Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħ’Attard – Central Link – tkomplija ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5806, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jitkompla x-xogħol mill-pont ta' Ħ'Attard u r-roundabout, li kien parti mix-xogħol li sar fuq is-Central Link?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jkun jista' jkompli hekk kif entitajiet oħra jlestu x-xogħol fi Triq il-Pitkali. Sabiex isir ix-xogħol meħtieġ, il-pont jeħtieġ li jingħalaq għat-traffiku għal numru ta’ ġimgħat u għaldaqstant ir-rotot alternattivi, fosthom Triq il-Pitkali, iridu jkunu lesti mix-xogħol li jkun għaddej fihom u jkunu miftuħa b’wiċċ ta’ asfalt adegwat biex ikunu jistgħu jintużaw.

RIU — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement fir-Rapid Intervention Unit (RIU)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istaff complement fir-Rapid Intervention Unit (RIU) tal-Korp tal-Pulizija huwa kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Rank Ammont Supretendent 1 Spettur 1 Surġent 8 Kuntistabbli 63

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – miżuri favur l-ambjent

Question

B'referenza għal parti mit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4855, tista' l-Ministru tgħid x'miżuri favur l-ambjent ittieħdu fid-dekasteru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà tajt għall-istess Mistoqsija Parlamentari din id-darba bin-numru 4855.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — ħaddiema b’diżabilità

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4909 tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies li huma b'diżabilità li jużaw is-siġġu tar-roti u jaħdmu fid-dekasteru tagħha? Hemm aċċessibilità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità imma, fejn applikabbli, il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jikkonformaw mar-regolamenti stabbiliti dwar aċċess għal kulħadd. Fejn ikun hemm talbiet speċifiċi jsir sforz, anke bl-għajnuna tal-Employee Support Programme, biex isiru arranġamenti meħtieġa.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrpriża – persuni b’diżabilità fiżika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru tagħha li għandhom diżabilità fiżika, iżda ma jużawx siġġu tar-roti? X'miżuri ttieħdu biex dawn ikunu komdi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6565.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrpriża – persuni b’diżabilità intellettwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies b'diżabilità intellettwali jaħdmu fid-dekasteru tagħha? X'miżuri ttieħdu biex dawn jaħdmu mingħajr diffikultà?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6565.

Il-Mosta — Supretendent tal-Pulizija fid-distrett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-Distrett tal-Mosta hemmx Supretendent tal-Pulizija assenjat ma’ dan id-distrett biss? Jekk le x’inhi r-raġuni? Jista' jgħid liema distrett ieħor qed jieħu ħsieb is-Supretendent li qed ilaħħaq id-distrett tal-Mosta fil-preżent?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm Supretendent tal-Pulizija li huwa assenjat biex flimkien mad-Distrett ta’ Birkirkara jkopri wkoll id-Distrett tal-Mosta, kif l-esiġenzi jiddettaw. Infurmat illi fl-aħjar interess tal-Korp u tal-pubbliku inġenerali, meta jkun hemm il-ħtieġa, bħalma dejjem kienet il-prassi, kull kambjament, tqassim u rotazzjoni ta’ membri tal-Korp isir skont in-neċessitajiet u s-sitwazzjoni fiż-żmien ikkonċernat.

Persuni li jintbagħtu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minflok fl-Isptar Mount Carmel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ċittadin b’kundizzjoni li ma jkunx irid jidħol fl-Isptar Mount Carmel minħabba raġunijiet personali, għandux dritt jidħol fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bħalma kien jiġri qabel? Jekk le, tista’ tingħata raġuni għal din il-bidla fil-policy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda bidla fil-policy. Il-policy kienet u għadha illi pazjent residenti ġewwa Għawdex jingħata kura fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex filwaqt li pazjent residenti Malta jingħata kura fl-isptar Monte Karmeli.

Lands Department – art reġistrata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm art reġistrata mad-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm total ta' ċirka 187 kilometri kwadri f’Malta u Għawdex ta’ territorju li huwa r-reġistrat mal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

Dokument: A policy on inclusive education in schools – route to quality inclusion

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal Kamra d-dokument “A policy on inclusive education in schools – route to quality inclusion”?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6233.

Mosta — Plots Santa Margerita

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4858, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3919, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tal-plots li ngħataw taħt il-Home Ownership Scheme, Issue tal-1987, hekk kif jidher li ċerti plots għadhom mhux esproprjati (Plot fiż-żona ta’ Santa Margerità fil-Mosta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament)? Jista’ l-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni tal-eredi ta’ koppja li jiġu nieqsa mingħajr dan il-kuntratt fis-seħħ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmi sit kien ġie akkwistat mill-Gvern u hekk kif kull proċedura tkun lesta, dan is-sit ikun jista' mgħoddi għat-trasferiment lill-Housing Authority.

Transport Malta — ċitazzjonijiet mill-enforcement officers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4249, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-enforcement officers ta' Transport Malta (TM), sena b'sena mill-2020 sal-lum? Kemm ġew kontestati u kemm minnhom revokati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ kontravvenzjonijiet li nħarġu minn Transport Malta, mill-2020 sal-aħħar tas- sena 2022 jinsab fit-tabella t'hawn taħt: PQ 5980 - Kontravenzjonijiet Sena Kontravvenzjonijiet maħruġa 2020 15,287 2021 11,480 2022 24,500 Il-ħlasijiet kif ukoll il-kontestazzjoni ta’ kull kontravvenzjoni mhumiex amministrati mill-Awtorità ta’ Transport Malta u b’hekk l-informazzjoni rigward kemm il-kontravvenzjoni ma tħallsitx għandha tiġi indirizatta lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni b’diżabilità li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4490, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? X'inhi l-età tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont infomazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ persuni b'diżabilità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2022. Persuni b'diżabilit à li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2022 Età Irġiel Nisa Total Taħt 25 21 9 30 25-39 43 12 55 40-54 62 18 80 55+ 49 14 63 Total 175 53 228 L-aħħar cifri tal-qgħad ippubblikati huma ta’ Diċembru 2022.

Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel — residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel? Kemm hemm taħt arrest u kemm ingħataw sentenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fil-Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel hemm 10 priġunieri. Hemm 6 b’arrest preventiv u 4 b’sentenza

CPD – post ta’ Direttur Ġenerali battal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu battal il-post ta' Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili? Għaliex għadu battal? Meta se toħroġ is-sejħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-Protezzjoni Ċivili hemm acting head. Is-sejħa għal din il-pożizzjoni kienet ħarġet fit-28 ta’ Ottubru 2022 (ċirkulari OPM No 16/2022).

Air Malta – Early Retirement Scheme u Voluntary Redundancy Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem tal-Air Malta ngħata s-somma taħt l-Early Retirement Scheme jew il-Voluntary Redundancy Scheme? Jista’ jgħid minn liema gradi u kemm ingħataw, grad grad?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 351 ħaddiem li ngħataw is-somma taħt l-Early Retirement Scheme jew il-Voluntary Redundancy Scheme kif ġej; Industrials 137 Office Administration and Management204 Engineers10