Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST - Drop outs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs mill-MCAST maqsuma skont il-korsijiet rispettivi tagħhom f'din is-sena skolastika? Jista’ jgħid ukoll x’ser isir biex ma jkunx hemm iktar drop outs?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Channel - Manutenzjoni tal-vapuri - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq il-manutenzjoni tal-vapuri tal-Gozo Channel mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni vapur b’vapur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Djar tal-anzjani - Lista’ ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu f’diversi djar tal-anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li hemm 1,619 persuna li bħalissa qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani. Qed isir kull sforz sabiex jinkisbu aktar sodod li jkunu disponibbli fis-suq privat .

Freephone 153 - Ilmenti dwar akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu lmenti dwar akkomodazzjoni soċjali fuq il-Freephone153 minn Jannar 2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li ma daħlux lmenti dwar akkomodazzjoni soċjali fuq il-Freephone153 minn Jannar 2026, sal-llum.

Freephone 153 - Ilmenti dwar servizzi soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu lmenti dwar servizzi soċjali fuq il-Freephone153 minn Jannar 2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li daħlu 10 lmenti dwar servizzi soċjali  fuq l-Freephone 153 minn Jannar 2026 sal-llum.

Freephone 153 - Telefonati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu telefonati fuq il-Freephone 153 minn Jannar 2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li kien hemm 232,504 telefonata fuq l-Freephone 153 minn Jannar 2026 sal-llum.

EcoHive Complex - Tender CT2231/2024

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35364, tista’ l-Ministru tgħid f’liema sena u xahar ġie kkummissjonat u beda jitħaddem il-kumpless Ecohive relatat mat-tender ‘CT2231/2024 Tender for Rental and operation of treatment unit for leachate generated from Landfills at EcoHive Complex’? Tista’ tgħid ukoll kemm ġie jiswa b’kollox dan il-kumpless?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 35364, nispeċifika li l-unità għat-trattament tal-leachate fil-kumpless Ecohive bdiet topera b’mod regolari fit-2 ta’ Marzu 2026. Infurmata li l-kirja u l-operazzjoni ta’ din l-unità, għal perjodu ta’ 24 xahar, huma ta’ €12 għal kull m³ ta’ leachate trattat (eskluża l-VAT).

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Servizz tal-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, bħala total, li użaw is-servizz tal-emerġenza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 2026 sas-17 t’April 2026, 6,717 użaw is-servizz tal-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran – Servizz tal-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, bħala total, li użaw is-servizz tal-emerġenza fiċ-Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema tip ta' servizz ta' emerġenza qed jirreferi. Fic-Ċentru Reġjonali  Ċensu Moran jingħata servizz ta' Kura Primarja apparti numru sostanzjali ta' servizzi, kliniċi u teatri tal-operazzjoni.

Membri tal-Ġudikatura – Staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm staff complement ma’ kull membru tal-ġudikatura?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi staff complement ma’ kull membru tal-ġudikatura hemm 6, li jikkonsistu f’ deputat reġistratur, skrivan, messaġġier, xufier u judicial assistant u court attorney.

Ħażna ta’ fuel

Question

Fid-dawl tal-kunflitt li hemm bejn l-Iran u l-Amerika, jista’ l-Ministru jassigura li hemm biżżejjed ħażna ta’ fuel, speċjalment aviation fuel? Jista’ jgħid ukoll jekk minħabba dan humiex ser jitħassru xi titjiriet, b’impatt fuq it-turiżmu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

L-istrett ta’ Hormuz – Vapuri reġistrati f’Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm vapuri li jtajru l-bandiera Maltija maqbuda fl-istrett ta’ Hormuz?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ta’ Qali u Central Link - Drifting tal-karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li permezz ta’ rondi frekwenti mill-awtoritajiet, jitnaqqas id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u s-Central Link, speċjalment wara t-8 p.m., peress li dan qed joħloq periklu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi spezzjonijiet u rondi diġà qed isiru mill-Pulizija tad-Distrett, mill-RIU u mit-Taqsima tat-Traffiku, kif ukoll mill-Uffiċjali tal-Komunità, sabiex jiġi evitat kull tip ta’ ksur tal-liġi, inkluż id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u fi Central Link, anke fil-ħinijiet indikati, u dawn ser ikomplu jsiru.

Ta’ Qali u Central Link - Drifting tal-karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li permezz ta’ rondi frekwenti mill-awtoritajiet, jitnaqqas id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u s-Central Link, speċjalment wara t-8 p.m., peress li dan qed joħloq periklu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-ħidma tas-sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta, flimkien ma’ sezzjonijiet oħra, isiru spezzjonijiet regolari f’ċerti żoni magħrufa fejn iseħħu manuvri perikolużi bil-vetturi. Dawn l-ispezzjonijiet isiru prinċipalment fil-ħinijiet ta’ filgħaxija kif ukoll fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

FIAU – Multi – Ġbir ta’ flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-multi tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fl-2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2025 l-FIAU ġabret l-ammont ta’ €1,429, 334 f’multi.

Tribunal Industrijali - Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30858 u 35024 u jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat  li  n-numru ta’ każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-preżent, huma skont is-segwenti: Fis- sena 2020 kien hemm 320 każ pendenti; Fis-sena 2021 kien hemm 280 każ pendenti; Fis-sena 2022 kien hemm 254 każ pendenti; Fis-sena 2023 kien hemm 280 każ pendenti; Fis-sena 2024 kiem hemm 284 każ pendenti; Fis -sena 2025 kien hemm 308 każ pendenti; u Fis-sena 2026 preżentement hemm 317-il każ pendenti. Barra minn hekk, hemm ukoll 310 każijiet separati li jirrigwardaw il-każijiet tad-Drydocks, li ġew indirizzati permezz ta’ test cases li ġew trattati quddiem it-Tribunal.

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34020, fejn intqal li d-dħul tal-VAT minn stabbilimenti tal-ikel fl-2025 kien jammonta għal madwar 234.2 miljun, jista’ l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-VAT minn stabbilimenti tal-ikel li jintaxxaw s-servizzi tagħhom bir-rata ta’ 18% VAT fl-2024 kien jammonta għal madwar €202.2 miljun.