Central Link – miżuri għal sewqan b'veloċità eċċessiva
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu biex jitħarsu s-sewwieqa u r-residenti ta' Ħ’Attard minn min isuq b'veloċità eċċessiva, issa li hemm is-Central Link?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direttorat fi ħdan l-Awtorita’ qed iwettaq studju f’diversi ħinijiet tal-ġurnata inkluż matul il-lejl dwar il-velocita’ tal-vetturi f’dawn it-toroq.
L-informazzjoni dwar dan l-istudju kienet diskussa fil-laqgħa tal-Kumitat ghall-immaniggjar tat-traffiku li saret fis-6 ta’ Jannar 2022 u li għaliha attenda u ipparteċipa is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ H’Attard.
Kien hemm qbil li dan l-istudju flimkien ma suġġerimenti oħra li tqajmu mis-Sindku u membri prezenti ghal-laqgħa, ghandu jitkompla u deċizjoni tittiehed f’laqghat oħra tal-Kumitat ghall-immaniggjar tat-traffiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju mogħti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintgħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pakkett finanzjarju mogħti lill-individwu msemmi fil-mistoqsija huma paga annwali ta’ €120,000, u allowances sa’ €42,000 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-persuni li nħatru mill-2013 sal-lum u liema huma political appointees, bit-terminu ta’ kemm u fejn servew jew qed iservu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-lum inħatru 25 uffiċjali pubbliċi u 28 political appointees bħala Ambaxxaturi.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-persuni kollha li ġew appuntati bħala Ambaxxaturi mill-2013 sal-lum.
Jista’ l-Minstru jagħti lista sħiħa ta’ persuni li huma non-resident Ambassadors? Jista’ jgħid fejn u kemm kien il-perjodu li serva jew qed iservi kull wieħed appuntat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ persuni li ġew appuntati Ambaxxaturi Mhux Residenti bil-perjodu li servew jew qegħdin iservu.
Attachments:PQ 23771 - Non Resident Ambassadors and Thematic NRA.pdf
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jindika kemm hemm anzjani li huma f’xi sptar pubbliku bħala social cases?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23568, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV ta’ kull wieħed u waħda minn dawn l-Ambaxxaturi non-resident?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minnħabba Protezzjoni tad-data u li tali CV’s gja’ intbagħatu lill Kumitat għall-ħatriet pubblici, bħala parti mill-proċess tal-ħatra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23568, jista’ l-Ministru jgħid f’din l-aħħar sena, ċioè fl-2021, kemm-il darba dawn l-Ambaxxaturi non-resident marru fil-pajjiż li huma akkreditati għalih, minn spejjeż tal-Gvern Malti? Kemm kienu l-ispejjeż ta’ kull Ambaxxatur?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din l-aħħar sena (2021), l-Ambaxxaturi Mhux Residenti li marru fil-pajji¿ li huma akkreditati għalih u l-ispejje¿ mħallsa mill-Gvern Malti hu kif ġej:
Ambaxxatur
Numru ta' drabi li marru fil-pajjiz fejn huma akkreditati
Spiza Totali
Frank Zammit
7
€ 8,235.99
Mary Scicluna
1
€ 621.80
Kenneth Vella
1
€ 398.20
Andre' Borg
1
€ 4,328.00
Paul Mifsud
1
€ 2,687.50
John Debono
1
€ 1,882.00
George Said Zammit
2
€ 6,025.64
Gordon Pace Bonello
2
€ 3,412.70
Marlene Mizzi
1
€ 3,058.44
Jesmond Cutajar
1
€ 6,317.60
Libyan Arab Maltese Holdings Co. Ltd — – rwol tal-gvern
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23448, jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-ċittadini tal-Gvern Malti fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Libyan Arab Maltese Holdings Co Ltd.? X’responsabilità għandhom? X’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull direttur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella:
Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd - Board of Directors
Name
Designation
Remuneration
Mr. Tony Nicholl
Chairman
€ 8,000 Ann.
Mr. Joseph Farrugia
Director
€ 8,000 Ann.
Mr. Jesmond Pace
Director
€ 8,000 Ann.
Mr. T. Nicholl jirċievi wkoll salarju fix-xahar ta' € 3,381 bħala Managing Director.
Ħ’Attard — Triq l-Imdina – talba għal zebra crossing
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li ssir zebra crossing biswit ix-showroom tal-Harley-Davidson fi Triq l-Imdina Ħ’Attard fejn it-triq tranġat minħabba l-proġett tas-Central Link?
Response (BORG, IAN)
NInforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li saret diskussjoni fil-Kumitat għall-immaniggjar tat-traffiku bejn il-partijiet kollha ikkonċernati, inkluż il-Kunsill Lokali ta’ H’Attard, il-Kumitat iddeċieda li għandu jsir l-istudju neċessarju sabiex tkun tista’ tittieħed deċizjoni fil-laqgħat li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies f’Malta bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u t-30 ta’ Ġunju 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' persuni residenti f’Malta u Għawdex li mietu matul din is-sena, bejn 1-ta’Jannar u t-30 ta’ Ġunju tal-2021 kien 2127.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies f’Malta bejn l-1 ta’ Lulju 2021 u l-1 ta’ Diċembru 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' persuni residenti f’Malta u Għawdex li mietu matul din is-sena, bejn 1-ta’ Lulju u l-31 t’ Ottubru kien 1279.
Mosta – Triq il-Leġġenda – bdil tal-main tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ikkoordinax mal-Waterservices li taħthom jaqa’ d-Drainage Department biex jaraw jekk hemmx bżonn jinbidel il-main tad-drenaġġ qabel issir Triq il-Leġġenda fil-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Il-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni.
Bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, Triq Patri Ġuże Delia, Triq il-Leġġenda, Triq il-Bennej, Triq in-Naqqax, Triq l-Għollieqa, Triq Alessandra, Triq l-Assemblea Nazzjonali, Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Farinal, Triq Rafel Caruana Dingli, Triq Bergamott, Triq Parjan u Triq il-Bonnijiet, waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru fiż-żmien li ġej.
Qabel ma tibda x-xogħlijiet fi triq, Infrastructure Malta tikkonsulta bosta partijiet interessati biex tiżgura li t-tijib ippjanat isir b’mod li jissodisfa rekwiżiti differenti, ħalli b’hekk wieħed jieħu l-aħjar li jista’ mill-investiment li jsir u biex dan iservi aktar fit-tul. Entitajiet u kumpaniji li għandhom netwerks tas-servizzi tagħhom għaddejjin minn taħt l-art fit-toroq jiġu kkuntattjati biex jiċċekkjaw jekk l-infrastruttura tagħhom ikollhiex bżonn li tissaħħaħ jew tinbidel bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq ippjanati, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ xogħlijiet oħrajn fl-istess toroq fil-futur previdibbli.
Fil-każ tat-triq indikata x-xogħlijiet jinkludu tqegħid ta’ pajpijiet għall-cables tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-Internet, kif ukoll bankini ġodda qabel ma t-triq jissaħħulha l-pedamenti u jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Fil-fażi tal-konsultazzjoni, ma saritx talba mill-Water Services Corporation biex isiru xogħlijiet fuq l-infrastruttura tas-servizzi tagħha.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se titkompla u titlesta Triq tal-Katidral f’San Pawl il-Baħar, peress li bħalissa tqiegħdu xi pjanċi fit-tarf tat-triq li huma ta’ inkonvenjent għar-residenti speċjalment mal-lejl bl-istorbju li jagħmlu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Mosta – Triq il-Leġġenda – bdil tal-main tad-drenaġġ
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk Infrastructure Malta ikkoordinatx mal-Waterservices, li taħthom jaqa’ d-Drainage Department, biex jaraw jekk hemmx il-ħtieġa li jinbidel il-main, qabel issir Triq il-Leġġenda fil-Mosta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Infrastructure Malta kkordinat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward xogħlijiet fit-triq imsemmija.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jindika kemm hemm anzjani li huma f’xi sptar pubbliku bħal social cases?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptarijiet ta’ Malta hemm 50 persuna li ħadet l-kura neċessarja u issa ġew ikklasifikati bħala Long term Care patients u li qed jistennew biex jiġu rilokati f’dar residenzjali.
Informazzjoni dwar każijiet soċjali nitolbu jirreferi lill-Ministru kkonċernat.
Persuni li għandhom titlu tal-ambaxxatur u mhux akkreditati mal-ebda pajjiż
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li għandhom it-titlu ta' Ambaxxatur u mhumiex akkreditati mal-ebda pajjiż?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuni li għandhom it-titlu ta' Ambaxxatur u mhumiex akkreditati mal-ebda pajjiż huma dawn li ġejjin:
Isem
Sezzjoni
Pozizzjoni Presenti
Grad Sostantiv
Fiona Jayne Formosa
Direttorat għall-affarijiet Politiċi, Relazzjonijiet Esterni u Ewropej
Direttur Ġenerali
Ambaxxatur
Helga Mizzi
Uffiċċju tal-President
Diplomatic Advisor
Ambaxxatur
Dr John Paul Grech
Unjoni ghall-Mediterrann
Deputat Segretarju Generali għall-Unjoni għall-Mediterran
Ambaxxatur
Simone Borg
Ambaxxatriċi Tematika
Tibdil fil-Klima
Victor Camilleri
Ambaxxatur Tematiku
Organizazzjoni Maritima Internazzjonali
Alan Deidun
Ambaxxatur Tematiku
Governanza Oċeanika
Andre Xuereb
Ambaxxatur Tematiku
Affarjiet Diġitali
Godfrey Baldacchino
Ambaxxatur Tematiku
Gzejjer u Stati Zgħar
Joseph Calleja
Ambaxxatur Tematiku
Kultura
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-Ambaxxaturi ta’ pajjiżna li huma akkreditati għal pajjiż barrani li mhumiex diplomats u/jew political appointee?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Ambaxxaturi ta’ pajjiżna li huma akkreditati għal pajjiż barrani li mhumiex diplomats u/jew political appointees.
Benefiċċju lill-inkwilini għaż-żieda fil-kirjiet ta' qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkwilin ibbenefika mill-benefiċċju għaż-żieda fil-kirjiet ta' qabel l-1995 mill-1 ta' Ġunju 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s’issa 25 inkwilin ibbenefikaw minn sussidju fuq kirjiet li ilhom fis-seħħ minn qabel Ġunju 1995 u li l-kera tagħhom żdiedet permezz ta’ sentenza tal-Bord li Jirregola l-Kera.