Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċju lis-sidien għaż-żieda fil-kirjiet ta' qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sid ibbenefika mill-benefiċċju għaż-żieda fil-kirjiet ta' qabel l-1995, mill-1 ta' Ġunju 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-talba tas-sidien għal żieda fil-kera ssir quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera. L-inkwilini kollha li jissodisfaw il-kriterji tat-test tal-mezzi sabiex ikomplu l-kirja huma ntitolati għal sussidju u għalhekk in-numru ta’ sidien li bbenefikaw minn żieda fil-kera huwa viċin iċ-ċifra ndikata f’PQ23572.

Persuni li mietu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu nies f’Malta fis-snin: a) 2015; b) 2016; ċ) 2017; d) 2018; e) 2019; u f) 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2015 mietu 3443 persuni residenti f’Malta u Għawdex, fl-2016 3343, fl-2017 3571, fl-2018 u fl-2019 mietu 3688, u fl-2020 4084.
Leg 13 PQ #23445 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kumpens tal-wage freeze – ħlas

Question

B'referenza għar-risposta għall-misoqsija parlamentari 22833, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ex-ħaddiema li ħadu l-kumpens tal-wage freeze mill-Airmalta? Jista’ jgħid jekk dawk li ma ħaduhx hux se jingħatalhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawk il-ħaddiema li fl-2017 ma nagħtawx l-kumpens tal-wage freeze mill-Air Malta, kienu dawk li applikaw u ħadu il-VRS. Dawk li applikaw u ħadu il-VRS mhux intilotati għal-ebda kumpens ieħor mill-Air Malta.
Leg 13 PQ #23448 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd – rwol tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23279 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi rwol għandu l-Gvern fil-Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għandu 23,759,625 ishma fil- Libyan Arab Maltese Holding Co Ltd.

CRPD – Kunratt tal-Uffiċini

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 23281 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u tpoġġi kopja tal-kuntratt/ftehim tal-uffiċini tas-CRPD?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit li għalih qed issir referenza f’din il-mistoqsija parlamentari ntagħżel wara Sejħa ta’ Interess fejn intagħżlet l-irħas offerta minn tlieta li ġew sottomessi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt.

Skema ta’ xiri ta’ karozzi electric/hybrid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23282 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza dwar il-grant li qed joffri l-gvern dwar min jixtri karozzi electric/hybrid, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza ma tasalx sa qabel budget ieħor, xorta jkun intitolat għal grant? Jekk jintużaw il-fondi kollha għall-iskema, x’se jiġri? Xorta min laħaq xtara l-karozza, għandu dritt għar-rifużjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport baqghet u għada għadejja bl-approvazzjoni tal-grants sottomessi. Il-grant tiġi proċessata la darba l-vetturi plugin jew electric jiġu rreġistrati mal-Awtorità għat-Trasport. L-iskemi jerġgħu jiġu mħabbra s-sena d-dieħla u għaldaqstant kull applikazzjoni pendenti tigi proċessata wara li l-vettura plugin jew electric tiġi rreġistrata mal-Awtorità għat-Trasport.

Telefonati 1777

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23283 li oriġinarjament saret lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħlu telefonati fuq 1777 mill-bidu sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-linja appoġġ 1777 f’Settembru 2015 sa Novembru 2021, waslu total ta’ 572 telefonata mil-appoġġ. Ta’ min jinnota l-fatt li kienu waslu sejħiet oħra mhux relatati mal-appoġġ li l-Call Center ma jżommux records tagħhom.

Non-resident ambassadors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma n-Non resident Ambassadors ta’ pajjiżna u għal liema pajjiż huma akkreditati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tan-Non Resident Ambassadors ta’ Malta u l-pajjiżi li għalihom huma akkreditati.

Djar tal-anzjani privati – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22564 u jgħid kemm-il sodda fid-djar tal-anzjani privati kienu/huma mixtrija mill-Gvern għas-snin 2020 u 2021, maqsuma dar b'dar? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża globali, imħallsa mill-Gvern lil kull dar għas-sena 2020 u 2021?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva.

Ħlas lill-GPs

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22632, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qegħdin jitħallsu t-tobba tal-familja li qed jieħdu sehem fl-iskemi msemmija f’din ir-risposta parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tobba tal-familja li qed jieħdu sehem fl-iskemi msemmija jitħallsu bejn €15 u €20 għal kull pazjent.

Abbużi fuq anzjani – każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani lill-pulizija mis-sena 2018 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kif ingħad f’risposti għall-mistoqsijiet simili, fis-sistema komputeriżżata tal-pulizija, l-kategoriji disponibbli huma bbażati fuq it-tip ta’ reat imwettaq u m’hemmx kategorija specifika għall-reati dwar abbuzi fuq anzjani. Fl-assenza ta’ dettalji dwar it-tip ta’ abbuzi li dwarhom intalbet l-informazzjoni, mis-sistema tal-pulizija, ir-reati kriminali mis-sena 2018 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2021 li b’xi mod jinvolvu persuni ta’ sittin sena jew aktar, u li huma reġistrati u meqjusa bħala reati ta’ abbuż fuq anzjani, jidhru fit-tabella t’hawn taħt. Din ma tirriflettix fin-numru ta’ vittmi minħabba li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma f’rapport, tista’ ma’ tkunx il-persuna prinċipali fil-mira tal-aggressur. Tip ta' rapport 2018 2019 2020 2021 * Feriti fuq il-persuni 102 82 78 68 Vjolenza domestika 130 145 183 203 Serq b'armi 3 4 4 5 Mugging 5 8 4 5 Snatch and Grab 45 23 11 5 Stupru 1 0 1 2 Total 286 262 281 288 Rapporti meqjusa abbużivi u li jinvolvu persuna/i ta’ eta' 60 sena jew aktar (possibilment fost vittmi oħra)

Persuni b'nuqqas ta' Saħħa Mentali — Servizz tal-Outreach

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jistennew biex jirċievu s-servizz tal-Outreach?Jista’ jgħid x’għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-timijiet tal-Outreach ġew imsaħħin f'dawn l-aħħar sentejn apposta biex ikunu jistgħu jagħtu s-servizzi tagħhom lill-pazjenti malajr kemm jista’ jkun, mingħajr stennija fit-tul infatti persuna waħda qed tistenna sabiex tirċievi dan is-servizz. Il-pazjenti jiġu referuti għas-servizz ta’ l- Outreach mit-timijiet responsabbli għall-kura ta’ l-istess pazjenti taħt id-direzzjoni tal-psikjatra kuranti. Dan is-servizz jiġi diskuss mal-pazjent u t-tim multidixxiplinarju tiegħu u jekk il-pazjent jaċċetta tintbgħat ir- referral lit-Tim ta’ l- Outreach u minn hemmhekk jibda’ l-kuntatt mill-i staff ta’ dan it-tim mal-pazjent.

Sptar Pubbliku — anzjani bħala social cases

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm anzjani li huma f’xi sptar pubbliku bħala social cases?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21978 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa mill-2017 sal-lum għal reklamar fuq it-televiżjoni mill-Ministeru/ entitajiet taħt id-dekasteru tiegħi tammonta għal €543,678.148, li minnhom €251.186.48 ġew minn fondi Ewropej. Information for Hon. Minister Sena Ammont (VAT exkluż) Deskrizzjoni tar-riklamar Total 543,678.148 2021 €10,000.00 Reklami fuq NET TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 32 days (128 spots) 2021 €10,000.00 Reklami fuq ONE TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 13 days (52 spots) 2020/2021 €124,985.52 The advertisement conducted as part of this contract was in connection with a project part financed by the European Maritime and Fisheries Fund entitled EMFF 6.1.2 Control Operations F, H, J & K. The principle aim of this project, which is still ongoing, is to promote further awareness on Illegal, Unreported and Unregulated (IUU) fishing. Thus far as part of this contract, €7,950.00 were spent on production, whilst €117,035.52 were spent on the booking and airing of 392 adverts. Adverts were aired on the five most popular local TV stations at the time, these being One TV, TVM ,Net, TVM 2 and TSN Go. Contract REF: CT3038/2019 2020 €27,117 Reklami fuq TVM –Plant harmful organisms campaign 61 days (125 spots) 2020 €30,000 Reklami fuq TVM- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 47 days (336 spots) 2020 €30,000 Reklami fuq NET TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 47 days (329 spots) 2020 €28,200 Reklami fuq ONE TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 47 days (188 spots) 2020 €10,000 Reklami fuq TVM- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 60 days (90 spots) 2020 €5,000 Reklami fuq NET TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 31 days (62 spots) 2020 €5,000 Reklami fuq ONE TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 31 days (32 spots) 2019 €26,400 TV spots (TVM and TVM 2) –Plant harmful organisms campaign 2019 €28,000 Reklami fuq TVM u TVM 2 –Plant harmful organisms campaign 2019 €13,950 Reklami fuq ONE TV –Plant harmful organisms campaign 2019 €10,980 Reklami fuq NET TV –Plant harmful organisms campaign 2018 €1,900 Reklami fuq ONE TV – Citrus Tristeza Virus 2018 €26,400 Reklami fuq TVM – Plant harmful organisms campaign 2018 €14,000 Reklami fuq ONE TV –Plant harmful organisms campaign 2018 €8,946 Reklami fuq NET TV –Plant harmful organisms campaign 2018 €105,300.96 The advertisement conducted as part of this contract was in connection with a project part financed by the European Maritime and Fisheries Fund entitled EMFF4.3.1 Nesploraw Flimien it-Tezori tal-Bahar! The principle aim of the project was to promote sustainable fish consumption. As part of this contract, € 17,400.00 were spent on production, whilst 87,900.96 were spent on the booking and airing of 336 adverts. Adverts were aired on the three most popular local TV stations at the time, these being One TV, TVM and Net. Contract REF: CT3060/2017 2018 €20,900.00 The advertisement conducted as part of this contract was in connection with a project part financed by the European Maritime and Fisheries Fund entitled EMFF1.4.1.Training for Fishers. The principle aim of the project was to promote health and safety amongst fishers, through the provision of specialised training courses to those operating in the local fisheries industry. As part of this contract, €2,500 were spent on the production of the TV Adverts, whilst €18,400.00 were spent on the booking and airing of 60 TV adverts. Adverts were aired on the three most popular local TV stations at the time, these being One TV, TVM and Net. Contract REF: F23/2017/1 2017 €6,600 TV spots (TVM and TVM 2) 2 –Plant harmful organisms campaign
Leg 13 PQ #23403 Sitting 527 2021-12-01 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21974 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21975 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Djar tal-Anzjani: Involviment tar-Residenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22482 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22366, jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenti tal-Privat li m’għandhomx Kunsill magħmul mir-residenti stess, fejn huma jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut u s-suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-Dar fejn huma qed jgħixu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Djar Residenzjali tal-Anzjani — Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22484 u jindika fid-dettall fiex jikkonsistu l-ispezzjonijiet li jsiru fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, tagħmel dawn it-tipi ta’ spezzjonijiet: - Spezzjoni ta’ moniteraġġ: fejn jiġi assigurat li s-servizz qed jingħata skont l-iStandards Soċjali Regolatorji maħruġa mill-Awtorità; - Spezzjoni wara Feedback: jiġi investigat ilment jew tħassib minn residenti jew qraba fuq servizz partikolari; u - Spezzjoni ta’ liċenzjar: kull sena il-liċenzja biex jopera kull servizz tiġi mġedda wara li jsir assessjar tas-servizz kollu.