Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heavy Vehicles, Lifters u Vannijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm heavy vehicles, lifters u vannijiet fid-dekasteru tiegħu u meta saret l-aħħar inspection biex jaraw humiex tajbin għat-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru hemm żewġ Hi-up trucks li wieħed minnhom mhux qed jopera/jaħdem u l-ieħor tressaq għall-VRT f’Jannar 2023, hemm pick up li tressaq għall-VRT f’Jannar 2023 u 10 vannijiet, inluż 3 mikrija li ġew imressqa għall-VRT bejn Novembru 2022 u Jannar 2023.

Dħul mill-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-Gvern daħħal mill-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li għandhom ’il fuq minn 60 sena u jaħdmu f’family business

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li għandhom 60 sena u aktar u li għadhom fis-suq tax-xogħol, jaħdmu f'family business? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma bħala nisa u rġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Jobsplus ma tiġborx informazzjoni dwar jekk persuna taħdimx f’family business.

Uffiċjali pubbliċi akkużati b’tixħim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi akkużati b’tixħim mill-2013 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ uffiċjali pubbliċi li ġew imressqa fil-Qrati u fost l-akkużi kontrihom kien hemm speċifikament ir-reat ta’ tixħim, bejn is-sena 2013 sal-31 ta’ Mejju 2023, kien ta’ tnejn u għoxrin.

Allokazzjoni ta’ social workers ma’ Kunsilli Lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jkunu allokati social workers/administrators full-time jew part-time fi ħdan il-Kunsilli Lokali biex ikunu qrib ir-residenti ħalli jiġu indirizzati bl-aktar mod effiċjenti u effettiv il-problemi soċjali tal-familji Maltin u Għawdxin u liema Kunsilli Lokali bbenefikaw minn dan is-servizz?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport toffri s-servizzi fuq livell nazzjonali u għalhekk taħdem fuq livell ċentrali b’uffiċini f’Malta u Għawdex waqt li tikkollabora ma’ diversi entitajiet oħra fil-qalba tal-komunitajiet kemm għall-qsim ta’ riżorsi kif ukoll għal riferti ta’ persuni b’diżabilità u familjari li jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi tal-Aġenzija.

Awtorità tal-Ippjanar – ħlas minn kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9117 , jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li ħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bħala Community Gain kif kien mitlub mill-Awtorità tal-Ippjanar mal-ħruġ tal-permess ta’ żvilupp għall-bini tal-istess kumpanija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10072 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Rapport tal-FIAU dwar ġid mhux spjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Financial Crimes Investigations Department (FCID) tefgħu fuq l-ixkaffa r-rapport tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li rċevew iktar minn sena ilu, dwar ġid mhux spjegat ta’ Ministru tal-Gvern?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Birkirara – Housing Estate f’Ta’ Paris – embellishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-embellishment fil-blokok tal-Housing Estate f’Ta’ Paris, Birkirkara?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-embellishment fil-blokok tal-Housing Estate f’Ta’ Paris Birkirkara ġie jiswa madwar €816,000.

Fondazzjoni tal-Akkomodazzjoni Affordabbli – kariga ta’ CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm sejħa għall-kariga ta’ CEO fil-Fondazzjoni tal-Akkomodazzjoni Affordabbli u jekk il-persuna li ntgħażlet għandhiex il-kwalifiċi biżżejjed?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli hija entità li ġiet maħluqa permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-Arċidjoċesi, u topera b’mod awtonomu mill-fundaturi tagħha b’Kunsill ta’ Amministraturi li jopera indipendentament mill-Gvern u mill-Kurja. Minkejja li l-Istatut tal-Fondazzjoni ma jobbligax lill-Kunsill tal-Amministraturi sabiex joħroġ sejħa pubblika qabel jintgħażel Kap Eżekuttiv Ewlieni, il-Fondazzjoni xorta waħda ħarġet tali sejħa li ġiet ippubblikata wkoll fuq 3 gazzetti nazzjonali: il-Mument, il-KullĦadd; u l-Malta Independent fil-15 ta’ Jannar 2023 (Liema sejħa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif dehret fuq il-gazzetti). Minn din is-sejħa l-Fondazzjoni rċeviet żewġ applikazzjonijiet u saret intervista maż-żewġ kandidati. Il-persuna li ntgaħżlet għandha Baċellerat fil-Liġi (bl-Unuri) u Masters fl-Avukatura (M. Adv) mill-Università ta’ Malta, fost kwalifiċi oħrajn u esperjenza vasta fis-settur tal-Public Policy, il-Politika tal-Unjoni Ewropea u s-settur tal-Housing innifsu.

Statistika dwar mard newroloġiku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tinżammx statistika dwar il-mard newroloġiku u jekk iva fejn u kemm hemm postijiet fejn hemm l-ikbar inċidenza ta’ mard newroloġiku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-istatistika ma tinżammx.

Aġenzija LESA – passi kontra Enforcement Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jittiħdux passi kontra Enforcement Officers tal-LESA li jirriżulta lil min iħarrku jiġix eżonerat jew mill-petizzjoni jew mit-tribunal?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-uffiċjali tal-LESA jkunu mħeġġa sabiex iwettqu dmirhom skont il-liġijiet, u r-regolamenti li joħorġu anke mill-istess Aġenzija. L-Aġenzija tirrispetta d-deċiżjonijiet meħuda mit-tribunal u mill-bord tal-petizzjonijiet, mingħajr indħil. Fejn jinħass il-bżonn li l-Aġenzija tappella minn xi deċiżjoni meħuda, dejjem taddotta l-proċeduri tal-Qrati ta’ Malta.

Ġnien l-Għarusa tal-Mosta – latrina pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8575 u 8576, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża rispettivament, u jgħid jekk hemmx pjanijiet li ssir latrina pubblika fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li dan il-Ġnien ġie devolut lill-Kunsill ftit tal-jiem ilu u li dwaru hemm pjani li ssir latrina pubblika fost xogħlijiet oħrajn anċillari relatati.

Small Nations Games – spiża taċ-ċerimonja tal-ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet jew kemm huwa mistenni li tiġi tiswa flus iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-iSmall Nations Games tat-28 ta’ Mejju 2023 u kemm hu mistenni jintefaq fuq dik tal-għeluq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8601.

Small Nations Games – ħlas għal xogħol lill-kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull ħlas li sar jew hu mistenni jsir lil kull kuntrattur li ngħata/rebaħ sejħa għall-offerti għal xi xogħol marbut mal-iSmall Nations Games? Jista’ jgħid f’kull każ: a) id-data meta ntrebaħ/ingħata l-kuntratt; b) jekk kienx direct order; u ċ) isem il-kuntrattur?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

DG tal-Qorti tal-Ġustizzja – ċirkolari dwar ħlasijiet lill-esperti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda kopja taċ-ċirkolari/memo/direttiva li d-DG tal-Qrati tal-Ġustizzja ħarġet fl-aħħar xhur dwar ħlasijiet lill-esperti nominati minn Maġistrati Inkwirenti (dik li titkellem dwar 75% ħlas)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija ma ħarġet l-ebda tip ta' ċirkolari/memo/direttiva f'dan ir-rigward.

Qorti tal-Appell/Qorti Kostituzzjonali — Assistenta Ġudizzjarja jew Court Attorney

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex taqdi doveri bħala Assistenta Ġudizzjarja jew Court Attorney fil-Qorti tal-Appell jew fil-Qorti Kostituzzjonali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma jżomm ebda rekord dwar min huma l-qraba tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku u tal-entitajiet, u ma jkunx qed jagħmel sew jekk jagħmel hekk. L-Assistenti Ġudizzjarji u l-Court Attorneys jaħdmu taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tal-Ġudikanti u jirrispondu lilhom. Kif ma jidħolx il-Ministeru għall-Ġustizzja fl-assenjazzjoni tad-dmirijiet ta’ dawn, lanqas ma għandu, bir-rispett kollu lejħ, jidħol l-Onor. Membru Interpellant. Lil hinn minn dan kollu m'iniex dispost li nwieġeb fuq familjari t’ebda mid-diversi Avukati Ġenerali li servew lill-Istat Malti f’dawn l-aħħar żminijiet, uħud minnhom ukoll għal għaxar snin jew iżjed, u f’diversi perjodi taħt amministrazzjonijiet varji. Ħadt m’għandu jkun soġġett għal kwalunkwe forma ta’ diskussjoni politika abbażi tal-fatt li huwa qarib ta’ persuna jew persuni li jkunu servew lill-Istat Malti.