Academy for Disciplined Forces Strategic Plan 2017-2020
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-'Academy for Disciplined Forces Strategic Plan 2017-2020' ma ġiex rivedut?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi wara konsultazzjoni mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Akkademja għal-Forzi Dixxiplinati, il-Bord tal-Akkademja qiegħed jaħdem fuq pjan strateġiku ġdid.
Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati — vakanza ta' HR & Administration Manager
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati ilha iktar minn erba’ snin mingħajr Human Resources & Administration Manager? Jista’ jgħid jekk u meta se ssir sejħa biex jimtela l-post?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-uffiċċjal li jimla l-post ta’ Manager Human Resources and Administration qiegħed b’unpaid leave li ngħata skont ir-regolamenti tal-PSMC.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kienx konsulent tal-Air Malta, jekk għadux u jekk għadu, kemm hi r-rimunerazzjoni tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu msemmi fil-mistoqsija ma ngħata ebda konsulenza mill-Air Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ajruplani mikrija biex jiżdiedu mal-flotta eżistenti tal-Air Malta? Jekk iva, kemm hemm? Kemm qegħdin jiswew ta’ kuljum u għal kemm żmien?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta tikri ajruplani addizzjonali fuq bażi ta’ ACMI (Aircraft, Crew, Maintenance and Insurance) meta l-ajruplani tagħha jew jidlħu għal manutenzjoni skedata jew meta l-ajruplani jeħtiġilhom xi tiswija urġenti. Dan isir biex l-Air Malta tkun tista’ tkompli topera l-iskeda tagħha mingħajr interruzzjoni u tfixkil.
Normalment dawn il-kirijiet ta’ ajruplani jsiru mis-suq għal perjodi qosra u l-Air Malta tħallas il-prezz tas-suq, jiġifieri l-market price. Bħalissa l-Air Malta għandha ajruplan wieħed mikri fuq bażi ta’ ACMI u l-kirja tiegħu mistennija tintemm f’nofs Mejju.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk isirx skrutinju fuq min għandu l-Food Handlers Licence?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jsiru spezzjonijiet mill-Uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fil-postijiet tal-ikel u jiġi ċċekkjat li kull min jaħdem fil-preparazzjoni tal-ikel għall-konsum irid ikun reġistrat mal-Kummissjoni għas-Sigurtà fl-ikel u jkollu dokument ta’ reġistrazzjoni korrenti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fadal biex jitranġaw jew isiru u kemm fadal flus mis-€700 miljun li ġew imwiegħda biex jintefqu fuq it-toroq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Kif imwiegħed u diġà twettaq ħafna, dan il-Gvern se jkompli jinvesti fl-infrastruttura ta’ pajjiżna biex naraw li nkomplu nkunu preparati għal sfidi futuri u tkabbir ekonomiku bla preċedent. Dan l-investiment fl-infrastruttura kien neċessarju wara diċenji ta’ telqa u nuqqas ta’ deċiżjonijiet f’waqthom. Għas-sena 2023 hemm ukoll vot rekord finanzjarju għal din l-aġenzija, għaldaqstant fadlilna l-enerġija u d-determinazzjoni li nkomplu nieħdu deċiżjonijiet li jwasslu għat-twettiq tal-proġetti ferm ambizzjuzi li għandna, proġetti li ħaddieħor ippjana, tkellem fuqhom u ħallihom fuq l-ixkaffa għal numru ta’ snin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn tfal sal-età ta’ 16-il sena li huma reġistrati b’diżabilità intellettwali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija kien hemm 873 persuna sal-età ta’ 16-il sena li huma reġistrati b’diżabilità intellettwali mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit għal kull skola tal-istat, skola skola, lokalità lokalità? Jista’ kap tal-iskola jitlob donazzjonijiet li jmorru għall-upkeep tal-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sena l-iskejjel jingħataw budget speċifiku għall-proġetti kapitali, filwaqt li matul is-sena l-iskejjel jingħataw għajnuna finanzjarja skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom.
Belt Valletta – Palazzo Parisio – dokumentazzjoni relatata max-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mal-permessi maħruġa minn Heritage Malta għax-xogħlijiet li saru f’Palazzo Parisio fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mal-permessi maħruġa minn Heritage Malta għax-xogħlijiet li saru f’Palazzo Parisio fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta? Jista’ jgħid kemm swiet l-ispiża ta’ Palazzo Parisio?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kienx konsulent tal-Air Malta, jekk għadux u jekk għadu, kemm hi r-rimunerazzjoni tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu msemmi fil-mistoqsija ma ngħata ebda konsulenza mill-Air Malta.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — ħaddiema First Aiders
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, li huma First Aiders?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, inklużi d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, in-numru ta’ impjegati li huma First Aiders huwa 556. Ngħarrfu wkoll li hemm 20 impjegat ieħor li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jingħataw it-taħriġ fl-ewwel għajnuna.