Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — karozzi elettriċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, ma hemm l-ebda leasing ta’ karozzi elettriċi.

Kunsili lokali – nefqa fuq tindif tal-bajjiet u xtut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta’ kull kunsill lokali f’dawn l-aħħar ħames snin għat-tindif tal-bajjiet/xtut u jekk ix-xogħol huwiex isir minn ħaddiema tal-Gvern jew kuntrattur privat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li kienu l-Kunsilli Lokali tal-Isla u ta’ Tas-Sliema li wettqu xogħlijiet ta’ tindif ta’ bajjiet u xtut fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant u dan bi spejjeż tal-istess Kunsilli Lokali. Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Isla wettaq xogħlijiet ta’ tindif ta’ bajjiet u xtut permezz ta’ Kuntrattur privat matul is-sena 2019 li kienu jammontaw għal €1,400, filwaqt illi l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema wettaq xogħlijiet ta’ tindif ta’ bajjiet u xtut permezz ta’ kuntrattur privat matul l-2021 li kienu jammontaw għal €6,490.

Mosta u Ħ’Attard – proġetti ta’ kultura

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ta' kultura hemm ippjanati għas-sena d-dieħla fil-lokalitajiet tal-Mosta u Ħ’Attard?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Kunsill Lokali Lista ta' Proġetti Kulturali Ħ'Attard 1. Ġieħ Ħ’Attard u Jum il-Lokalità mqassmin fuq ġurnata fis-26 ta’ Marzu 2023 b’attivitajiet varji 2. Iffjurit bil-Ward Infewwaħ fit-13 ta’ Mejju 2023 attivita’ mqassma wkoll fuq ġurnata b’divertiment pubbliku fejn se jkun hemm ikel, xorb u stalls differenti. 3. Mhux eskluż li jistgħu jsiru wkoll xi ħarġiet kulturali. Mosta 1. Ippjanat li jsir simpozju dwar il-Kultura u l-Wirt Kulturali fil-Mosta 2. Ippjanat li jerġa' jittella' l-Karnival fil-Mosta. 3. Fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa hu ppjanat li jittellgħu wirjiet relatati ma' dawn iż-żminijiet. 4. Ippjanat li jkun ippublikat Direttorju Kulturali ta' Artisti u Għaqdiet fil-Mosta. 5. Ippjanat li nsostnu ġemellaġġ ma' Ragusa permezz tal-Kultura tal-Festi f'pajjiżna. 6. Ippjanat li jkun organizzat għal darb'oħra l-Festival Qargħasel. 7. Ippjanat li jkunu organizzati Heritage Trails fil-Mosta. 8. Matul is-sena d-dieħla ser ikun qieghed ikompli għaddej ix-xogħol ta’ restawr fil-faċċata tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.

Santa Venera — Tiswijiet fi Triq il-Kbira

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet dwar meta se tissewwa Triq il-Kbira San Ġużepp Santa Venera fejn il-loġoġ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f'din it-triq beda l-ġimgħa li għaddiet, b'investiment ta' €4 miljun. Ix-xogħol ippjanat jinkludi t-tqegħid ta' erba kilometri ta' servizzi, flimkien ma’ mogħdijiet ġodda, tisbiħ taż-żona u sistema tal-irrigazzjoni.

Garaxxijiet tal-Gvern mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm garaxxijiet tal-Gvern mikrija għand persuni għall-użu personali tagħhom mill-2021 sal-lum, lokalità b’lokalità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2021 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar kriet garaxx wieħed lil persuna għall-użu personali tagħha ġewwa Bormla. Barra minn hekk l-Awtorità tad-Djar mexxiet il-proċess għall-kiri ta’ 399 garaxx u spazji ta’ parkeġġ f’Ħ’Attard, Birkirkara, Bormla, Ħal Kirkop, l-Imsida, il-Qrendi, is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ u ż-Żurrieq.

Resits tas-SEC tal-Malti, Ingliż u Matematika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti qagħdu għar-resists tas-SEC fis-sena 2022 fis-suġġett tal-Malti, Ingliż u Matematika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab pubblika https://www.um.edu.mt/matsec/reportscommunication/generalstatistics

Resits tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti qagħdu għar-resists tas-SEC fis-sena 2022 f'suġġetti oħra minbarra l-Malti, l-Ingliż u l-Matematika? Jista’ jgħid liema suġġetti kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab pubblika https://www.um.edu.mt/matsec/reportscommunication/generalstatistics

Skejjel tal-Gvern – tfal barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal barranin fl-iskejjel tal-Gvern? Jista' jelenka l-ammont lokalità b'lokalità u minn liema pajjiż ġejjin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kulleġġi u skejjel statali primarji – handymen u cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm handymen u cleaners f'kull kulleġġ u skejjel statali primarji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ handymen u cleaners fil-kulleġġi u skejjel statali primarji hu ta’ 579.

Nurseries tal-futbol — investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investiment sar fin-nurseries tal-klabbs tal-football?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost għajnuna oħra li tingħata lill-klabbs tal-football, inkluż nurseries kemm f’Malta u wkoll f’Għawdex, li tinkludi għotjiet finanzjarji, qed jiġi implimentat ftehim li kien iffirmat kmieni s-sena li għaddiet b’investiment ta’ €6 miljun, li permezz tiegħu fuq medda ta’ tmien snin se jinbidlu 55 wiċċ ta’ ground f’Malta u 13 f’Għawdex. Minn dan l-investiment se jibbenefikaw 68 klabb tal-futbol f’Malta u Għawdex kif ukoll assoċjazzjonijiet li huma membri tal-MFA.

Ċentru tas-Saħħa Mosta – servizz ta’ ttestjar tal-għajnejn

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jerġa’ jibda s-servizz tal-ittestjar tal-għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u sussegwentement ikun ordnat in-nuċċali tal-vista b’xejn, peress li jirriżulta li dan is-servizz ilu li twaqqaf mill-1 ta’ Novembru tas-sena l-oħra u kull min jirrikjedi dan is-servizz qiegħed minflok jintbagħat iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, b’mod li qed ikun ta’ inkonvenjent? Jista’ jgħid għala dan is-servizz mhux qed ikun ipprovdut?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li l-professjonist li kien jipprovdi dan is-servizz irtira, ħar[et sejħa biex jiġi ingaġġat Optomitrist ġdid. Din is-sejħa għalqet fl-4 ta’ Novembru u bħalissa għaddej il-proċess tal-interviews.

Sptar Boffa – Nurses ma’ pazjenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nurses ma’ kull pazjent fl-Isptar Boffa? Jista' jgħid x'investiment se jsir fl-Isptar Boffa biex jiġi żgurat l-aqwa servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Boffa hemm Staff Complement komplet. Biex jiġi żgurat l-aqwa servizz hemm 4 żoni partikolari li ser isirlhom intervent li jinkludi fost oħrajn rinovar tas-swali.

Testijiet tad-Demm

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt. Year period Test Totals 01/01/2021 – 31/12/2021 12,681,538 tests 01/01/2022 – 31/10/2022 10,792,364 tests

Skema tal-first-time buyers – żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-first-time buyers hijiex se żżid il-prezz fil-proprjetà skont kif indikat il-Kamra tal-Kummerċ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għotja lil dawk il-persuni kollha illi xtraw proprjetà għall-ewwel darba mill-1 ta’ Jannar 2022 'il quddiem hija intiża sabiex tagħti għajnuna kruċjali liż-żgħażagħ li jkunu għadhom kemm xtraw l-ewwel residenza tagħhom. Il-kundizzjonijiet tal-għotja jinkludu li r-residenza tkun inxtrat permezz ta’ loan u li l-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx il-€500,000. L-għotja tibqa’ tingħata għal perjodu ta’ 10 snin jew sakemm jingħalaq il-loan account.

Kuntratti tal-plots taħt il-Home Ownership Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tal-plots li ngħataw taħt il-Home Ownership Scheme, Issue tal-1987, hekk kif jidher li ċerti plots għadhom mhux esproprjati? Jista’ l-Ministru jgħidilna xi tkun il-pożizzjoni tal-eredi ta’ koppja li jiġu nieqsa mingħajr dan il-kuntratt fis-seħħ?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema plots qiegħed jirreferi.