Legislature:
Category:
Reset
Active:

Użu ta’ embrijuni

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-embrijuni mhux se jintużaw u jekk jintużaw, wara kemm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb hu li l-embrijuni kollha jiġu implantati. Waqt li hemm 4 embrijuni fil-proċess għal addozzjoni, il-ġenituri prospettivi l-oħra li għandhom l-embrijuni ffriżati kollha wrew ix-xewqa li jagħmlu użu mill-embrijuni f’ċikli ssusegwenti.

Sptar Mater Dei – waiting list għal appuntament ma’ dentist

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list għall-appuntament tad-dentisti fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 1,017-il persuna jistennew għal filling u 305 għal dentatura fis-servizz dentali tal-Isptar Mater Dei.

Sptar Mater Dei – numru ta’ dentisti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-istaff complement tad-dentisti f'Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm 16-il dentist l-Isptar Mater Dei.

Spezzjonijiet fi rziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fi rziezet fejn jitrabbew l-annimali mill-2021 sal-lum? Jista' jgħid kemm instabu kontravvenzjonijiet f'dawn l-irziezet, u x’miżuri ttieħdu biex jitranġaw?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja mill-2021 sal-aħħar ta’ Settembru 2022 għamel 4,237 spezzjoni. Fl-2021, kien hemm 8 kontravenzjonijiet fi rziezet ta’ ruminanti żgħar (inħarġet ittra ta’ penali u 7 ittri ta’ twissija). Kien hemm 2 kontravenzjonijiet fi rziezet tat-tiġieġ (inħarġu 2 ittri ta’ twissija). Ma kienx hemm kontravenzjonijet fl-irziezet ta’ bovini, fniek, naħal u majjal. Sal-aħħar ta’ Settembru 2022 kien hemm biss kontravenzjoni waħda fi rziezet ta’ ruminanti żgħar (inħarġet ittra ta’ twissija), oħra fil-bovini (inħarġet ittra ta’ twissija) u 19-il kontravenzjoni fl-irziezet tat-tiġieġ (inħarġu 19 ittri ta’ twissija). Ma kienx hemm kontravenzjonijet fl-irziezet ta’ fniek, naħal u majjal.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – infiq fuq proġetti fil-lokalità ta’ Marsaskala

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm intefqu flus mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għal-lokalità ta’ Marsaskala matul l-2020 u sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Xi proġetti twettqu b’dawn il-flus allokati?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 731.

Reati ta’ kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm saru reati ta’ kriminalità mis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ir-reati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati rreġistrati fis-sistema kompjuteriżżata tal-Pulizija bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Settembru 2022, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Crime category 2019 2020 2021 Upto 30/09/2022 ABANDON OF CHILD 3 6 4 3 ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 4 16 18 8 ARSON 109 94 36 25 ATTEMPTED OFFENCES 550 380 404 291 BIGAMY 0 1 0 1 BODILY HARM 926 777 742 619 BREACH OF BAIL CONDITIONS 0 0 0 8 COMPUTER MISUSE 187 270 337 370 CONCEALMENT OF BODIES 1 0 0 0 CRIMES - RELIGIOUS SENTIMENT 1 0 0 0 CRIMES AGAINST PUBLIC SAFETY 1 0 0 0 CRIMES AGAINST PUBLIC PEACE 3 4 4 16 CRIMES VS ADMIN OF JUSTICE ETC 0 7 7 3 DAMAGE 3939 3203 3512 2727 DOMESTIC VIOLENCE 1325 1645 1741 1329 DRUGS 159 168 603 142 FORGERY 45 35 94 45 FRAUD 821 811 2376 1099 GENDER BASED VIOLENCE 0 2 0 2 HOMICIDE 4 8 2 8 IMMIGRATION 6 27 147 37 MONEY LAUNDERING 36 105 180 91 PERJURY AND FALSE SWEARING 1 6 13 10 PORNOGRAPHY 13 26 37 13 PRETENDED RIGHTS 183 228 280 239 PROSTITUTION 1 3 3 5 SEXUAL OFFENCE 145 124 167 134 TERRORIST FINANCING 0 2 0 0 THEFT 6631 4578 4478 3420 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 295 355 389 313 TRAFFICKING OF PERSONS 0 1 3 3 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 0 9 12 13 VIOLATION OF PLACES OF CONFINE 16 39 16 1 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 184 159 164 119 Grand Total 15589 13089 15769 11094 Theft Sub-category 2019 2020 2021 Upto 30/09/2022 ARMED ROBBERY 28 40 27 22 BAR RESTAURANT - CUSTOMERS 346 119 125 142 BAR RESTAURANT - EMPLOYEES 13 9 13 13 BAR RESTAURANT - PREMISES 59 51 49 36 BUILDING SITES 188 219 138 122 FACTORIES - EMPLOYEES 5 7 3 4 FACTORIES - PILFERING 1 0 1 0 FACTORIES - PREMISES 18 6 15 13 FACTORIES - VACANT 0 3 1 1 FARMS AND FIELDS 114 132 107 68 GOVERNMENT BUILDINGS 29 38 34 24 HOTEL - CUSTOMERS 168 32 75 90 HOTEL - EMPLOYEES 8 6 3 3 HOTEL - PREMISES 18 16 10 12 MUGGING 58 27 34 22 OFFICES - EMPLOYEES 19 12 11 2 OFFICES - PREMISES 28 24 23 18 OTHER THEFT 710 493 486 424 PICK-POCKETING 819 242 244 210 RELIGIOUS TEMPLES - PREMISES 6 4 9 7 RELIGIOUS TEMPLES - VISITORS 9 5 6 5 RESIDENCE - EXTERIOR 89 104 110 74 RESIDENCE - OCCUPIED 647 404 390 238 RESIDENCE - VACANT 80 115 73 58 RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS 93 70 58 58 RETAIL OUTLETS - EMPLOYEES 35 30 24 20 RETAIL OUTLETS - PREMISES 197 156 131 81 RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING 241 198 194 193 SNATCH AND GRAB 88 61 40 53 STREETS AND PUBLIC AREAS 339 299 299 218 THEFT FROM BEACHES 146 117 140 142 THEFT FROM SEACRAFT 51 61 32 27 THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR 426 397 349 239 THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR 1290 831 945 569 THEFT OF SEA CRAFT 20 20 25 12 THEFT OF VEHICLE 245 230 254 200 Grand Total 6631 4578 4478 3420

Taħriġ lill-Uffiċjali tal-Ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ uffiċjali tal-ħabs li għamlu taħriġ f’dawn l-aħħar sentejn u sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X’tip ta’ taħriġ ingħataw dawn l-uffiċjali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-taħriġ li sar minn uffiċjali tal-ħabs jinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt. Firearms Course / Tactical Firearms 142 Firefighting Course 268 Pepper spray Course 82 First Aid Course 175 Vocational Education 2 Primary Health Care and Healthy Lifestyles 25 Body Scanners 51 Cognitive Behavioural Challenges 38 Biopsychosocial well-being 28 Electrical Diploma City & Guilds 2635 Level 2 1 Applying Restorative Justice 26 Transition of Inmates to the Labour Market 21 Resettlement of Inmates into Society 21 Diploma City & Gills Building Regulations 1 Aluminium and Alloy wheels using TIG 1 Math, English, Maltese (MCAST) 1 Certificate in Management 1 BA in Management 1 Undergraduate Diploma in Business Management 4 Diploma in Accounting and Business - Part 1 1 AutoCAD Essentials Course (2D & 3D courses) 2 AMSR Outpatient Direct Care Training 35 Driving Course 12

Rata ta’ tfal illitterati f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hija r-rata tat-tfal illitterati f’pajjiżna fil-preżent? X’qiegħed isir biex dawn it-tfal ma jibqgħux illitterati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta l-istudenti jkunu għadhom fil-Primarja u jkollhom diffikultajiet fil-litteriżmu ma jistgħux jitqiesu lliterati għax ikun għadu kmieni wisq. Madanakollu, biex it-tfal itejbu l-livell tagħhom ta’ litteriżmu, fl-iskejjel primarji tal-istat l-għalliema tal-klassi jipprovdu tagħlim differenzjat li minnu jibbenifikaw it-tfal kollha filwaqt li t-tfal l-aktar batuti fil-qari u fil-kitba jingħataw lezzjonijiet ta’ litteriżmu mill-għalliema kumplimentari. Filfatt, matul is-snin l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu introduċiet diversi programmi bħal Reading Recovery programme, Klabb Naħla, Nwar, Kompetenzi Ewlenin (CCP) u diversi programmi oħra li l-informazzjoni ddettaljata ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari 2133 u 2134.

Embrijuni ffriżati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti n-numru ta’ kemm hemm embrijuni ffriżati b'kollox? Jista' jagħti break down sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli Nterpellant li waqt li sal-llum 685 embrijun li kienu krijopreservati ġew impjantati ġo ġuf l-omm, bħal issa hemm 506 embrijun li qed jistenna biex jiġi mpjantat.

Ittestjar ta’ embrijuni — PGT

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm se jsir ittestjar fuq l-embrijuni taħt il-Preimplantation Genetic Testing (PGT)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi L-PGTM issir skont kif indikat mill-protokol tal-EPA kif diġa diskuss fil-Kumitat Parlamentari tas-Saħħa.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1628 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jiproduċu materjal informattiv fuq il-midja sabiex titwassal l-informazzjioni neċessarja . Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu. B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant, it-tagħrif għall-perjodu ta’ ħames snin kif indikat minnu hu kif ġej: ONE Productions (Espresso) - €5,522.40.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1626 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellu nefqa ta’ €4,440.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka min huma l-konsulenti tiegħu u tal-Ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, l-Ministeru kien jeħtieġ jirrikori għas-servizzi ta’ konsulenza kif elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-konsulenti ndikati huma lkoll għal perjodu ta’ sena u ġew ingaġġati wara sejħa pubblika.

Ex Ministru– xogħol ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Eks Ministru, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex jipprovdi konsulenza lilu jew lill-Ministeru tiegħu u jekk iva, jistax iqiegħed il-kuntratt relattiv fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ex Ministru li għalih qed jirreferi, mhuwiex qiegħed jipprovdi konsulenza fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

CEO — Infrastructure Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-pressjoni indebita li l-kuntratturi, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, għamlu fuq is-CEO, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, li pprefera jirriżenja minn CEO ta' Infrastructure Malta wara xahar minflok iċedi għall-pressjonijiet illegali ta' dawn in-nies? Għala ma sarx rapport lill-Pulizija dwar l-aġir ta' dawn in-nies?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hawn taħt qed nirriproduċi kelma b’kelma statement pubbliku li kien għamel l-Inġinier Farrugia Cann meta irrifjuta (u mhux irriżenja) l-pożizzjoni ta’ CEO ta’ Infrastructure Malta, statement li jirrifletti preċiż id-diskussjoni li kellna bejnietna. Tali stqarrija tinnewtraliżża għal kollox l-allegazzjoni, b’ebda mod sostanzjata, tal-Onorevoli Interpellant, li qed tiġi miċħuda. "Filwaqt li napprezza l-fiduċja li ntweriet fija biex inservi fl-irwol ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, nistqarr li fl-aħħar ġimgħat irealiżżajt li hu diffiċli ħafna, kważi impossibbli, li nibbilanċja bejn l-impenji ta’ din il-kariga u dik ta’ referee internazzjonali tal-FIFA. Għalkemm ħsibt li dan il-bilanċ seta’ jkun possibbli, kif irnexxili nagħmel fil-passat, fhimt li l-irwol ta’ Kap Eżekuttiv f’din l-entitá jitlob impenn li mhux kompatibbli ma’ rwol ieħor impenjattiv u li jirrikjedi wkoll ammont ta’ safar. F’dan il-mument ħassejt li ma nixtieqx nitfa’ fil-ġenb dak li b’ħafna sagrifiċju bnejt fil-karriera tal-football. Għalhekk b’responsabbiltà infurmajt lill-Ministru li mhux se jkun qed niffirma l-kuntratt biex nieħu l-irwol ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta."

Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi — Tisbiħ tal-pjazza ta’ Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’qed tagħmel issa l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi biex finalment isir it-tisbiħ tal-pjazza quddiem il-Knisja ta’ Wied il-Għajn?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ kompetenti fil-preżent qegħda teżamina l-possibilitajiet u għaldaqstant aktar informazzjoni tkun tista’ tingħata aktar ‘il quddiem.

Infiq fuq gambling

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1150 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 730 jista' l-Ministru jindika kemm intefqu flus fil-gambling matul is-sena 2020 u s-sena l-oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet ma jkollhomx viżibbiltà tal-logħob kollu li jsir f’Malta taħt liċenzji maħruġa minn ġuriżdizzjonijiet barranin. Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli kkummissjonat riċerka bħala parti mill-proġett iffinanzjat b’fondi Ewropej magħruf bħala “Take Action Against Problem Gambling in Malta”. Din ir-riċerka ġiet ippubblikata lura fl-2019 u tista' tiġi aċċessata mill-pubbliku minn fuq is-sit tal-Fondazzjoni. Il-Fondazzjoni tinsab għaddejja b’ħidma sabiex tali riċerka tkun aġġornata kull sentejn u tibqa' rikorrenti.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1632 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-PQ2163.