Legislature:
Category:
Reset
Active:

Water Fountains

Question

Fid-dawl li l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fi Frar 2020 kien ħabbar li se jiġu installati water fountains fl-iskejjel tal-istat kollha, kemm dawk primarji kif ukoll sekondarji, biex inaqqsu mit-tagħbija tal-basktijiet tal-iskola tat-tfal, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proġett? Jista’ jgħid kemm hemm skejjel li fihom ġew installati water fountains u kemm hemm skejjel li għad m’għandomx water fountains?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox ġew installati 207 water dispenser fl-iskejjel primarji u sekondarji madwar Malta u Għawdex. Dan il-proċess ilu xhur implimentat u d-dispensers qed jintużaw b’mod regolari kemm mill-istudenti u kif ukoll mill-istaff. M’hemm l-ebda skola li m’għandiex water dispenser, anzi f’ċertu skejjel ġew installati iżjed minn waħda skond il-popolazzjoni li tospita l-binja.

Kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kontravenzjoni ngħatat, u kemm minnhom ma tħallsux minħabba raġunijiet validi, u oħrajn li ma tħallsux bla ebda raġuni mill-2012 sal ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Persuni b’diżabilità li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? X'inhi l-età tagħhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Wardens tal-Ambjent — kontravenzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu kontravenzjonijiet minn wardens tal-ambjent mill-2021 sal-lum?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li skont il-provvedimenti tar-Regolamenti msemmija, matul l-2021, l-uffiċjali tal-Awtorità ħarġu total ta’ 304 multi amministrattivi f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Mis-sena 2022, minbarra l-multi amministrattivi bdew jinħarġu wkoll twissijiet lil dawk l-individwi li jinqabdu jiksru r-regolamenti fil-fatt għall-ewwel darba iżda mbagħad isegwu l-istruzzjonijiet li jagħtuhom l-uffiċjali. B’dan il-mod, fl-2022, inħarġu 510 twissijiet u 115-il multa amministrattiva, filwaqt li sas-16 ta’ Jannar 2023 inħarġu 39 twissija. Fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, l-uffiċjali li għandhom il-poter eżekuttiv li jinfurzaw, u allura anke joħorġu l-kontravenzjonijiet, jaqgħu taħt l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).

Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4243 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Lone Parents – ħlasijiet ta’ allowances tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hawn lone parents, skont id-data miġbura mir-records ta’ ħlasijiet għall-allowances tat-tfal? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-lone parents huma rġiel, u kemm nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Persuni li bbenefikaw mill-Fond Konsolidat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Barranin li għandhom permess biex jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2888, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fl-2020, 2021 u sal-aħħar ta' Ġunju 2022, kemm kienu l-barranin li kellhom il-permess jaħdmu f'Malta, f’liema setturi ta' xogħol kienu u qegħdin jaħdmu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet mill-Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali, sena b'sena mill-2020 sal-lum? Kemm ġew kontestati u kemm minnhom revokati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mogħtija fit-tabella riprodotta hawn taħt: Tickets issued by LESA between 1st Jan 2020 and 30th Nov split by the Year of Issue - Status as at 20th December 2022 2020 2021 2022 Total issued 261,280 342,725 280,726 Contested (via Petitions) 17,477 26,498 16,879 Petitions Accepted 6,040 9,085 5,211 Petitions Not Accepted 11,249 17,115 10,548 Accepted Partially 187 296 141 Pending Decisions 1 2 979 Contested (At Tribunal) 6,669 12,126 4,119 Not Guilty 4,827 9,081 2,578 Confirmed (Guilty) 1,842 3,045 1,541

Rabat Għawdex – Taċ-Ċawla – proġett ta’ bini ta’ housing

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-proġett ta’ bini ta' housing ġewwa Taċ-Ċawla, ir-Rabat Għawdex li kien issemma fl-2019 u jekk dan jaqax taħt il-Ministeru tiegħu jew taħt l-Awtorità tad-Djar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġew sottomessi l-pjanti lill-Awtorita tal-Ippjanar u nħarġu l-permessi meħtieġa biex ikun jista' jinbeda x-xogħol, il-Ministeru għal Għawdex ħareġ sejħa għall-offerti u din kienet maqsuma fi tlieta. It-tender tikkonsisti f’xogħol ta’ kostruzzjoni, finishing u M&Es. Bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti kollha meħtieġa biex jinbeda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq l-istess proġett.

Persuni li għaddew il-Medical Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għaddew il-Medical Board mill-2021 sa kemm tiġi mwieġba din id-domanda u kemm hemm minnhom li reġgħu bdew jaħdmu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li kien hemm 75 impjegat tac-Ċivil li għaddew il-Medical Board mill-2021 u ħadd minnhom ma reġa' beda jaħdem maċ-Ċivil.

Servizz tal-153 – telefonati fuq kwistjonijiet relatati ma’ akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-153 li jistaqsu fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2020, 2021 u 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li kien hemm 198 telefonata fuq l-153 li staqsew fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali fi tliet snin.

Employee Support Programme

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ ġie segwit mill-Employee Support Programme matul is-snin 2020, 2021 u 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li rigward klijenti ġodda li talbu l-ewwel appuntament għand l-ESP huwa kif ġej: 2020 – 348 2021 – 429 2022 – 369

Tqassim ta’ fondi għal ħidma tal-ġurnaliżmu stampat

Question

B'referenza għall-istqarrija li kienet saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru nhar il-21 ta' Mejju 2022 dwar il-fond ta' €500,000 biex isostnu l-ħidma tal-ġurnaliżmu stampat, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tqassmu dawn il-flus?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tad-Djar – blokok tal-housing

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ kemm huwa n-numru ta’ blokok tal-housing f’Malta u Għawdex fil-preżent? Jista’ jgħid kemm-il unit hemm f’kull blokka u f’liema sena nbnew?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20248 (Leġiżlatura XIII), inżid li minn dak iż-żmien żdiedu wkoll 8 blokok ġodda fis-segwenti lokalitajiet - Birkirkara, Ħ’Attard u Ħaż-Żebbuġ.

Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet li ma setgħux jiġu pproċessati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal housing soċjali ma setgħetx tiġi pproċessata matul is-sena 2022 u x’kienu r-raġunijiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi 590 applikazzjoni ma setgħux jiġu pproċessati matul is-sena 2022, prinċiparjament minħabba li l-applikanti naqsu milli jissottomettu d-dokumenti meħtieġa jew inkella ma kienux jissodisfaw il-kriterji tat-test tal-mezzi.

Awtorità tad-Djar – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali fil-mument? Kemm-il applikant hemm li huwa persuna b’diżabilità, lone parent jew persuna b’każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika jew anzjani li jgħixu waħedhom sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 1450 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternativa fuq il-lista ta’ stennija li minnhom 778 huma familji b’ġenitur wieħed, 256 huma anzjani li jgħixu waħidhom u 19 isofru minn xi diżabilità.

Awtorità tad-Djar –Deposit Payment Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri jekk is-sid ma jasalx li jonora l-pagament lill-Awtorità tad-Djar fl-iskemi tad-Deposit Payment Scheme u Garanzija New Hope fost skemi oħra li għandha l-Awtorità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kull skema tinkludi t-termini u l-kundizzjonijiet li jindikaw x’għandu jiġri f’dawn il-każijiet. L-Awtorità tad-Djar tqis ukoll iċ-ċirkustanzi tal-każ u tieħu kwalunkwe kunsiderazzjoni umanitarja xierqa qabel ma tipproċedi kif stipulat fil-kundizzjonijet tal-iskemi rispettivi.