Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninsab infurmat li hemm 220 first aider fid-dekasteru u l-entitajiet, filwaqt li fil-Freeport Corporation ikun hemm nurse 24x7 ġewwa l-klinika fuq il-post tax-xogħol.

Ministeru għall-Inkluzjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — ħaddiema First Aiders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, li huma First Aiders?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħti hemm 126 impjegat li huma First Aiders.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru hemm 29 persuna li huma First Aiders.

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza hemm 2,634 ħaddiema li huma First Aiders, filwaqt li 288 ħaddiema oħra se jieħdu t-taħriġ matul din is-sena.

Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet/dipartimenti kollha bħalissa hemm total ta’ 105 persuni li huma kwalifikati bħala First Aiders.

Ministeru għas-Saħħa — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għas-Saħħa hemm 5,307 impjegati biċ-ċertifikazzjoni ta’ Basic and Advanced Life Support u 74 li huma First Aiders.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu hemm 198 impjegat li huma First Aiders.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-First Aiders kwalifikati fi ħdan dan il-Ministeru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu huma 8.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 2 impjegati li huma kkwalifikati bħala first aiders u l-SPM Ltd. għandha impjegat wieħed li huwa first aider.

Sptar Mount Carmel – Infiq fuq constant watch

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet in-nefqa tad-dipartiment konċernat għall-constant watch fl-Isptar Mount Carmel mill-2018 sal-lum? Fuq liema kriterji u taħt liema kondizzjonijiet jingħata constant watch? Jista' jgħid jekk constant watch isirx minn persuni li jkunu parti mill-full complement tal-istaff jew minn persuni li jkunu off duty?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi constant watch isir minn persuni li jkunu off-duty. It-tabella t'hawn taħt tindika n-nefqa mitluba minnu. 2018 2019 2020 2021 2022 Nurses € 748,978 € 535,525 € 717,828 € 116,385 € 157,043 Carers € 988,665 € 2,287,565 € 2,781,311 € 3,814,248 € 4,451,473

Pulizija – kontravenzjonijiet għal stabbilimenti li nqabdu jdoqqu mużika wara l-ħin permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu kontravvenzjonijiet għal stabbilimenti li nqabdu jdoqqu mużika għolja wara l-11.00 p.m.?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu lill-persuni ta’ stabbilimenti liċenzjati li nqabdu jdoqqu mużika għolja bejn Jannar 2022 u l-aħħar ta’ Marzu 2023 kien ta’ ħamsa u tmenin. Il-figuri jinżammu u jkopru kontravenzjonijiet li saru f’kull ħin u mhux wara l-11.00 p.m. biss.

Pulizija – Taħrik ta’ vetturi li nstabu jdaħħnu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka sewwieqa li l-vetturi tagħhom kienu jdaħħnu minn Jannar 2022 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif ġie indikat fir-risposta għat-tweġiba tal-mistoqsija 7745, l-ammont ta’ taħrikiet li ngħataw permezz tas-sistema ta’ tickets, talli vetturi kienu qed iniġġsu l-arja bejn Jannar 2022 sad-29 ta’ Marzu din is-sena huwa ta' 394.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li hemm 101 First Aider fid-dekasteru u l-entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.