Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każi ta’ suwiċidji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm suwiċidji fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien hemm 12 il-suwiċidju.

Żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8583, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi riprodotta fit-tabella hawn taħt. Sena Żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess 2018 65 2019 81 2020 41 2021 49 2022 100

Aġenzija LESA – Taħriġ lill-Enforcement Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enforcement Officers tal-LESA jiħdux taħriġ kontinwu? Jekk iva, fiex jikkonsisti, kemm idum dan it-taħriġ u jekk jingħatawx ċertifikat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija LESA addottat proċeduri sabiex issaħħaħ it-taħriġ tal-Uffiċjali tal-Komunita’. Kull uffiċjal li jiġi ingaġġat jibda proċess ta taħriġ tiegħu fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati, fejn hemmhekk jgħaddi minn taħriġ rigoruż ta’ sebgħa ġimgħat, u li jinkludi diversi suġġetti varji. Wara dan it-taħriġ, kull uffiċjali ikollu perjodu ta taħriġ fuq il-lant tax-xogħol, qabel jibda uffiċjalment l-irwol tiegħu. Ma tmiem dan it-taħriġ, u matul il-karriera ta uffiċjal tal-komunita’, jiġi provdut diversi taħrig ieħor lid-diversi kategoriji skont il-każ u fuq suġġett varji, fosthom dwar liġijiet u aġġornamenti, etika, użu tal-informativa, kontroll ta’ nirien, kura primarja, protezzjoni tad-data, u proċeduri tal-Aġenzija. Taħriġ bħal dan jingħata kemm mill-akkademja tal-forzi dixxiplinati, kif ukoll minn entitajiet oħra. Fl-istess waqt, kull uffiċjal jingħata l-opportunita’ u jiġi imħeġġeg jattendi ukoll diversi korsijiet offruta mill-Istitut tas-Servizz Pubbliku.

Belt Valletta – Evans Building – offerti għall-iżvilupp/privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li tefgħu offerta għall-iżvilupp/privatizzazzjoni tal-Evans Building fil-Belt Valletta? Kemm kienu l-offerti mitfugħa rispettivament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Blue Badge holders – użu minn parkeġġ tar-residenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk persuni bil-Blue Badge għandhomx dritt jużaw il-parking tar-residenti meta jkunu l-Belt Valletta jew irħula oħra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lii r-Regolamenti dwar Skemi ta’ Ipparkjar Kontrollat (Residenzjali u Kummerċjali), L.S. 363.80 u r-Regolamenti dwar Restrizzjoni ta’ Dħul u Passaġġ ta’ Vetturi fl-Imdina, L.S. 65.27 jagħtu d-dritt lid-detenturi tal-Blue Badge sabiex jużaw il-parkeġġi solitament riservati għar-residenti biss, taħt diversi kundizzjonijiet. Ir-Regolamenti dwar Aċċess Kontrollat ta’ Vetturi f’Ċerti Żoni, L.S. 65.31 teżenta lil min għandu Blue Badge u jaħdem fiz-zona kkontrollata mill-ħlas applikabbli.

Disabled bays personalizzati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk isirux spezzjonijiet spissi biex jaraw li disabled bays personalizzati jintużaw u jekk dawk li ma jkunux qed jintużaw aktar jiġux revokati?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi isiru spezzjonijiet minn entitjajiet diversi, fosthom mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, il-LESA u l-Pulizija, u meta jinstab illi il-parkeġġ ma jintużax għal raġunijiet diversi fosthom illi l-persuna li nħarġitilha ġiet nieqsa jew m'għadhiex toqgħod f'dak l-indirizz, l-imsemmija Kummissjoni tinforma lill-Awtorità tat-Trasport f'Malta sabiex tieħu l-azzjoni li ttiha l-liġi.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – taħriġ lill-carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jingħatax taħriġ lill-carers li jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum? Jekk iva, kemm-il darba jingħata dan it-taħriġ, fejn ingħata dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx carers fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum.

Djar Residenzjali tal-Anzjani – servizzi offruti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il servizz jeżisti fid-djar residenzjali tal-anzjani u liema huma? Jista’ jgħid ukoll jekk l-anzjani u l-familjari tagħhom ikunux infurmati b’dawn is-servizzi u jekk iva x’tip ta' informazzjoni tingħata u kif?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8228 li ngħatat fis-Seduta 116 tat-2 ta’ Mejju 2023.

Gvernijiet Lokali — introduzzjoni tal-Quality Service Charter

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7545, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità/Quality Service Charter tal-imsemmija Kunsilli Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba li għaddew lili mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Intant infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali illi għalkemm fit-tweġiba li ngħatat għad-domanda parlamentari 7545 il-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara u tar-Rabat (Għawdex) kienu rrispondew lill-istess Diviżjoni għall-Gvern Lokali li kellhom Quality Service Charter, issa rriżulta li tali Kunsilli m’għandhomx tali Quality Service Charter.

Kunsill Lokali ta’ Marsaskala – rwoli tal-kunsilliera

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-irwoli kollha li huma responsabbli tagħhom il-kunsilliera tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Kunsillier Responsabbiltajiet. Sindku Mario Calleja Finanzi u Sigurtà, proġetti kapitali u membru tal-bord tar-rivista. Ambjent - ( Indafa ) – Kollezzjoni tal-iskart domestiku u goff, knies u BIS Komunitajiet tan-negozji flimkien ma' Entitajiet oħra inkluż il-Kleru. Tqassim ta' xogħol lill-ħaddiema tal-Kunsill Douzelage Town Twinning Organisation, Proġetti u Fundazzjoni GAL Xlokk. Viċi Sindku Janice Falzon: Ambjent, Ambjent fejn jidħol Riserva tal-Magħluq. Transport Pubblikuinkluż Bus Shelters. Ħarsien tal-annimali. Sports u attivitajiet fiżiċi. Bord editorjali tar-rivista. Kunsillier John B. Camilleri: Binja Amministrattiva. Enerġija, Ambjent Marittimu fejn jidħlu gaġeġġ tal-ħut u kull tniġġis tal-ibħra tal-madwar Integrazzjoni Soċjali u membru tal-Bord tar-rivista, komunitajiet. Kunsillier Charlot Mifsud: Edukazzjoni Primarja u rappreżentant tal-edukazzjoni fid Douzelage. Anzjani Indafa u tisbiħ tal-ġonna u promenade Kunsillier Dr. Patrick Camilleri: Rappreżentant tal-Kunsill fil-Wasteserv u l-Impjant ta` Sant' Antnin Rappreżentant tal-Kunsill fill-Kumitat tar-Reġjun Xlokk. Ħolqien ta'Websiteġdida tal-Kunsill flimkien ma' facebook. Edukazzjoni Sekondarja (li tinvolvi laqgħat maż-żewġ kapijiet tal-iskejjel tagħna flimkien ma' Charlot Mifsud għall-edukazzjoni aħjar fil-lokal tagħna.) Innovazzjoni Kunsilliera Mary Rose Mifsud Kultura, Attivitajiet soċjali (inkluż Jum Marsaskala.) Persuni b`diżabilità Ugwaljanza. Kunsillier Ryan Portelli Żgħażagħ u tfal. Proġetti tad-Douzelage. Applikazzjonijiet u rapport finali. Tħejjija għal-laqgħa Ġenerali Annwali f'Marsaskala fl-2022. Kunsillier Dr. Errol Cutajar Qasam Soċjali Infittxu residenti li ma jgħixux diċenti. Nippruvaw naslu kemm mal-knisja kif ukoll mal-Awtoritajiet Ċivili. Sanità. Infittxu garaxxijiet li jabitaw nies fihom mingħajr faċilitajiet sanitarji. Wirt Storiku. Kunsillier Il-Perit John Schembri: Infrastruttura tat-toroq. Disinji fuq proġetti proposti. Nidentifikaw għamara fit-toroq tagħna li jkollha bżonn manutenzjoni jew tinbidel. Hemm bżonn isir inventarju ta' kull biċċa għamara li għandna fit-toroq tagħna.

Mosta – restawr tal-mitħna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tiġi rrestawrata l-Mitħna tal-Mosta? Jekk iva, meta?

Response (BONNICI, OWEN)

L-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali jagħmlu r-restawr skont programme of works ibbażat fuq diversi fatturi, inkluż prijoritajiet. Intant tajjeb jiġi rrimarkat illi hemm diversi possibbiltajiet u għajnuniet finanzjarji li Kunsilli Lokali jistgħu jesploraw u japplikaw għalihom sabiex iwettqu proġetti ta’ restawr fil-lokalitajiet tagħhom, kif sar diġà minn Kunsilli Lokali oħra.

NSO – persuni li huma mċaħħda minn affarijiet bażiċi

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, jelenka l-lokalitajiet fejn jgħixu l-50,000 persuna f’pajjiżna li qed iħossuhom li huma mċaħħda minn affarijiet bażiċi, kemm bżonnijiet materjali kif ukoll dawk soċjali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NSO m’għandhiex l-informazzjoni skont il-lokalità hekk kif mitlub fil-mistoqsija.

Xandir tal-Programm Love Island

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema stazzjon nazzjonali f’xi pajjiż fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit (BBC) jintwera jew intwera l-programm Love Island?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Public Broadcasting Services Ltd li l-istess PBS m’għandha ebda obbligu sabiex tissorvelja stazzjonijiet oħra.

IIP – għoti tal-passaport Malti b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jeskludi b’mod kategoriku li ma kien hemm l-ebda każ ta’ għoti/donazzjoni tal-passaport Malti b’xejn lil ċittadini barranin taħt l-Individual Investor Programme (IIP) wara l-2014?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li wara li saru l-veriki neċessarji, ġie kkonfermat lili li kull min ġie mogħti ċ-ċittadinanza taħt l-IIP ħallas il-kontribuzzjoni dovuta kif hemm stipulat fil-liġi.

San Vinċenz de Paul – carers

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7743 dwar carers f’San Vinċenz de Paul, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-406 carer huma ħaddiema mal-Gvern u kemm minnhom huma mal-kuntrattur?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn total ta’ erba’ mija u sitta (406) carers Maltin; mitejn u sebgħa u sebgħin (277) huma impjegati fis-servizz pubbliku u l-kumplament jiġifieri mija u disgħa u għoxrin (129) huma tal-kuntrattur.