Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (GALDES, RODERICK)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà pubblika lill-Individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà pubblika f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jista’ iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kuntratt li bih indivdwu qiegħed juza juża uffiċċju f’Sa Maison

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu. li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qiegħed juża uffiċċju f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, l-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta — tenders - varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tenders maħruġa matul l-aħħar sitt snin minn Transport Malta li jikkonċernaw xogħol infrastrutturali marittimu, li ġew meħtieġa varjazzjonijiet finanzjarji mit-tender minn dak ippubblikat oriġinarjament? Jista’ jagħti r-raġunijiet li wasslu għal tali varjazzjonijiet? Jista’ jgħid x'passi ttieħdu fil-konfront ta’ min fassal il-BoQ, il-pjanti u l-ispeċifikazzjonijiet li abbażi tiegħu ħareġ it-tender?

Response (FARRUGIA, AARON)

Kien hemm dawn il-varjazzjonijiet minħabba li s-sitwazzjoni Infrastrutturali Marittima tvarja kontinwament minħabba effetti ambjentali bħal erożjoni mill-baħar u għaldaqstant f’ċertu ċirkostanzi jkun hemm il-ħtieġa li tingħata varjazzjoni għaliex minn meta jkun sar l-istudju sabiex joħroġ it-tender sakemm ikun qed isir ix-xogħol tkun laħqet saret bidla fl-istruttura minn dawn l-effetti ambjentali.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sar l-ebda ħlas jew pagament mill-2017 sal-lum lil One TV jew One Productions biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ħaddiema professjonisti maċ-Ċivil – pensjoni tal-irtirar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1127, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li kienet taħdem maċ-Ċivil, kienet professjonista u taqa’ taħt il-Ftehim Kollettiv, tirtira bil-pensjoni wara snin ta’ servizz, il-pensjoni tagħha hijiex aġġustata skont il-Ftehim Kollettiv ġdid?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet – encroachment permits – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – xogħol ta’ konsulenza minn ditta legali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt/skrittura li permezz tagħha/tiegħu d-ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intrabtet tagħti jew ingħatat xogħol ta’ konsulenza legali mill-Ministeru tiegħu, inkluż mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC), wara l-1 ta’ April 2013?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-ditta legali inkwistjoni kienet waħda fost tmienja li kienu wieġbu għal sejħa ta’ espressjoni ta’ interess ippubblikata mill-GHRC fl-2015 għall-għoti ta’ servizzi legali. Wara evalwazzjoni tal-offerti ntagħżlet l-orħos offerta, li kienet tad-ditta legali riferuta. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-kuntratt iffirmat, li twaqqaf f’Jannar tal-2020.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — ħlasijiet lil ditta legali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ħlasijiet kollha li saru mill-Ministeru tiegħu lil ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara l-1 ta’ Mejju, 2013 u sal-lum, bid-data rispettiva?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-ditta legali, li qed issir referenza għaliha, kellha kuntratt bejn Mejju tal-2015 u Novembru tal-2019 biex toffri s-servizzi professjonali tagħha lil dan il-Ministeru u li għalih tħallset medja ta’ €1,971 kull xahar VAT eskluża.

Air Malta- Medjatur bejn il-Gvern u l-Union of Cabin Crew

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-medjatur bejn il-Gvern u l-Union of Cabin Crew tal-Air Malta fl-2017/2018 kien tħallas għall-medjazzjoni tiegħu u jistax jgħid jekk tali somma/ħlas kienx jeċċedi l-€100,000? Jista’ jagħti ċ-ċifra eżatta ta’ tali ħlas u d-data meta sar il-pagament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal min qed jirreferi bħala medjatur.

Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà ta’ Transport Malta lill-individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà parti mill-bini ta’ Transport Malta f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ta’ Qali – preżenza tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi preżenza hemm tal-pulizija f’Ta' Qali? Jekk hiex waħda frekwenti? Jista’ jgħid ukoll jekk daħlux rapporti ta' sewqan perikoluż u eċċessiv kif ukoll diversi lmenti ta' storbju ta' mużika u għajjat sas-sigħat bikrin ta' filgħodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett li taħtu taqa’ l-lokalità ta’ Ta’ Qali, kif ukoll dawk tal-RIU, jagħmlu ronda regolarment fil-lokalità msemmija u dan fid-dawl ta’ diversi attivitajiet li jkun hemm u li jiġbdu ħafna nies, speċjalment f’ċerti stabbilimenti fix-xhur tar-rebbiegħa u tas-sajf. Spezzjonijiet ser jibqgħu jsiru u jekk ikun hemm evidenza ta’ ksur ta’ xi kundizzjonijiet tal-liċenzji tal-operat tagħhom, jinħarġu l-akkużi relatati. Il-pulizija konxja wkoll u trażżan permezz ta’ spezzjonijiet, sidien ta’ vetturi li okkażjonalment jinġabru fil-parkeġġi fiż-żona u jiddreggjaw bil-vetturi, u dan ser jibqa’ jsir meta dawk l-attivitajiet jiġu għall-konjizzjoni tagħhom. F’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm żewġ rapporti ta’ storbju ta’ mużika fejn wieħed irriżulta li kien ġej minn destinazzjoni ’l bogħod minn Ta’ Qali u l-ieħor fi stabbiliment fil-lokal, fejn l-operatur ġie mwissi mill-ewwel. Kien hemm rapport ta’ dreggjar bil-vetturi fejn ġiet identifikata persuna li kontra tiegħu ħarġu l-akkużi u ieħor ta’ burnouts, fejn sakemm waslet il-pulizija dawn ma rriżultax.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – spiża fuq safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet il-mawra tiegħu fil-Kanada (fosthom f’Toronto) f’dawn il-jiem u minn min kien akkumpanjat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra, hekk kif din id-domanda saret jumejn wara li l-Ministru wasal Toronto u waqt li kien għadu lanqas wasal lura Malta.

Minister għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Gaming Authority — safra tal-Head Lead & Enforcement

Question

Jista’ l-Ministru jispjega r-raġuni għaliex il-Head Legal & Enforcement tal-Gaming Authority li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħalliet tmur Las Vegas fl-2018 mal-individwu li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament li allura kien operatur tal-gaming? Jista’ jgħid jekk dan kienx kunflitt ta’ interess u jekk sarx bil-kunsens taċ-Chairman tal-Gaming Authority? Jista’ jgħid jekk l-ispejjeż tagħha taż-żjara tħallsux mill-Awtorità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Mejju 2018 il-persuna kkonċernata kienet mistiedna Las Vegas sabiex tirrapreżenta l-Awtorità f’laqgħat li trattaw żviluppi regolatorji fil-qasam tal-gaming. Din iż-żjara ġiet awtorizzata mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità filwaqt li l-ispejjeż ma tħallsux mill-Awtorità.