Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu ppjanat li jsir bil-flus li se jdaħħal il-Gvern minn fuq iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku fis-sena 2023? Jista’ jgħid lil min se jkun qed jgħin b'dawn il-fondi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Aġenzija LESA hija impenjata sabiex tkompli tinvesti lura fil-komunitajiet il-fondi li jiġu ġenerati mit-taħrikiet. Fost dawn ser ikompli sħubija mal-Kunsilli Lokali u dawk reġjonali sabiex jitwettqu diversi proġetti u inizjattivi fil-komunitajiet tagħna.
Ukoll, riċentement ġie ffirmat ftehim bejn l-Aġenzija LESA u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li permezz tiegħu l-Aġenzija LESA se tkun qed tgħaddi €600,000 fuq sentejn lill-Kumitati Reġjonali biex dawn ikunu għad-dispożizzjoni u jintużaw mill-kunsilli lokali u mill-għaqdiet volontarji fid-diversi lokalitajiet Maltin u Għawdxin. B’hekk dawn jiġu megħjuna fl-ispejjeż marbuta ma’ ħlasijiet ta’ Pulizija, uffiċjali tal-LESA u l-Protezzjoni Ċivili waqt attivitajiet kulturali u oħrajn li jiġu organizzati minn żmien għal żmien.
Ukoll, l-Aġenzija LESA allokat miljun ewro sabiex jintużaw f'kampanji u edukazzjoni kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7749, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien hemm żwiġijiet ċivili fl-2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fis-sena 2022 saru 1,216 żwiġijiet ċivili li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u 68 li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7750, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien hemm żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess fl-2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fis-sena 2022 saru 94 żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess u ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u 6 żwiġijiet li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fish farms liċenzjati? Kemm hemm operaturi u minn liema bajjiet joperaw?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li s-settur tal-akkwakultura f’Malta huwa magħmul minn 7 fish farms liċenzjati u 7 operaturi li joperaw minn 7 siti differenti. L-ebda wieħed mill-operaturi ma jopera minn bajjiet.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jidħol fis-seħħ il-Programm għall-Iżvilupp Rurali? Jista’ jgħid jekk l-aħħar programm kienx dak għas-sena 2014 sas-sena 2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni 2023-2027 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023. Il-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 ġie estiż b’sentejn. B’hekk il-programm ikopri s-snin 2014-2022.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet li ssir latrina pubblika fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġnien imsemmi Project Green tipprovdi biss assistenza fil-manutenzjoni tas-soft areas u għaldaqstant nitolbu sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol kollu fuq ir-roundabout f’tarf Triq il-Kbira, fil-Mosta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bl-approvazzjoni ta’ Transport Malta, il-kuntrattur ta’ Infrastructure Malta implimenta r-roundabout il-ġdida fi tmiem triq l-Indipendenza kantuniera ma’ Triq il-Kbira Mosta, bħala parti minn pjan akbar ta’ ġestjoni tat-traffiku taż-żona sabiex jakkomoda x-xogħlijiet previsti qrib u madwar din il-lokalità. Ix-xogħlijiet madwar din ir-roundabout għadhom mhux lesti għalkollox u għalhekk il-kont finali għax-xogħlijiet għad irid jiġi kkwantifikat ladarba jitlestew ix-xogħlijiet kollha. Madankollu, Infrastructure Malta qed tistma li l-ispiża totali għax-xogħlijiet għal dan il-proġett se tammonta għal erbgħin elf ewro.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Forzi Dixxiplinati fl-Akkademja? Kemm minnhom huma civil servants u kemm huma membri tal-Forzi Dixxiplinati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ġewwa l-Akkademja għal Forzi Dixxiplinati hemm seba’ ħaddiema taċ-Ċivil u ħames ħaddiema tal-Forzi Dixxiplinati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2882 u jagħti update fuq il-mistoqsija parlamentari 23751 li ġiet mistoqsija fit-Tlettax-il Leġiżlatura u jgħid jekk huwiex possibbli li ssir zebra crossing biswit ix-showroom tal-Harley-Davidson fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard fejn it-triq tranġat minħabba l-proġett tas-Central Link?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda pjan li jsir crossing addizzjonali fiż-żona indikata.
Tista’ l-Ministru tagħti update fuq il-mistoqsija parlamentari 23751 li ġiet mistoqsija fit-Tlettax-il Leġiżlatura u tgħid jekk huwiex possibbli ssir zebra crossing biswit ix-showroom tal-Harley-Davidson fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard fejn it-triq tranġat minħabba l-proġett tas-Central Link?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Belt Valletta – Press Conference li saret fl-Università l-Qadima
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża kollha tal-Konferenza Stampa li saret fl-Università l-Qadima fil-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 3 ta’ Mejju, 2023?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6797 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5263, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk u meta se terġa' tibda tiffunzjona l-Medical School jew jekk hux se jkun hemm premises ġodda?
Tfal b’diżabilità intellettwali fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal sal-età ta’ 16-il sena li huma reġistrati b’diżabilità intellettwali fl-iskejjel Statali, tal-Knisja u Indipendenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Numru ta’ tfal
b’diżabilit
à intelletwali
Skejjel Statali
1762
Skejjel tal-Knisja
378
Skejjel Indipendenti
143
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7488, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien l-investiment f'BARTS? Kemm hemm studenti jitgħallmu hemm? Xi ftehim sar mal-Isptar Mater Dei biex jintuża s-servizz biex ikunu jistgħu jitgħallmu dawn l-istudenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7740, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid x’investiment ġie miċ-Ċina mill-Malta Enterprise, speċjalment meta għal dan il-għan kienet impjegata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-2013 sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha nagħataw separatament ilha mhix impjegata tal-Malta Enterprise minn Marzu tal-2017. Il-Malta Enterprise approvat tliet proġetti miċ-Ċina mill-2013 sal-lum.
Xogħol ta’ refurbishment fuq l-għases tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u kemm se jsir xogħol ta’ refurbishment fuq l-għases tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' rinovar u manutenzjoni ta' għasses u taqsimiet oħra tal-Korp tal-Pulizija huwa proċess kontinwu. Dan isir skont pjan attwali, u skont il-bżonnijiet li joħorġu kontinwament minn żmien għall-ieħor. B’konformità tal-Istrateġija tat-Trasformazzjoni 2020-2025, ix-xogħol huwa kkategorizzat f’dak żgħir, intermedjarju jew kbir. Xogħlijiet żgħar jiġu segwiti mit-taqsima tas-snajja' fi ħdan il-Korp. Dak intermedjarju mit-taqsima tas-snajja' flimkien ma’ partijiet esterni, filwaqt li proġetti kbar jiġu assenjati b’sistema tal-akkwist pubbliku skont il-liġi. Bħalissa qed isir xogħol fl-għasses ta’ San Ġiljan, tas-Sliema, il-Belt u l-Mosta. Hemm pjani oħra ta’ xogħol li ser isir fl-għasses tar-Rabat u l-Imtarfa u ma' dawn xogħol ta’ rinovar fl-għassa ta’ Santa Luċija. Xogħol fi stadju ta’ konklużjoni qed isir fl-għassa ġdida ta’ Marsaskala li ser tkun binja aktar moderna u aċċessibbli. L-għases tal-Birgu, kif ukoll dik ta’ St. Venera, minn fejn joperaw il-Community Policing Teams, ukoll huma suġġetti ta’ diversi xogħlijiet.
Rigward l-għassa tal-Imsida u dik tal-Ħamrun qed jittieħdu miżuri biex il-proġetti previsti jippermettu li dawn l-għases jinbidlu kompletament. L-ewwel każ huwa fi stadju ta’ applikazzjoni għal permessi filwaqt li t-tieni każ wasal għal pubblikazzjoni u assenjazzjoni ta’ offerti. Ma' dawn hemm xogħlijiet għaddejja fis-sezzjoni tal-klieb il-Mosta - tisbiħ diversi faċċati tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija il-Furjana - xogħol fil-garaxx u l-pompa tal-karburant tal-Korp f’Notre Dame Ditch il-Furjana - rilokazzjoni tal-uffiċini tat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali il-Furjana - xogħlijiet għal Command and Control Room il-Furjana, kif ukoll u xogħlijiet ta’ estenzjoni tal-uffiċini relatati mat-taqsimiet tat-Teknologija tal-Informatika u dik tal-Forensika. Il-Korp huwa kommess li dawn ix-xogħlijiet u oħra ikunu kontinwi.