Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratti biex jidħlu f'units tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx timeframe għal dawk li ffirmaw il-kuntratt biex jidħlu f’unit, qabel l-elezzjoni u li s’issa għadhom jistennew minkejja li qalulhom li ser jidħlu f’Ottubru 2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-allokazzjonijiet ġew imwettqa skont pjan tal-Awtorità tad-Djar imfassal fuq numru ta’ snin. L-inkwilini prospettivi ġew infurmati bl-allokazzjoni bosta xhur qabel ma tlesta x-xogħol fuq il-binja sabiex ikunu jistgħu jippjanaw il-futur tagħhom.

Mosta – postijiet li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mill-Mosta li għadhom qed jistennew akkomodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha 50 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali minn persuni li jgħixu l-Mosta.

Ċwievet ta’ postijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant ta ċ-ċwievet tal-post tiegħu, liema skema nirreferu għaliha bħala “Inċentivi għal Ritorn ta’ ċwievet ta’ post” matul is-sena 2021 u 2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant sabiex jinnota t-tabella hawn taħt indikata:- Sena Numru ta’ Inkwilini 2021 8 2022 5

Social Workers — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jiġu ingaġġati aktar social workers man-numru żgħir ta’ erbgħa li diġà hemm?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tim ta’ ‘social workers’ hu magħmul minn ħames professjonisti fil-qasam soċjali. Se jiġi ngaġġat professjonist ieħor fil-futur qrib.

Awtorità tad-Djar – rapport marbuta ma’ Condominium

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’impenn qiegħda tieħu l-Awtorità tad-Djar meta jkun hemm rapporti marbuta mal-Condominium u li anke saħansitra jkun hemm rapporti għand il-pulizija minħabba mġiba li tkun qed iddejjaq lill-kumplament tal-familji li jgħixu fl-istess blokka?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-funzjoni tal-Awtorità tad-Djar ma tinkludix rwol ta’ intermedjarju fi kwistjonijiet bejn il-ġirien. F’każijiet ta’ mġieba ħażina f’binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali l-Awtorità tieħu passi xierqa sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Rapport f’għassa jrid jiġi ppruvat permezz ta’ sentenza tal-qorti biex ikun jista’ jintuża bħala prova waqt azzjoni legali.

Awtorità tad-Djar – familji li jgħixu fi djar overcrowded jew substandard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tikkunsidrax familji li jgħixu fi djar overcrowded jew fi djar substandard? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm familji f’units overcrowded u/jew substandards?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali hemm 274 applikant li jgħixu fi proprjetà overcrowded u 27 applikant li jgħixu fi proprjetà substandard.

Applikazzjonijiet għall-Exchange

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet li jridu jagħmlu exchange? Jekk iva, kemm-il talba hemm? Dawn l-exchanges huma parti mil-lista ta’ stennija, kif kien isir qabel l-2013?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum il-ġurnata hemm 487 li qegħdin joqogħdu f’akkomodazzjoni soċjali tal-Gvern u jixtiequ jbiddlu l-proprjetà li bħalissa jinsabu fiha.

Każijiet ta’ żgumbrament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ żgumbrament quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera? Jista’ jgħid kemm intlaqgħu talbiet minn dawn il-każijiet u ġie ordnat l-iżgumbrament tal-inkwilin minn wara l-elezzjoni ġenerali tal-2022 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Bord li Jirregola l-Kera huwa parti mill-Qrati tal-Ġustizzja. Minn Ġunju 2021 sa issa* 12-il inkwilin li jgħixu f’kirja protetta u kellhom kawża ta’ żgumbrament quddiem il-Bord imsemmi talbu li jiġu assistiti minn avukat imqabbad mill-Awtorità tad-Djar. *23 ta’ Jannar 2023

Ir-Rabat Għawdex – Taċ-Ċawla – proġett ta’ bini ta’ housing

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett ta’ bini għal skop ta' housing ġewwa Taċ-Ċawla r-Rabat, Għawdex li kien issemma fl-2019 u jekk dawn jaqgħux taħt l-Awtorità tad-Djar jew jekk hux taħt il-Ministeru f’Għawdex?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tikseb ir-residenzi meħtieġa sabiex tkun tista’ taqdi t-talbiet għal akkomodazzjoni soċjali minn diversi sorsi. Preżentement id-domanda qed tiġi akkomodata mingħajr il-ħtieġa li jinbnew residenzi ġodda permezz ta’ inizjattivi bħal kiri ta’ residenzi ġodda, għajnuna finanzjarja għal restawr ta’ djar battala u azzjoni ta’ infurzar f’residenzi mikrija.

Residenzi privati – skemi biex jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt sar għall-iskema fejn jiġu rranġati residenzi privati u offruti għal skop ta’ housing soċjali mill-2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2019 sal-lum* l-Awtorità tad-Djar approvat 18-il applikazzjoni ta’ din ix-xorta permezz tal-iskema Restawr ta’ Djar Battala. *sas-16 ta’ Jannar 2023

Awtorità tad-Djar – Skema Nikru biex Nassistu – numru ta’ applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-iskema “Nikru biex Nassistu” fis-snin 2019, 2020, 2021 u 2022? F’liema lokalitajiet jinsabu u jekk sarux kuntratti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – Skema Nikru biex Nassistu – lift mhux provdut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar krietx appartamenti mis-settur privat fl-iskema “Nikru biex Nassistu”, li ma jkunx provdut lift fil-komun matul is-snin 2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm-il appartament inkera sena b’sena u l-lokalità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar kriet 41 appartament li jinsabu f’binja mingħajr lift kif indikat fit-tabella segwenti. Lokalità 2020 2021 2022 Birżebbuġa 2 0 0 Għajnsielem Għawdex 2 0 0 Mellieħa 0 1 0 Munxar Għawdex (inc Xlendi) 4 0 0 Naxxar 0 0 1 Qala Għawdex 2 0 0 Qormi 0 2 1 Rabat 1 0 0 San Ġwann 0 0 1 Santa Venera 0 6 0 Siġġiewi 1 0 0 Wied il-Għajn 2 4 2 Xagħra Għawdex 1 0 0 Xgħajra 1 0 0 Żebbuġ 0 0 1 Żebbuġ Għawdex (inc Marsalforn) 5 0 0 Żurrieq 0 0 1 Total : 21 13 7

Inkwilini rikonoxxuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu postijiet lill-inkwilini rikonoxxuti u li l-Gvern huwa s-sid tagħhom fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont fit-total tiegħu sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella segwenti : Sena Postijiet Mibjugħa Sussidju Mogħti lill-Inkwilini Prezz tal-Bejgħ 2021 107 €3,797,502 €4,887,195 2022 107 €4,431,414 €5,127,506