Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sit elettroniku uffiċjali tal-Gvern – ismijiet ta’ membri ta’ aġenziji u bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex is-sit elettroniku uffiċjali tal-Gvern (www.gov.mt) m’għadux juri l-ismijiet tal-membri appuntati mill-Gvern tal-aġenziji u bordijiet tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 9032.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tagħha, u f’liema rwoli?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu hemm 76 ħaddiema tal-kuntrattur jaħdmu f’xogħlijiet li jvarjaw minn tindif, sigurtà, xufiera, messaġġieri, skrivani, receptionists, support workers u IT support workers.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tal-Ministeru hemm 56 ħaddiem tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol relatat ma’ tindif, dak klerikali u bħala assistenti uffiċjali. Fl-istess ħin, Infrastructure Malta tuża total ta’ 14,910 sigħat fis-sena ta’ servizzi ta’ ħaddiema tal-kuntrattur.

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn jidħlu ħaddiema mal-kuntrattur il-Ministeru għal Għawdex jixtri s-sigħat li hemm bżonn li jiġu koperti u għaldaqstant il-kuntratturi privati jiffornixxu n-numru ta’ individwi li hemm bżonn biex jiġu koperti t-tali sigħat.

Ministeru għat-Turiżmu — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 39 ħaddiem tal-kuntrattur li jaħdmu fid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tagħha, u f’liema rwoli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża hemm 953 ħaddiem mal-kuntrattur, li 806 minnhom qed jagħtu servizz lill-Wasteserv. Il-bqija tal-ħaddiema għandhom rwoli f’dak li huwa xogħol ta’ tindif, klerikali, customare care, qaulity assurance, monitoring and enforcement, reception, security u tekniċi.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema tal-Kuntrattur Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Ħaddiema tal-Kuntrattur Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 5 ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħi fejn 2 huma cleaning u 3 huma security.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet hemm 60 ħaddiem li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur.

Kummissarju tal-Pulizija – kuntratt ta’ impjieg

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument ta' impjieg jew kuntratt ta' impjieg/servizz li jirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-Kummissarju tal-Pulizija preżenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7373.

LESA – vetturi mingħajr il-liċenzja mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar erba’ snin, uffiċjali tal-LESA sabu vetturi ta’ Transport Malta li ma kellhomx ir-road licence mħallsa, liema vetturi kienu mikrija mill-privat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li ċitazzjoni li tirrigwardja liċenzja ta’ ċirkulazzjoni ta’ vettura, tinħareġ fuq sid il-vettura. Ma ssirx distinzjoni li min hi mikrija tali vettura, u tali informazzjoni ma tiġix reġistrata.

Korp tal-Pulizija – Assistenti Kummissarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-Assistenti Kummissarji li għandu l-Korp tal-Pulizija fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi preżentement l-Assistenti Kummissarji li huma attivi fil-Korp tal-Pulizija huma erbgħa: AC Mallia, AC Theuma, AC Haber u AC Xuereb.

Paceville – kameras tas-sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Korp tal-Pulizija milli jinstalla kameras tas-sigurtà fil-qalba ta’ Paceville quddiem il-Burger King? Jista’ jgħid jekk huwiex għaqli li kull meta jkun hemm inċident, il-Pulizija jridu jiddependu fuq is-CCTV privati tal-istabbilimenti viċin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minn kwalunkwe camera li jkun hemm bżonn.

Ministeru għas-Saħħa -Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 1532.

Mosta – Xogħol fi Triq il-Kbira

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol kollu li sar fi Triq il-Kbira, il-Mosta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta wettqet ir-rikostruzzjoni totali tat-triq u l-kuntrattur implimenta xogħlijiet fuq talbiet minn diversi entitajiet oħra għall-aġġornament tal-infrastruttura l-antika u bil-ħsara, li kienu eżistenti taħt it-triq. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu, sistema ġdida tal-ilma tax-xita, sistema ġdida ta’ drenaġġ u konnessjonijiet ġodda tad-drenaġġ ta’ kull residenza fit-triq, dual potable mains u konnessjoni tad-djar ġodda, cables ġodda tat-telekomunikazzjoni, cables tal-elettriku ġodda tal-Enemalta, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, inklużi l-mogħdijiet tal-Hard Stone fin-naħa t’isfel tat-triq, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Il-kont finali għal dawn ix-xogħlijiet kollha flimkien ma’ dak tal-entitajiet l-oħra għadu qed jinġabar. Madanakollu Infrastructure Malta qed tistma li l-ispiża totali ta’ dawn ix-xogħlijiet se tkun ta’ madwar 1.95 Miljun ewro.