Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1357 u jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar li daħlu mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda u kemm minnhom ingħataw post ġdid jew post alternattiv?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsiija parlamentari 1631 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (REFALO, ANTON)
Infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkun mgħarraf bl-attivitajiet/inizjattivi li jittieħdu.
Infurmat li t-tagħrif mitlub għall-perjodu ta’ ħames snin hu ONE Productions (Espresso): €4,590.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1630 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2166.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1469 u jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu jiena responsabbli ma taw l-ebda direct order jew xogħol lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, fil-perjodu msemmi minnu.
Taħriġ għal tfal b'diżabilità — postijiet alternattivi u ħinijiet
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 502 u tgħid jistgħux ikunu provduti postijiet alternattivi u ħinijiet ta’ taħriġ għal tfal b’diżabilità bħalma jeżisti għal kull sport ieħor biex b’hekk il-ġenituri li jkunu jridu jakkumpanjawhom ikollhom lok għal għażla u li jkun konvenjenti għalihom?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħidma inter-ministerjali għaddejja f’dan ir-rigward biex aktar faċilitajiet u gruppi tal-isports joffru postijiet u ħinijiet alternattivi ta’ taħriġ għal tfal b’diżabilità.
Diversi assoċjazzjonijiet joffru taħriġ speċjalizzat fosthom Frame Football Malta u l-Malta Wheelchair Basketball Association.
F’Settembru, The Malta Paralympic Committee flimkien ma’ The Malta Trust Foundation daħlu fi ftehim bi proġett ġdid fejn introduċew sport bħall-futsal, rowing u judo, fost sport ieħor lil tfal u żgħażagħ li huma neqsin mid-dawl. Kowċis ta’ għaqdiet volontarji differenti se jkunu qed jagħtu t-taħriġ neċessarju lil dawn il-persuni.
Għall-bqija tal-informazzjoni, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1653 u jgħid għalfejn l-Awtorità tal-Artijiet ilha mill-2018 biex tesegwixxi sentenza ta’ żgumbrament kontra l-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk ordnax jew talabx passi dixxiplinari, u kontra min, dwar dan in-nuqqas da parti tal-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni kontra min inħareġ l-ordni ta’ żgumbrament ma għadhomx jokkupaw il-fond inkwistjoni.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1633 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jipproduċu materjal informattiv fuq il-midja sabiex titwassal l-informazzjioni neċessarja . Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu.
B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant, it-tagħrif għall-perjodu ta’ ħames snin kif indikat minnu hu kif ġej:
ONE Productions (Espresso) €4,680 VAT Eskluż.
Sa Maison — Għoti ta' proprjetà ta' Transport Malta lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1478 u jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà parti mill-bini ta’ Transport Malta f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm ebda titolu dwar il-parti tal-binja riferuta. L-użu tagħha hu parti mis-‘severance package’ tal-eks Prim Ministru fuq il-bażi ta’ mera tolleranza.
Sa Maison — Għoti ta' proprjetà pubbliku lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1479 u jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà pubblika f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2150.
Kuntratt li bih individwu qiegħed juża uffiċċju f'Sa Maison
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1480 u jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed juża uffiċċju f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, il-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2150.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1641 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa għadu ma sar l-ebda ħlas.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 474 u jgħid: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28027 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet fejn għalliema kkonsultaw ma’ ġenituri ta’ tfal li jaħsbu li għandhom bżonn l-għajnuna tat-tabib minħabba problemi ta’ saħħa mentali f’dawn l-aħħar sentejn u sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn u sal-aħħar tas-sena skolastika 2021/22 kien hemm ħames mija u sebgħa u tmenin (587) każ fl-iskejjel Primarji u Sekondarji tal-Istat fejn għalliema kkonsultaw ma’ ġenituri ta’ tfal biex dawn ikellmu lit-tabib minħabba problemi ta’ saħħa mentali.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1639 u tgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa relatata mal-programm imsemmi kienet ta’ sitt elef u sitt mitt ewro (VAT eskluża). It-temi diskussi kienu relatati mal-qasam ambjentali.
Boroż tal-plastic griżi jew ħodor għall-ġbir tar-riċiklaġġ
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1125 u tgħid kemm-il tunnellata ta’ boroż tal-plastik griżi jew ħodor qed jintużaw għall-ġbir tar-riċiklaġġ fis-sena? X’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex jinċentiva l-użu aħjar tal-kaxxi tal-kartun vojta li jkollhom il-ħwienet bħala kontenituri ta’ skart ieħor fl-iskema tar-riċiklaġġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilità tal-ġbir u trattament tal-materjal tal-boroż il-griżi u ħodor hija tas-settur privat li jagħmlu dan permezz tal-Producer Responsibility Schemes (PROs).
Rigward it-tieni mistoqsija, il-kartun huwa materjal riċiklabbli li ukoll jinġabar u jiġi rriċiklat għax jinġabar nadif. Jekk il-kartun jiġi użat għall-ġbir tal-materjal riċiklabbli ieħor, hemm ir-riskju li l-kartun jiġi kontaminat u għaldaqstant ma jibqax tajjeb għal-riċiklar u minflok jispiċċa ttrattat bħala skart imħallat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1637 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet/inizjattivi li jittieħdu.
Infurmat li it-tagħrif mitlub għall-perjodu ta’ ħames snin hu ONE Productions (Espresso): €3256,80.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1634 u tgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkun mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu.
B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant, it-tagħrif għall-perjodu mindu twaqqaf dan il-Ministeru f’Novembru 2020 hu kif ġej:
ONE Productions (Espresso): €6,230.40.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Impjegat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li beda jwettaq il-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-Ministeru tiegħu, u li sa ftit jiem ilu kien Spettur fil-Korp tal-Pulizija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mhix impjegata fil-Ministeru kif indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex irriżenja f’daqqa waħda mill-Korp tal-Pulizija l-Ispettur, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li kellu f’idejh l-Inkjesta Maġisterjali tal-VGH? Jista’ jgħid kemm-il sena kien baqagħlu għal 25 sena servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesti maġisterjali jitmexxew mill-Maġistrat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati l-persuni li fil-lejl ta’ bejn il-25 u s-26 ta’ Ġunju, 2022 ikkommettew diversi reati f’Paceville quddiem l-istabbiliment, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fosthom tentattiv ta’ ferita gravi, ksur ta’ bon ordni u theddid?