Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21903 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21328, jista’ l-Ministru jindika l-ismijiet u l-email addresses tal-uffiċinili huma responsabbli taċ-Ċentri/Servizzi fil-Komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu diġà ġiet imwieġba f’mistoqsija parlamentari numru 22634.
Leg 13 PQ #23397 Sitting 526 2021-11-30 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21961 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21964 u tgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mill-2017 sal-lum?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21962 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21969 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-24 ta’ Novembru 2021.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21970 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21285 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ma rċeviet state aid.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21279 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — state Aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21274 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-ministeru tiegħi hemm biss entita' waħda li rċeviet state aid.
Leg 13 PQ #23393 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — State aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21278 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex tinġabar din l-informazzjoni

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21276 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kien hemm ebda entita fid-dekasteru tiegħi li rċeviet state aid.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21284 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kien hemm ebda entita fid-dekasteru li rċeviet state aid.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — state aid

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21268 u tgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tagħha li rċievew state aid?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita mid-dekasteru tiegħi ma rċivew state aid.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21269 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma jwettqux attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Għadaqstant, mhumiex soġġetti għar-regolamenti dwar l-għajnuna mill-Istat.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21273 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi li rċevew state aid.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21272 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ebda entità jew dipartiment taħt il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi ma jirċievu State Aid.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21282 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma ngħatat Għajnuna Statali.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — state aid

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21283 u tgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tagħha li rċievew state aid?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li entita’ waħda biss irċeviet state aid.

Ministeru għas-Saħħa — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10176 u 6312 u jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19115.