Ministeru għall-Ġustizzja — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1643 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu.
B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant, it-tagħrif għall-perjodu ta’ ħames snin kif indikat minnu hu kif ġej:
Data tal-ProgrammMin marĦlasLil min sar il-ħlas
3, 10, 17, 24 ta' Ġunju 2020Ministru Zammit Lewis€ 566.40 One Productions Ltd
Il-Mosta – Trasport Pubbliku – Inkonvenjent minħabba x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx bl-inkonvenjent li ilhom ibatu minnu xi sena u nofs ħafna residenti Mostin - kemm ilu jsir ix-xogħol fi Triq il-Kbira - minħabba n-nuqqas ta’ servizz ta’ trasport pubbliku peress li tal-linja mhumiex jgħaddu minn Vjal l-Indipendenza? X’jista’ jsir dwar dan peress li residenti tal-Housing Estate, tan-naħa tal-Mitħna, tal-Blata l-Għolja u l-kumplament ta’ Triq il-Kbira qed ikollhom jimxu xi 20 minuta sal-pjazza jew sal-ewwel bus stop biex jirkbu? Jista’ jgħid jekk hux possibbli li sakemm jitlesta x-xogħol, tal-linja jibqgħu deħlin Vjal l-Indipendenza u jduru mal-kappella ta’ San Silvestru qabel jgħaddu minn Triq il-Kungress u b’hekk in-nies ikunu jistgħu jużaw il-bus stops Mlit u Mitħna u trakkijiet u coaches kbar iduru mal-kappella bla problemi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba x-xogħolijiet li għaddejjin fi Triq il-Kbira ġewwa l-Mosta, l-karozzi tal-linja kellhom jiġu ddevjati. Transport Malta tinsab infurmata li r-rotta 44 qiegħda tgħaddi minn Vjal l-Indipendenza fiż-żewġ direzzjonijiet, jiġifieri fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, kif ukoll lejn l-Imġarr. Ta’ min wieħed jinnota li qabel ma bdew dawn ix-xogħlijiet, ir-rotot tat-trasport pubbliku kienu jgħaddu minn Vjal l-Indipendenza f’direzzjoni waħda biss, jiġifieri lejn iċ-ċentru tal-Mosta.
Il-proposta li l-vetturi tat-trasport pubbliku jduru mal-kappella ta’ San Silvestru kienet ġiet evalwata minn Transport Malta. Minn din l-evalwazzjoni ħareġ ċar li kien ta periklu li vetturi tat-trasport pubbliku jdawwru ma’ din il-kappella.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex in-nies tal-Mosta ilhom snin imwiegħda li se jitranġaw il-latrini pubbliċi u dan qatt ma seħħ? Meta se jibda x-xogħol fuqhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li dan huwa proġett li l-Kunsill qed jippjana li jimplimenta, tant illi l-istess Kunsill diġà kiseb il-permessi meħtieġa tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta qiegħed jesplora possibilitajiet ta’ kisba ta’ fondi sabiex ikun jista jitwettaq dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja tal-escooters inħarġet s'issa? Hemm pjanijiet biex l-użu tal-helmet meta jiġi misjuq l-escooter isir mandatorju? Hemm xi pjanijiet biex isir xi tibdil fl-infrastruttura tat-toroq biex dan it tip ta’ trasport jiġi akkomodat u jkun jista’ jintuża b’mod iktar sikur?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-21 ta’ Ġunju kien hawn 1578 eKickScooters liċenzjati.
Sa issa ma hemm l-ebda’ pjan sabiex l-użu tal-helmet isir mandatorju meta jiġi misjuq l-eScooter. Minkejja dan, għalkemm l-użu tal-helmet m’huwiex mandatorju, TM dejjem issuġġeriet li jintuża helmet, bħal filkaż tas-sewqan tar-roti, fejn helmet ukoll m’hix mandatorja li tintuża.
Sa issa ma hemmx pjanijiet li jsir tibdil ulterjuri fl-infrastruttura tat-toroq biex jakkomoda speċifikament dan it-tip ta’ sewqan. Madanakollu, l-liġi sussidjarja S.L 499.67 hija ċara fir-rigward ta’ kif, fejn u b’liema veloċità jistgħu jinstaqu l-eKickScooters sabiex tigi ssalvagwardjata s-saħħa u s-sigurta’ kemm tas-sewwieq kif ukoll ta’ dawk kollha li qed jagħmlu użu mit-triq jew il-post fejn qed jinstaq l-eKickscooter.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda mal-Awtorità tad-Djar, mill-2017 ’l hawn, sena b’sena, sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2017 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar impjegat is-segwenti numru ta’ nies:
Numru ta' Impjegati fil-31/12/2016
125
Sena 2017 - Impjegati li spiċċaw*
13
Sena 2017 - Impjegati ġodda
18
Sena 2018 - Impjegati li spiċċaw
17
Sena 2018 - Impjegati ġodda
16
Sena 2019 - Impjegati li spiċċaw
8
Sena 2019 - Impjegati ġodda
17
Sena 2020 - Impjegati li spiċċaw
13
Sena 2020 - Impjegati ġodda
39
Sena 2021 - Impjegati li spiċċaw
17
Sena 2021 - Impjegati ġodda
37
Sena 2022 - Impjegati li spiċċaw
16
Sena 2022 - Impjegati ġodda
13
*Dawn jinkludu impjegati li rriżenjaw jew irtiraw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar, li daħlu mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda, kemm minnhom ingħataw post ġdid jew post alternattiv?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika t-talba tiegħu sabiex l-informazzjoni li tingħata tkun korretta.
Air Malta — Medjatur bejn il-Gvern u l-Union of Cabin Crew
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1477, jista' l-Ministru jikkonferma li l-medjatur, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bejn il-Gvern u l-Union of Cabin Crew tal-Air Malta fl-2017/2018 kien tħallas għall-medjazzjoni tiegħu u jistax jgħid jekk tali somma/ħlas kienx jeċċedi l-€100,000? Jista’ jagħti ċ-ċifra eżatta ta’ tali ħlas u d-data meta sar il-pagament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-informazzjoni li ngħata hija kompletament skorretta.
Il-medjatur li qed jirreferi għalih ma talab u ma rċieva ebda ħlas għall-ħidma tiegħu fil-kwistjoni msemmija bejn il-Gvern u l-Union tal-Cabin Crew tal-Air Malta lura fl-2017/2018, li ssarrfet f’riżultati mixtieqa miż-żewġ naħat.
Għaldaqstant ninfurmah li ma ngħata l-ebda ħlas f’dan ir-rigward, wisq inqas is-somma ta’ €100,000 jew aktar, kif qed jissuġġerixxi hu.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniċi persuni, kif indikat, fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi jinsabu fl-Università ta Malta. Waqt li l-informazzjoni kollha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, infakkar li r-Rettur attwali, il-Professur Alfred J. Vella, inħatar f’din il-kariga fl-2016.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv.
Ministeru għall-Ġustizzja – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi m’hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi m’hemm persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-impjieg tal-Executive Director tal-Finanzi tal-Enemalta? Peress li l-aħħar audited accounts li ġew ippubblikati juru li l-Enemalta tilfet għexieren ta’ miljuni f’sena waħda biss, tista’ l-Ministru tikkonferma jekk din il-persuna responsabbli mill-finanzi, ingħatax żidiet kemm ilha tokkupa din il-kariga u kemm kienu?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-audited accounts li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jindikaw biċ-ċar li t-telf soffert mill-EneMalta kien riżultat ta’ diversi fatturi internazzjonali, it-tnaqqis fid-dħul li kkawżat il-pandemija u l-ispejjeż relatati mal-inċident tal-interconnector.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub. Il-kundizzjonijiet applikabbli huma dawk stabbiliti għal pożizzjonijiet simili fil-livell maniġerjali u kwalunkwe żieda titħallas skont il-provvedimenti tal-istess kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kameras fil-Mosta, li twaħħlu sabiex jaqbdu lil min iħammeġ u jikser il-liġi, jaħdmux? Inħarġu xi multi fil-konfront ta’ min inqabad iħammeġ jew jikser il-liġi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizja u kemm l-Aġenzija LESA mhumiex is-sidien tal-cameras fil-Mosta, li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Inftastruttura u l-Proġetti Kapitali – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan Projects Plus Limited hemm persuna li huwa impjegat bħala perit u ġie ingaġġat skont il-proċessi stipulati f’Directive 7. Dan jiġi n-neputi tal-Kap Eżekuttiv.
Ma' Infrastructure Malta hemm persuna waħda fil-grad ta’ Trainee Architect li ġiet impjegata mal-aġenzija fl-1 ta’ Diċembru 2020 wara li nħarġet sejħa pubblika għall-impjieg. Din tiġi n-neputija tal-Kap Ezekuttiv li kien appuntat ma’ Infrastructure Malta b’effett mill-25 ta’ Lulju 2022.
Ministeru għal Għawdex – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jkollniex informazzjoni bħal din. Nistiednu jkun aktar speċifiku.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-tweġiba għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant hija fin-negattiv.
Ministeru għat-Turiżmu – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru m’hemmx impjegati li huma relatati b’affinità jew konsangwinament maċ-Chairperson jew CEO tal-istess entità.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, tista’ l-Ministru tgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx tali persuni.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità.