Charging Points li kienu jintużaw mill-Kumpanija GOTO
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir miċ-charging points li kienu jintużaw mill-kumpanija GOTO li issa waqqfu l-operat tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet fuq livell tekniku u legali. L-għan tal-Gvern hu li dawn f’forma jew oħra jibqgħu jintużaw għal karozzi elettriċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm car park attendants impjegati jew liċenzjati u jelenka liema car parks pubbliċi jservu fihom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm sitta u erbgħin car park attendant li huma illiċenzjati mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta biex iservu fis-siti ta’ parkeġġ pubbliku elenkati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab ukoll infurmat illi dawn il-car park attendants mhumiex impjegati tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji reġistrati ġodda u liċenzjati mal-MFSA tul din is-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ liċenzji ġodda maħruġa f’2022 sal-aħħar ta’ Ottubru huwa ta’ 165. L-Awtorità tixtieq tinforma li kien hemm ukoll 200 liċenzja oħra fuq dawk il-165, li ġew awtorizzati b’mod permanenti skont ir-regolazzjoni ġdida ta’ Corporate Service Providers għal total din is-sena ta’ 365. Dawn il-200 liċenzja skont ir-regolament tal-Corporate Service Providers kienu diġà ġew irrapportati bħala liċenzji li kienu awtorizzati b’mod proviżorju f’2021.
Għar-rigward ta’ kumpaniji reġistrati ġodda, din l-informazzjoni tista’ tingħata mill-Malta Business Registry li hija awtonoma mill-MFSA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew biex jgħaddu ġuri u kemm hemm ippjanati li jsiru minn issa sal-aħħar tal-2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-22 ta’ Novembru 2022 kien hemm 106 ġuri pendenti (130 akkużati b’kollox). Hemm 20 ġuri appuntat (24 akkużati b’kollox). Hemm 8 ġurijiet (bi 11-il akkużat) li mmaturaw riċentament u qed jistennew id-data tal-appuntament. It-78 ġurijiet pendenti l-oħra (95 akkużati b’kollox) għalissa ma jistgħux isiru għal diversi raġunijiet varji fosthom; minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax qegħdin jistennew kawżi oħra, għax għadhom fi stadju ta’ eċċezzjonijiet preliminarji jew jistennew rapport minn espert psikjatriku.
Private Residential Leases Unit – ħaddiema rekwiżiti għal units ġodda
Question
Jista' Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema rekwiżiti sabiex joħolqu l-units ġodda tal-Private Residential Leases Unit u s-Sezzjoni tal-Pre 95?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar kellha approvazzjoni għal 49 ħaddiem sabiex joħolqu ż-żewġ units ġodda tal-Private Residential Leases Unit u tas-Sezzjoni tal-Pre-95. Dan kollu bil-għan li l-Awtorità tad-Djar tlaħħaq mad-domanda qawwija ta' xogħol illi dawn iż-żewġ Units għandhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija, u r-ranks tagħhom, assenjati fl-għassa ta' Ħ'Attard?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ġewwa Ħ’Attard jingħata servizz mill-Pulizija tal-Komunità, bħal ħafna lokalitjiet oħra ġewwa dawn il-g¿ejjer. Dan barra mir-rondi regolari li jsiru permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-RIU, li bejniethom jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali f’din il-lokalità. F’Ħ’Attard l-għassa tal-Pulizija hija waħda sekondarja li tinfetaħ meta jkun meħtieġ u skont l-esiġenzi tas-servizz.Mal-istess għassa hemm installata wkoll sistema ta’ elettronika li l-pubbliku jista’ ju¿a biex jaqbad mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, għal kull assistenza, erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra elenku tal-lokalitajiet fejn isiru l-iktar foot patrols mill-pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel rondi kontinwi f’diversi lokalitajiet f’dawn il-gżejjer, primarjament sabiex tipprevjeni milli jitwettqu reati u anke kwalunkwè ksur ta’ liġi li jista’ jiġi osservat. Infurmat illi mhuwiex possibbli li jkun ikkwantifikat in-numru ta’ rondi li jsiru u ma tinżammx statistika jew elenku bit-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Membru, għas-sezzjonijiet tal-Korp kollha. Rondi jsiru bil-mixi minn diversi sezzjonijiet tal-Pulizija li jinkludu; il-Pulizija tal-Komunità, li diġà jkopru tliet kwarti tal-lokalitajiet f’dawn il-gżejjer, il-Pulizija tad-distrett li f’kull ħin opportun iwettqu dawn ir-rondi, u skont l-esiġenzi mit-taqsimiet tal-klieb, tal-kavallerija u tal-EPU tal-Korp, dan barra illi l-RIU jikkontribwixxu bis-sehem tagħhom peress li kontinwament jagħmlu rondi bil-vetturi, u meta jkun meħtieġ, anke bil-mixi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm sejħa għall-gwardjani tal-ħabs u meta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi filwaqt li bħalissa għaddej it-taħriġ ta’ grupp ġdid ta’ rekluti, iva, l-Aġenzija għandha l-ħsieb li toħroġ sejħa ġdida għall-uffiċjali korrettivi. Din is-sejħa toħroġ wara li jkun hemm l-approvazzjonijiet neċessarji skont il-proċeduri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija u suldati għassa ma’ djar privati u ambaxxati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li kuljum jkopru doveri għal skopijiet ta’ protezzjoni permezz ta’ għassa ma’ bini, djar privati u ambaxxati, huwa ta’ wieħed u disgħin. Dan l-ammont ikopri s-sigħat kollha tal-ġurnata, li jvarja minn erbgħa u għoxrin siegħa jew numru ta’ sigħat kuljum, fil-lok rispettiv. Dawn id-doveri huma segwiti minn uffiċjali barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol tagħhom.
Fil-Forzi Armati ta’ Malta hemm tlieta u tletin (33) Suldat Regolari kif ukoll ħdax (11)-il Riservista li jagħmlu xogħol ta’ sigurtà ma’ djar privati u ambaxxati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità li jitħallsu allowances addizzjonali u xi perkaċċi oħra, ’il barra mill-ftehim kollettiv tal-Awtorità u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha erba’ ħaddiema li jitħallsu allowance addizzjonali fil-gradi kif imniżżel hawn taħt:
Grade
Allowance
Supervisor
Mobile Allowance
2 Senior Officers
Disturbance Allowance
Office Attendant
Miscellaneous Allowance for additional duties
Dawn l-allowances ilhom jitħallsu sa minn bejn l-2007 u l-2017.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1774 u jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informzajoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1761 u jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bil-kwalifiki akkademiċi li għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1765 u jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kwalifiki akkademiċi li qiegħed jirreferi għalihom huma MBA, LL.B, Dip. L.P., Dip. Not. Pub., LL.D.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1804, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar ġew impjegati mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Kemm minn dawn il-ħaddiema tterminaw l-impjieg tagħhom minn mal-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jinnota t-tweġiba mogħtija lilu fil-mistoqsija parlamentari 1803.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa, kull sena mill-2019 sal-aħħar li saret, l-Istaff Awards night tal-Active Aging?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar in-nefqa tal-Istaff Awards Night tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.