Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux ippjanat li ssir waiting area maġenb il-klinika għas-saħħa mentali fl-Imtarfa, minħabba skumdità għall-klijenti li jżuruha kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fit-temp xitwi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-klinika għas-Saħħa Mentali fl-Imtarfa diġa hemm waiting area.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera u qwiebel barranin? Jista’ jgħid kemm hemm minnhom li ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm hemm li ġejjin minn pajjiżi terzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi infermiera u qwiebel barranin li ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u li ġejjin minn pajjiżi terzi huwa skont it-tabella hawn taħt mehmuża.
Non - Maltese Nurses and Midwives
EU Nationals
Third Country Nationals
98
231
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet quddiem it-tribunal tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fl-2022? Kemm ġew riżolti u kemm għadhom pendenti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2022 infetħu 215-il każ ġdid quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur. Apparti dawn kien hemm 168-il każ li ma kinux riżolti fl-2021 u li ġew diferiti għas-sena 2022.
Fl-2022 ġew riżolti 75 każ, filwaqt li 76 każ ġew irtirati jew it-Tribunal astjena milli jieħu konjizzjoni tagħhom. Sal-aħħar tal-2022, kien hemm 232 każ li kien għadu qed jinstema'.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5811, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hawn ċittadini mill-Kolombja, min-Nepal, mill-Indja u mill-Pakistan li qed jaħdmu hawn Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ ċittadini mill-Kolombja, min-Nepal, mill-Indja u mill-Pakistan li kienu qed jaħdmu hawn Malta fl-aħħar ta’ Ottubru 2022.
Pajjiż
Total
Kolombja
2,050
Nepal
5,334
Indja
9,527
Pakistan
1,899
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Ottubru 2022.
Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4243 u 5979, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur rispettivament, u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni fuq il-waiting list jistennew il-kura għas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk il-persuni kollha li għandhom bżonn il-kura għas-saħħa mentali diġà għandhom appuntament skedat. Dawk li huma urġenti ngħataw prijorita.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikologi jaħdmu ma' pazjenti b'mard mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 18-il Psychologist, 10 Psychology Practioners u 11 Psychology assistants jaħdmu ma' pazjenti b'mard mentali.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu jsir biex ikun hawn aktar prevenzjoni tas-suwiċidju apparti l-helpline li jeżisti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa għandu timijiet multidixxiplinari mxerrdin f’ċentri ma’ Malta kollha, u b’hekk qed ikun iktar faċli li wieħed jieħu l-għajnuna. Madwar 16-il xahar ilu twaqqaf ukoll Crisis Intervention home Team li qiegħed jagħti servizz immedjat fil-komunità, saħansitra fi djar ta’ individwi li għandhom bżonn kura. Twaqqaf ukoll Helpline 1579 li hu mħaddem minn nies professjonali 24 siegħa kuljum.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'investiment qed isir u kif qed jgħin NGOs għal persuni li jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet: Parkinson's Disease, Fibromyalgia, Cystic Fibrosis, ALS u Alzheimer's Disease?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa qiegħed jinvesti f’team ta’ psikjatri u psikoloġisti li joffru servizz imsejjaħ Neurpsychaiatry. Dan huwa bbażat prinċipalment l-Isptar Mater Dei. Dan it-team joffri għajnuna psikjatrika u psikoloġika lil min għandu kundizzjonijiet newroloġiċi u ta’ saħħa mentali u persuni li jbatu minn Parkinson’s, ALS u Alzheimer's Disease jieħdu għajnuna minn dan is-servizz ukoll. Hemm ukoll team simili ta’ Old Age Psychiatry li huwa bbażat iċ-Ċentru tas Saħħa ta’ Ħal Qormi, San Vinċenz u l-Isptar Karen Grech u dan jgħin persuni li jbatu min Alzheimer’s. Filwaqt li persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Cystic Fibrosis, jistgħu jirċievu l-għajnuna fejn tidħol is-saħħa mentali mil-Liaison Psychiatry Team li jinsab l-Isptar Mater Dei jew mis-servizzi ta’ timijeit multidixxiplanari li hemm fil-komunità. Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed ukoll f’diskussjonijiet ma’ Dar Bjorn sabiex jipprovdi assistenza klinika meħtieġa fil-qasam tal-kundizzjonijiet respiratorji u newroloġiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw protection orders minħabba vjolenza domestika mis-sena 2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-15 ta’ Marzu 2023 tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Sena
Numru ta’ Ordnijiet ta' Protezzjoni relatati ma’ Vjolenza Domestika
Numru ta’ Temporary Protection Orders relatati ma’ Vjolenza Domestika
2020
91
37
2021
48
16
2022
88
33
2023
3
0
Jista' l-Ministru jgħid x’embellishment sar, fejn sar, u x'tip ta’ embellishment sar fil-Housing Estates madwar Malta?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar tisbiħ u manutenzjoni ta’ binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali, mis-sena 2013 sal-2022 l-Awtorità tad-Djar wettqet diversi proġetti ġewwa Housing Estates madwar Malta. Ix-xogħlijiet f’dawn il-proġetti jiffukaw primarjament fuq tisbiħ tal-faċċati, tindif tal-ġebla, tikħil ta’ fili, kisi u żebgħa tal-ħitan, waterproofing fuq il-bjut u rinovar ġenerali tal-partijiet komuni skont xi jkun meħtieġ l-aktar fil-binja partikolari.
Lista’ tal-proġetti li twettqu u tlestew f’dawn l-aħħar snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni jbatu mis-cystic fibrosis u x'kura qiegħda tingħata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 19-il persuna li jbatu mis-Cystic Fibrosis. 6 minn dawn huma tfal u jieħdu CF Treatment kollu. 11 minn dawn huma kbar u qegħdin fuq terapija Kaftrio. 2 persuni ma jieħdux t-trattament, waħda imħabba il-ġenetika u l-oħra għax irrifjutat it-trattament.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5810, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li għandhom jiġu rranġati, jew għandu jsir xi xogħol fuqhom, tul l-2023?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ xogħol infrastrutturali f’toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, fosthom fil-Mosta, matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija jaħdmu fis-Sezzjoni tat-Traffiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ pulizija li jaħdmu fis-Sezzjoni tat-Traffiku huwa kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Rank
Numru
Supretendent
1
Spettur
1
Surgenti
7
Kuntistablijiet
19
Kuntistablijiet (Għawdex)
8
Kuntistablijiet ta’ riserva
5
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5263, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk u meta se terġa' tibda tiffunzjona l-Medical School jew jekk hux se jkun hemm premises ġodda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5799, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hawn nies li għandhom ’il fuq minn mitt sena? Jista' jelenka età b’età?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Numru ta’ Persuni f’Malta li għandhom età ta’ mitt sena jew aktar
EtàNumru ta’ Persuni
10022
10114
10213
1034
1043
1053
1061
1091
Total61
Sors: Ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar 2021