-Awtorità tad-Djar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fil-ġurnata msemmija ma ġiet organizzata ebda attività ta’ team building jew attività soċjali mill-Awtorità tad-Djar waqt il-ħin tax-xogħol. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda spiża marbuta ma’ tali attività u lanqas ma ġiet imħallsa mill-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda għall-pet groomers fl-2025?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2025, kien hemm 41 stabbiliment ta’ pet groomers li ġew irreġistrati mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pet groomers liċenzjati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm 60 stabbiliment ta’ pet groomers irreġistrati mad-Direttorat għat-Trattement Xieraq tal-Annimali.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol relatat mal-kiri u bini tal-unit fi ħdan il-kumpless Ecohive relatat mat-tender ‘CT2231/2024 Tender for Rental and operation of treatment unit for leachate generated from Landfills at EcoHive Complex’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unità għat-trattament tal-leachate ġiet installata u kummissjonata fl-aħħar ta’ Frar u t-tħaddim regolari tal-impjant beda fit-2 ta’ Marzu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ speċjalizzazzjonijiet mediċi permanenti hemm fir-Residenza San Vincenz de Paule (SVPR) u jindika jekk, apparti l-ġerjatrija, hemmx ukoll speċjalizzazzjonijiet oħra bħal ENT, newroloġija, eċċ.?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fir‑Residenza San Vinċenz de Paul joffru numru ta’ speċjalizzazzjonijiet mediċi permanenti lil residenti u anzjani mill‑komunità. Dawn jinkludu kliniċi f’diversi oqsma bħall‑
Vascular, ENT, Audiology, Ophthalmic, Psychiatry,
Gynaecology
,
Cardiology
,
Gastroenterology
,
Neurosurgery
,
Dermatology
, u oħrajn relatati mal‑ġerjatrija, fosthom
Osteosarcopenia
, B
rain Health, Onco‑Geriatric
u
Frailty
. Barra minn hekk, SVPR jopera wkoll sala speċjalizzata għall‑kura palljattiva.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser tibda tieħu ħsieb il-programm ‘Life Map’ tal-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ħatar “taskforce” magħmula minn entitajiet differenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.
F'dan l-istadju r-rwol tat-taskforce hu li tagħmel evalwazzjoni tal-programm LifeMap u tirrakkomanda l-aħjar triq ‘il quddiem għall-fażi li jmiss tal-programm inkluż titjib fis-servizz provdut.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema u LSEs għall-programm ‘Life Map’?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tal-programm ‘Life Map’, huwa magħmul minn professjonisti li għandhom kwalifiki relevanti u akkreditati fl-oqsma rispettivi tagħhom.
Kull impjegat huwa magħżul abbażi tal-kompetenzi u l-esperjenza tiegħu, sabiex jiġi żgurat li s-servizz mogħti jkun ta’ livell għoli u adattat għall-bżonnijiet tal-istudenti.