Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar flus mil-liċenzji tal-karozzi fl-2021 u jindika wkoll kemm kienu dawk tar-red plate u kemm kienu dawk tal-classic cars?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus miġbura mil-liċenzji tal-karozzi fl-2021 huma kif indikata hawn that:
Classic / Vintage (Black plates): € 24,440.40
Weekend / Public Holiday (Red Plates): € 519,187.65
All others (White Plates): € 80,965,936.65
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hu n-numru ta’ infermiera nieqsa fil-Qasam tas-Saħħa? X’inhu jsir biex jiġi assigurat li jkun hemm biżżejjed infermiera f’dan il-qasam?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li madwar id-dinja in-nuqqas ta’ professjonisti tas-sahha hija problema akuta, tant illi l-Għaqda Dinjija Għas-Saħħa tqiesha bħala waħda mit-teddidiet ewlenin globali għas-saħħa. In-nuqqas ta’ professjonisti għas-saħħa madwar id-dinja hu stmat li jlaħħaq mal-43 miljun.
Il-Ministeru tas-Saħħa, flimkien mal-Ministeru tal- Edukazzjoni presentament għaddejjin b’kampanja li tippromovi l-professjoni tal-infermiera fl-iskejjel tal-istat, tal-knisja, kif ukoll privati. Qed jiġi ppjanat ukoll ħolqien ta’ ‘Link Nurse Integrators’ biex igħinu rekluti ġodda jintegraw fl-entita’ rispettiva..
Il-proċess tas-sejħa għall-infermiera ġodda, li tinkludi l-istudenti li se jigradwaw din is-sena, ġie konkluż. Dan se jagħti lok li infermiera li huma diġa rreġistrati jissejħu mmedjatament, filwaqt li jassigura li l-mument li l-istudenti jgħaddu mill-eżamijiet u jiksbu r-reġistrazzjoni, ikunu jistgħu jibdew jaħdmu mingħajr dewmien. Hemm grupp ta 147 li se jiggradwaw din is-sena.
Id-Direttorat tas-Servizzi Infermeristici qed jassisti lis-‘Special Accreditation Committee’ biex jiżviluppa passaġġi ta’ speċjalizazzjoni fil-professjoni u biex il-karriera tkun iktar attrajenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif qed jitmexxa d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu minnu s-sena l-oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed isiru sforzi sabiex l-operat ta l-Emergenza imur lura kemm jista jkun malajr fuq il-mudell ta qabel il-pandemija. Ghall daqstant l-emergenza pedjatrika reġgħet marret lura għas-sit originali tagħħa u ma kull pazjent jista jidhol visitatur wiehed. Ninnota illi l-isptar irid ikompli jilqa għall-pandemija u allura l-operat ta l-emergenza qed jibqa estiz fuq footprintakbar minn dak ta qabel sabiex inkomplu nosservaw il-prattiċi ta infection control. Fil waqt li kull pazjent li jiġi ammess l-isptar qed ikompli jitteħidlu il-Covid test.
Fl-2021, kien hemm 115068 attendenzi fl-A&E (inklużi d-dipartimenti kollha li jżuru).
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk iċ-Ċentri tas-Saħħa kollha għandhomx is-servizz ta’ social worker? Xħin jistgħu jiġu kkuntattjati dawn il-professjonisti u jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid ukoll jekk dan is-servizz jistax jingħata fid-djar skont l-esiġenzi tal-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz ta’ Social Worker fil-Primary HealthCare ikun offrut fil-klinika tal-komunita’ f’ Ħal Tarxien nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u il-Ħamis għall-pazjenti li jiġu riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Bormla, Furjana, Kirkop, Paola u Qormi, u miċ-Centru tas-Saħħa ta’ B’Kara it-Tlieta u l-Ġimgħa, għall- pazjenti li jiġu riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ B’Kara, Mosta, Rabat u Gzira.
Is-servizz jingħata fid-djar skont l-eżiġenzi tal-pazjenti. Kull professjonist li jaħdem fic-Ċentri tas-Saħħa jista jirreferi il-pazjenti tiegħu għal dan is-servizz,.
Aġenzija Victim Support – għajnuna lill-anzjani li sfaw vittmi tal-kriminalità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuna ngħatat mill-Aġenzija Victim Support lill-anzjani f’każijiet fejn kienu sfaw vittmi tal-kriminalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bejn Jannar u April 2022, l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità serviet ’il fuq minn sebgħin (70) vittma tal-kriminalità li l-età tagħhom taqbeż il-ħamsa u sittin sena (65). Dan it-tip ta’ servizz jikkonsisti fi gwida legali, informazzjoni dwar il-każ tagħhom u follow ups, akkumpanjament il-Qorti (mill-att emozzjonali), kif ukoll sapport emozzjonali li jinkludi terapija psikoloġika. Però l-aġenzija tħoss ukoll li l-anzjani jaf ikollhom ukoll il-bżonn ta’ kura aktar profonda u għalhekk intlaħaq ftehim ta’ ħidma sabiex fejn ikun hemm bżonn, l-anzjani vittmi tal-kriminalità jkunu megħjuna biex jaċċessaw is-servizzi tal-kura fil-komunità.
Kunsill Lokali Marsaskala: — Xogħlijiet Infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll fejn saru dawn ix-xogħlijiet, fiex kienu jikkonsistu, kemm kienet l-ispiża u min wettaq dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħala xogħlijiet infrastrutturali mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, mill-2020 sad-data ta’ din l-interpellanza, saru kif elenkat fis-segwenti tabella.
Tip ta’ Xogħol
Fejn twettaq ix-Xogħol
Kuntrattur
Manutenzjoni u bini ta’ foot-paths, rampi u pavimentar.
Triq id-Daħla ta’ San Tumas
Catbros Ltd.
Xogħol ta’ Pavimentar ta’ Bankini
Triq id-Daħla ta’ San Tumas,
Triq il-Baħħara,
Triq iż-Żonqor, Triq is-Salini,
Triq San Ġużepp, Triq San Ġwanni Pawlu II,
Triq Hurds Bank,
Triq Apap Bologna,
Triq ir-Ridott.
Catbros Ltd
Bini u Stallazzjoni ta’ Bankijiet tal-konkrit.
Triq ix-Xatt
Catbros Ltd
Xogħlijiet fuq foot-paths u pavimentar
Triq il-Bajja c/w Triq San Nikola,
Triq Iċ-Ċervjola,
Triq il-Katakombi,
Triq is-Sajjieda,
Triq Patri Wistin Born
Catbros Ltd
Xogħol ta’ Pavimentar fuq bankini.
Triq iż-Żonqor,
Triq il-Batterija taż-Żonqor,
Triq ix-Xatt,
Triq il-Qaliet
Catbros Ltd
Xogħol ta’ Pavimentar fuq bankini.
Triq il-Bajda u
Triq is-Sewda
Catbros Ltd
Xogħol ta’ Pavimentar fuq bankini.
Triq il-Lampuka u
Triq Ġebel Ħanxul
Catbros Ltd
Xogħol ta’ Patching
Triq tal-Gardiel,
Triq Sant’ Anna,
Triq La Sengle
Jake Borg
Xogħol ta’ Patching
Triq iż-Żonqor,
Triq ix-Xatt,
Triq San Ġwakkin,
Triq Blajjiet,
Triq is-Silla,
Triq iċ-Ċervjola,
Triq id-Dugħ,
Triq il-Magħluq,
Triq Sant’ Antin,
Triq is-Salini.
Jake Borg
L-Ispiża Totali ta’ dawn ix-xogħlijiet mill-2020 sal-lum kienet ta’ €247,561.74
Jista' l-Ministru jgħid kemm irtiraw pulizija bis-servizz mill-2021 sal-lum u f'liema rank kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ pulizija li spiċċaw mill-Korp wara ħamsa u għoxrin sena servizz jew aktar jew mal-età tal-irtirar, fis-sena 2021 u sal-24 ta’ Mejju 2022 kien ta’ mitejn u għoxrin, kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Rank
2021
2022
Total
Deputat Kummissarju
2
-
2
Assistent Kummissarju
2
1
3
Supretendent
7
3
10
Spettur
4
1
5
Maggur
8
-
8
Surgent
38
7
45
Kuntistabbli
124
23
147
185
35
220
Awtorità tat-Turiżmu – Proġetti għal-lokalità ta’ Marsaskala
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm intefqu flus mill-Awtorità tat-Turiżmu għal-lokalità ta’ Marsaskala matul is-sena 2021 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Xi proġetti twettqu b’dawn il-flus allokati?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20893 u 21369 (Leġiżlatura XIII).
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nediet ukoll inizjattiva bl-isem ta' Marsascala Regeneration Design Contest li permezz tagħha periti, inġiniera, urban planners u town planners, setgħu jissottomettu kunċett ta' disinn li b'mod ħolistiku jkollu l-għan li jtejjeb l-esperjenza tal-viżitaturi f'Marsaskala. Il-proċess ta’ evalwazzjoni għadu qed jiġi konkluż. Il-valur ta’ dan il-kuntest huwa ta’ €300,000.
Ninfurmah li x-xogħol fuq ir-restawr tat-Torri ta’ San Tumas biex din il-binja sservi bħala Mużew tal-Piraterija għaddej ġmielu. L-investiment fir-riġenerazzjoni tat-Torri ta’ San Tumas huwa qrib it-€3.2 miljun b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea. L-Awtorità qed taħdem mal-Fondazzjoni Wirt Artna biex dan it-torri jkun attrazzjoni oħra li se tkompli ssaħħaħ il-portafoll turistiku tal-Gżejjer Maltin.
Bħala parti mill-immaniġġar tal-bajjiet, jiġi wkoll provdut servizz ta’ lifeguards u beach supervisors fil-bajja tal-Fajtata.
Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn l-Awtorità u l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala hemm relazzjoni kollaborattiva kontinwa fuq interventi.
Ċentri LEAP – għajnuna lil persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’għajnuniet konkreti qed jingħataw persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali miċ-Ċentri LEAP?’
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2019, is-servizz li kien jingħata mill-programm LEAP għadda għand l-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità (ACTS) fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). B’impenn lejn il-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali (2014-2024), il-ħidma tal-ACTS favur tisħiħ tal-iżvilupp soċjali ħolistiku tal-komunità, ssir minn tim multi-dixxiplinarju magħmul minn social workers, social mentors, community development workers, family therapists, psychotherapists, counsellors u parenting coaches.
Fejn jidħlu l-isfidi tas-saħħa mentali, l-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità taħdem fuq:
1. il-prevenzjoni, billi taddotta prattiċi li jwasslu għal ħajja sana;
2. li tkabbar il-kapaċità tal-membri tal-komunità fis-suġġett, filwaqt li trawwem aktar kuxjenza biex il-ġirien jieħdu ħsieb aktar xulxin speċjalment f’kuntest ta’ komunitajiet vulnerabbli, u
3. billi toffri sapport konkret lil persuni li jkunu għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali.
L-ACTS għandha relazzjoni ta’ kollaborazjoni stabbli mas-Servizz Nazzjonali għas-Saħħa Mentali, fejn b’mod regolari isir skambju ta’ idejat u prattiċi, billi ż-żewġ servizzi huma ffukati fuq il-komunità.
Din il-kollaborazzjoni issir permezz ta’ laqgħat regolari bejn il-managment taż-żewġ entitajiet, kif ukoll bejn il-professjonisti li jaħdmu dirett mal-komunità.
L-ACTS, permezz taċ-Ċentru tal-Qawra, toffri spazju kliniku biex professjonist mis-servizz nazzjonal ta’ Saħħa Mentali jiltaqa’ mal-klijenti tiegħu minn dik il-komunità mingħajr ma’ joħloq ħafna skariġġ minn post għal ieħor. Il-fatt li żewġ servizzi qegħdin fl-istess ċentru jgħin biex dawk ir-residenti li jieħdu servizz, jew jinħass li għandhom boznn iż-żewg servizzi jingħataw servizz aktar integrat.
Ħidma oħra tal-ACTS hja li tospita support groups permezz tas-servizz soċjali u terapewtiku tal-ACTS fil-komunità fil-Qawra. B’kollox jiġu offruti żewg sapport groups, wieħed bil-Malti u ieħor bl-Ingliz biex residenti li jkollhom sfidi ta’saħħa mentali ikollhom spazju fejn ikunu jistgħu jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jsibu soluzzjonijiet mill-esperjenzi ta’ xulxin. Barra dan, l-istess servizz għandu grupp li jiltaqa’ b’mod regolari biex jindirizza is-solitudni. Fil-Belt Valletta, ukoll hemm Mental Health Support Group li huwa immexxi minn social worker u community development worker.
Tajjeb li wieħed isemmi ukoll li teżisti relazzjoni bejn il-professjonisti miż-żewg entitajiet imsemmija, fir-rigward ta’ referrals u care plans ta’ residenti li huma klijent taż- żewġ servizzi, ladarba il-klijent rispettiv ikun komdu li ż-żewġ servizzi jaħdmu flimkien. Dan is-servizz huwa mifrux ma’ Malta kollha.
F’kull servizzi tal-komunità madwar Malta, l-ACTS għandha inċentivi li jgħinnu lil klijenti tagħha, ikollhom ħajja mentali sana. Fil-komunità tal-Kottonera hemm gruppi bħal Qawsalla, self help group, u iTeens, grupp ta’ żgħażagħ u adoloxxenti, fejn jsiru diskussjonijiet u sessjonijiet li jtejjbu ir-reżiljenza tal-komunità fis-saħħa mentali. Isiru wkoll proġetti oħra li jikkontribwixxu direttament u indirettament lejn it-tisħiħ tas-saħħa mentali tar-residenti fil-komunità, bħal kollaborazzjoni man-nursery tal-football tal-Fgura United u inizzjattivi ta’ sostennibiltà tal-ambjent fuq it-teorija tal-permaculture.
Is-servizzi kollha tal-ACTS jaħdmu direttament ma’ persuni bi problemi jew diffikultajiet ta’ saħħa mentali u permezz ta’ interventi individwali u pjan ta’ kura individwali li jaħdmu għat-tisħiħ tas-saħħa mentali tar-residenti.
Ċimiterji tal-Addolorata, Ta’ Braxia u tat-Torok – oqbra vojta
Question
Jista' id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm oqbra vojta fiċ-Ċimiterji tal-Addolorata, Ta' Braxia u tat-Torok?
Response (FEARNE, CHRIS)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiċ-ċimiterju Santa Marija Addolorata bħalissa hemm 98 qabar vojt tal-komun u 649 fl-estenzjoni l-ġdida. Fiċ-ċimiterju ta’ Ta’ Braxia, m’hemmx oqbra vojta pero f’eventwalita’ li ssir talba għal difna fil-komun f’dan iċ-ċimiterju titħaffer ħofra f’dan il-plot u ssir id-difna bit-tebut f’dan il-plot u tiġi numerata. Filwaqt li ċ-Ċimiterju tat-Torok mhux ċimiterju amministrat mill-Gvern u għaldaqstant ma tistax tingħata din l-informazzjoni
Ċimiterju tal-Addolorata – Dfin ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministsru għas-Saħħa jgħid kemm hemm barranin midfunin fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta ssir talba għal-dfin, ma ssir l-ebda distinzjoni jekk min ser jindifen hux barrani jew le u għaldaqstant ma tin¿ammx statistika f’dan ir-rigward.
Sptar Mater Dei – lista ta’ stennija għall-hip u knee replacement
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list għall-hip replacement u knee replacement?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninfoma lill-Onorevoli. Interpellant illi sal -25 ta’ Mejju pazjenti li qed jistennew għall-hip replacement iktar miz-zmien stipulat fil-Patient Charter huma 137, filwaqt li ghal knee replacement huma 744,. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix bajja għal min juża l-wheelchair? Il-Gvern jipprovdi wheelchairs tar-rubber li jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom meta jmorru l-baħar?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex ikompli jissaħħaħ il-prodott turistiku, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fl-aħħar snin investiet f’numru ta’ wheelchairs li jistgħu jintużaw fuq il-bajjiet ramlin bejn 15 ta’ Ġunju u 15 ta’ Settembru. Dawn il-wheelchairs jinstabu fuq dawn il-bajjiet:
· Għadira, Mellieħa
· Il-Bajja tal-Mixquqa, Mellieħa
· Little Armier, Mellieħa
· Ġnejna, Mġarr
· Il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa
· Il-Bajja ta’ San Ġorġ, Paceville
· L-Għar l-Aħmar, Marsaxlokk
F’dawn il-bajjiet jiġu installati wkoll passaġġi għal aċċess aħjar:
· Għadira, Mellieħa
· Il-Bajja tal-Mixquqa, Mellieħa
· Little Armier, Mellieħa
· Il-Bajja is-Sabiħa, Birżebbuġa
· Bajja ta’ San Ġorġ, Paceville
· L-Għar l-Aħmar, Marsaxlokk
· Il- Ponta tal-Qawra, San Pawl il-Baħar
· Fond Għadir, Sliema
· Perched Beach, Buġibba
Barra minn hekk, bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta Settembru jiġu installati wkoll hoists f’ dawn il-bajjiet tal-blat:
· Għadira, Mellieħa
· Tunnara, Mellieħa
· Il-Ponta tal-Qawra, San Pawl il-Baħar
· Exiles, tas-Sliema
· Il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa
· Il-Fajtata, Marsaskala
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) ġiex rivedut b’mod speċjali dwar issues fuq l-għoli tal-bini f’kull triq fil-gżejjer Maltin?’
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu biex l-art agrikola fil-gżejjer Maltin tingħata protezzjoni speċjali iktar minn dik li tgawdi llum?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli qed iħejji proposta u abbozz legali bil-ħsieb li l-art agrikola tingħata aktar protezzjoni milli tgawdi llum, bil-għan li nsostnu l-attività tal-biedja u s-sigurtà tal-ikel.