Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur talab l-għajnuna ta’ Skema 9 matul is-sena 2021 u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2021 s’issa hemm total ta’ 5,562 student li bbenefika minn Skema 9. Infakkar lill-Onor. Interpellant li bil-miżuri mħabbra fil-budget li għadda, issa din l-iskema twessgħet biex it-tfal flok igawdu minn għajnuna waħda minn erbgħa, jistgħu jgawdu minn kull għajnuna offruta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm waiting list ta’ anzjani biex jirċievu s-servizzi li ġejjin, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda: Home Help, Servizz ta’ Handyman, għad-Dementia Activity Centre, Servizzi fil-Komunità, Servizzi Residenzjali u Telecare?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li l-lista ta’ stennija sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din id-domanda qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tal-Home Help id-domanda hi ferm akbar milli hawn nies li lesti jagħtu dan is-servizz. Fil-fatt, mill-1 ta’ Jannar 2023 il-Gvern żied ir-rimunerazzjoni minn €7 għal €8 fis-siegħa għall-anzjani li jsibu huma stess helper, li jista’ wkoll ikun membru tal-familja stess.
Dwar is-Servizz Residenzjali ngħid li fil-mument, ir-Residenza San Vinċenz hi mimlija, l-istess bħad-diversi djar tal-anzjani li bħalissa jħaddmu servizz bi ftehim mal-Gvern. Għaddejjin diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol biex tiżdied l-allokazzjoni finanzjarji ħalli sa fejn hu possibbli, u jekk il-privat ikun irid, jinxtraw aktar sodod mill-Gvern.
Irid jiġi enfasizzat li meta t-tobba jikklassifikaw persuna bħala każ urġenti (Category 1) dawn jingħataw prijorità biex appena jitbattal post minn dawk disponibbli bħalissa, il-persuna tiddaħħal mill-ewwel.
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux rapporti ta’ awditjar dwar is-servizzi tal-anzjani mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra? X’kienu r-rakkomandazzjonijiet biex tkun assigurata l-kwalità ta’ servizzi mogħtija lill-anzjani?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4280 li ngħatat fis-Seduta Nru 61 tat-28 ta’ Novembru 2022.
Jista’ l-Ministru jindika xi kriterji qegħdin jintużaw sabiex jintgħażlu dawk il-lokalitajiet li se jibbenefikaw mis-servizz ta’ Silver T għall-anzjani?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm il-Ministeru jkun f’pożizzjoni li joffri s-servizz fuq livell nazzjonali, dan is-servizz qiegħed jiġi offrut lil anzjani li jgħixu f’irħula viċin irħula oħra li diġà qed jibbenefikaw minn dan is-servizz.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — karozzi elettriċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ karozzi elettriċi li ġew leased mill-Ministeru, inkluż mill-entitajiet u d-dipartimenti, huwa ta’ 66, filwaqt li ġew mixtrija 18-il vettura elettrika. Fil-fatt, b'37 vettura, bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tħaddan l-akbar flotta ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li ġie ppubblikat tender mis-Servizz Pubbliku għal provvista ta' 250 vettura elettrika. Dan l-investiment huwa mistenni li jħalli impatt pożittiv biex il-flotta ta' EVs fis-Servizz Pubbliku titla’ minn 7% fl-2021 għal kważi 40%.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozzi elettriċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kemm tħabbar li ġie ppubblikat tender b’valur ta’ €10 miljun, li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv, waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% fl-2021 għal kważi 40%. Bħalissa fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu hemm żewġ karozzi tal-elettriku leased.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — karozzi elettriċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kemm tħabbar li ġie ppublikat tender b’valur ta’ €10 miljun li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% għal kważi 40%.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jagħmel użu minn erba’ karozzi elettriċi leased, tnejn minnhom tat-tip hybrid.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — karozzi elettriċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif għadu kemm tħabbar, ġie ppubblikat tender b’valur ta’ €10 miljun, li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv, waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% fl-2021 għal kważi 40%. Fil-mument, il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar m’għandux karozzi tal-elettriku leased.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx karozzi tal-elettriku leased fil-Ministeru tiegħi. Madanakollu, ta' min wieħed jinnota li kif għadu kemm tħabbar, ġie ppubblikat tender b’valur ta’ €10 miljun, li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv, waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% fl-2021 għal kważi 40%.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għadu kemm ġie awarded tender għal żewġ karozzi elettriċi. Minbarra hekk u kif diġà tħabbar f’Novembru li għadda, il-flotta ta’ vetturi tal-Gvern se tkun qed tinqaleb b’mod gradwali għal vetturi elettriċi minn din is-sena stess. Infatti ġie ppubblikat tender b’valur ta’ €10 miljun, li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv, waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% fl-2021 għal kważi 40%.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — karozzi elettriċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tagħha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tal-Ministeru, m’għandhomx karozzi tal-elettriku li huma leased.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninsab infurmat li preżentement hawn karozza waħda tal-elettriku fid-dekasteru. Kif diġà mħabbar mill-Gvern, il-ħsieb huwa li l-flotot jiġu konvertiti għal vetturi aktar effiċjenti, effettivi u rilevanti.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozzi elettriċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li, filwaqt li preżentement m’hemmx karozzi tal-elettriku leased fil-Ministeru, fit-tmiem tal-lease kurrenti hu ppjanat li jinħarġu tenders għal lease ta’ karozzi tal-elettriku.