Ftehim bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali Mosta dwar it-tidwir tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm ftehim bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali tal-Mosta fuq it-tidwir tat-traffiku? Sar Traffic Impact Assessment? Jekk iva, jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diversi laqgħat li saru minn Transport Malta mal-Kunsill Lokali tal-Mosta u ma’ Infrastruttura Malta, kif ukoll f’diversi laqgħat li saru permezz tat-Traffic Management Committee, l-Awtorità tat-Trasport approvat it-tibdil propost mill-Kunsill Lokali tal-Mostaż
Minbarra hekk, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li:
• Traffic Impact Assessment jiġi mitlub meta jkun hemm żvilupp (Proġett) li se jiġġenera aktar traġitti fl-akwati b’rabta mal-iżvilupp innifsu, u għaldaqstant dan it-Traffic Impact Assessment jistabbilixxi l-impatt ta’ dawn l-attivitajiet, li mhuwiex il-każ fis-sitwazzjoni msemmija;
• Transport Malta ġiet ippreżentata bi pjan mill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex ibiddel id-direzjoni ta’ dak l-istess traffiku eżistenti, u għaldaqstant mhux se jkun hemm l-ebda influss ta’ traffiku, għajr dak diġà eżistenti. Għaldaqstant, Traffic Impact Assessment mhux se jsir.
• Bħala parti mill-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett, Transport Malta talbet li jiġu indirizzati numru ta’ junctions f’din ir-rotta, bħal dik ta’ Triq il-Kbira ma’ Triq il-Belt Valletta, it-titjib tal-akwati ta’ San Silvestru u dik magħrufa bħala tas-Subaru u l-junction tal-Pjazza tar-Rotunda ma’ Triq il-Kbira.
• Dan kollu fid-dawl ta’ titjib f’toroq oħrajn distributorji fl-istess lokalità, bħal Triq Durumblat u Triq id-Difiża Ċivili.
Ftehim bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali Mosta dwar it-tidwir tat-traffiku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kienx hemm ftehim bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali tal-Mosta fuq it-tidwir tat-traffiku? Sar Traffic Impact Assessment? Jekk iva, jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Nursing Aides f’San Vinċenz de Paul u kemm minnhom huma Maltin u kemm barranin?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Carers (li qabel kienu magħrufa bħala Nursing Aides) ingaġġati direttament ma' San Vinċenz de Paul jew mal-kuntrattur hemm total ta' 1,167. Minn dawn, hemm 406 li huma Maltin u 761 li huma barranin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’residenzi privati għall-anzjani?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 4,321 anzjan f’residenzi privati għall-anzjani li 633 minhom huma fi djar li huma parzjalment privat u parzjament mal-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' kemm ingħataw taħrikiet talli vetturi kienu qed iniġġsu l-arja għas-snin 2020, 2021, 2022 u din is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ taħrikiet li ngħataw permezz tas-sistema ta’ tickets, talli vetturi kienu qed iniġġsu l-arja għas-snin 2020, 2021, 2022 u sad-29 ta’ Marzu ta’ din is-sena kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. It-taħrikiet għal dawn il-kontravenzjonijiet ingħataw minn uffiċjali tal-Pulizija, ta’ Transport Malta u dawk tal-LESA.
2020
2021
2022
2023
sa 29.03.23
Total
188
359
348
46
941
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin f’ħabsijiet barranin? Kemm hemm taħt arrest u kemm sentenzjati? F’liema pajjiżi qegħdin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Maltin f’ħabsijiet barra minn Malta bħalissa jammonta għal tlettax (13)-il persuna, imqassmin skont kif indikat fit-tabella t'hawn taħt.
Irrid nenfasizza li l-lista tinkludi biss dawk iċ-ċittadini Maltin li talbu l-għajnuna mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, hux permezz tal-Ministeru f’Malta stess jew mal-ambaxxati u l-konsulati ta’ pajjiżna f'artijiet barranin. Skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, jekk priġunier ma jitlobx għajnuna mir-rappreżentanza diplomatika tiegħu, din tal-aħħar ma tistax tagħmel kuntatt miegħu jew magħha.
Għaldaqstant it-tabella t'hawn taħt tista’ effettivament ma tirriflettix l-ammont kollu tal-persuni ta’ nazzjonalità Maltija li jinsabu f’ħabsijiet barra minn xtutna.
Pajjiż
Ammont
Issentenzjat jew le
L-Alġerija
1
Issentenzjat
L-Awstralja
7
Issentenzjati*
L-Awstrija
1
Issentenzjat
Il-Ġermanja
1
Issentenzjat
L-Italja
1
Issentenzjat
Il-Polonja
1
Issentenzjat
It-Tuneżija
1
Issentenzjat
*Ħamsa (5) kellhom il-viża Awstraljana mħassra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li huma barranin mit-total ta’ 290,995 ħaddiem f’pajjiżna? X’inhuwa l-impjieg tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-ammont ta’ 290,995 ħaddiem, n-numru ta’ ħaddiema li huma barranin hu ta’ 88,687 persuna (30.5%). L-informazzjoni fuq l-impjieg tagħhom għal Q4 2022 mhix rappreżentattiva u għalhekk qed tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda is-sena 2022 b’mod globali.
Matul is-sena 2022 it- total ta’ ħaddiema f’pajjiżna kien ta’ 283,341 persuna. Minnhom, 83,856 jew 29.6% kienu ħaddiema li huma barranin.
Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS) għal Q4 2022.
Embellishment ta’ housing estates fil-Mosta u Ħ’Attard
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6954, jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jsir embellishment fil-Housing Estates tal-Mosta u Ħ’Attard fejn skont din l-istess tweġiba ma sar xejn?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tippjana li eventwalment għandu jsir xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fil-blokok kollha ta’ akkomodazzjoni soċjali li jinsabu fil-Housing Estates f’lokalitajiet differenti. Il-blokok kollha, jiġifieri 28 blokka, li jinsabu fl-Estate msejjaħ Ta’ Mlit fil-Mosta huma inklużi fil-programm ta’ Riġenerazzjoni ta’ din is-sena 2023, fejn diġà beda jsir xogħol ta’ manutenzjoni fil-faċċati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment ġie miċ-Ċina mill-Malta Enterprise, speċjalment meta għal dan il-għan kienet impjegata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-2013 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li stennew fil-korsija fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2023 qabel ma dawn ingħataw sodda fis-sala li ngħataw il-kura fiha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar snin (minn żmien il-pandemija sa issa) iddaħħlet il-prassi illi sakemm sodda tkun disponibbli ġo sala għal pazjent mill-Emerġenza, il-pazjent jinżamm fil-cubicle u allura ma kien hemm l-ebda pazjent li stenna f’korsija fiż-żmien li qiegħed jistaqsi dwaru hu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet f'Malta u Għawdex li joffru night shelters għall-anzjani u kemm huwa n-numru ta' anzjani li jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għoti tas-servizz hu fluwidu ħafna. Sakemm qed titwieġeb din il-mistoqsija hemm 13-il persuna anzjana li qed jagħmlu użu minn wieħed mit-tmien postijiet li joffru servizz ta’ night shelter, sebgħa f’Malta u wieħed f’Għawdex. Waqt li jien informat li dawk li qed jagħmlu użu mis-servizz bħalissa u oħrajn li jużawh perjodikament jixtiequ li jkomplu jgawdu minnu, fl-aħħar ġimgħat tnediet kampanja biex iżjed anzjani jkunu mgħarrfin bih. B’hekk inkomplu noffru appoġġ lil dawk li jixtiequ jibqgħu jgħixu fil-komunità, anke b’iżjed serħan tal-moħħ matul il-lejl.
Ta’ min jirrimarka wkoll li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva joffri servizzi oħrajn ta’ wens u serħan tal-moħħ, li jistgħu wkoll ikunu ffavoriti fuq in-night shelters. Dawn jinkludu s-servizz tal-Carer at Home, dak ta’ Respite u ħafna oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment f'BARTS? Kemm hemm studenti jitgħallmu hemm? Xi ftehim sar mal-Isptar Mater Dei biex jintuża s-servizz biex ikunu jistgħu jitgħallmu dawn l-istudenti?
Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u skejjel tal-Istat – miżuri Green
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri Green qed jieħu fil-Ministeru tiegħu u fl-iskejjel tal-Istat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm l-għan tal-Ministeru u kif ukoll l-iskejjel tal-Istat hu li jedukaw, iħaddnu u kif ukoll jinkoraġġixxu miżuri li bihom ngħinu l-ambjent ta’ madwarna. Miżuri jinkludu r-riċiklaġġ u s-separazzjoni tal-iskart, l-użu ta’ sistemi ta’ panelli, użu aħjar tal-ilma, tħawwil ta’ pjanti u siġar, fost proġetti, sistemi u inizjattivi sostenibbli oħra.
Tista' l-Ministru tgħid min huma d-diretturi tal-kumpanija governattiva, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Xi kwalifiċi għandhom? Kemm ibbenefikaw nies mill-pubbliku mill-operat tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Id-diretturi tal-kumpanija governattiva li isimha ngħata b’mod separat, b’effett mill-20 t’April 2023, huma Ing. Kevin Chircop (Chairperson), Raymond Falzon, William Lewis, Nevise Borg Caligari, Ronnie Vella, Dr Alex Scerri Herrera, Kelly Cesare, Rachel Debono, Sharon Penza, Dr Alessandro Lia (Membri) u Dr Ryan C Pace (Segretarju). Il-ħatriet saru skont kif jpprovdu l-Memorandum and Articles of Association, liema dokumenti jipprovdu wkoll għall-funzjonijiet tal-kumpanija.