Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs mill-Junior College fis-sena skolastika 2025-2026?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti li waqfu matul is-sena skolastika msemmija kien ta’ 101 student. Minnhom 77 student kienu tal-ewwel sena u 24 student tat-tieni sena.
Testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Anzjani
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru t’anzjani, 'il fuq minn 61 sena, li attendew għall-ewwel darba għal testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm rikbu passiġġieri minn u lejn Ta’ Qali fuq ir-rotot diretti numri 403 u 405 matul dawn l-aħħar ħmistax-il ġurnata, maqsuma ġurnata b’ġurnata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar ħmistax-il ġurnata qabel it-tqegħid ta’ din il-mistoqsija, ir-rotta 403 intużat minn total ta’ 801 il-passiġġier, filwaqt li r-rotta 405 intużat minn total ta’ 450 il-passiġġier.
Monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Anzjani
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru t'anzjani, 'l fuq minn 61 sena, li sena b'sena attendew b’mod regolari għall-monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Persuni bejn is-36 u l-61 sena
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' persuni bejn is-36 u l-61 sena li sena b'sena attendew b’mod regolari għall-monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn –Persuni bejn is-36 u l-61 sena
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni bejn is-36 u l-61 sena li attendew għall-ewwel darba għal testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Żgħażagħ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ żgħażagħ bejn l-20 u l-35 sena li sena b'sena attendew b’mod regolari għall-monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Żgħażagħ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ żgħażagħ bejn l-20 u l-35 sena li attendew għall-ewwel darba għal testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Adoloxxenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' adoloxxenti li sena b'sena attendew b’mod regolari għal monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Adoloxxenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ adoloxxenti bejn it-13 u d-19-il sena li attendew għall-ewwel darba għal testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Segwitu, monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Tfal
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ tfal taħt it-12-il sena li attendew b’mod regolari għal segwitu, monitoraġġ jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Tfal
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ tfal taħt it-12-il sena li attendew għall-ewwel darba għal testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħ’Attard – Berġa tas-Saħħa – Sistemi komputerizzati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-Berġa tas-Saħħa ta' Ħ'Attard għadha b'sistema komputerizzata primittiva? Jista' jgħid meta dawn is-sistemi ħa jinbidlu u x'investiment se jsir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħ’Attard tuża l-istess infrastruttura tal-IT bħal kull berġa komunitarja u ċentru tas-saħħa ieħor fi ħdan is-servizz tal-Kura Primarja. Dan jinkludi wkoll l-użu tas-Sistema Elettronika tar-Rekords tal-Pazjenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kull meta jkun hemm tabib fil-Berġa tas-Siġġiewi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità tas-Siġġiewi is-servizz tat-Tabib tal-Familja jiġi offrut darbtejn fil-ġimgħa, nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Tlieta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi tas-saħħa jingħataw fil-Berġa tas-Siġġiewi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità tas-Siġġiewi hemm tliet kmamar kliniċi li fihom jiġu offruti diversi servizzi għall-klijenti tad-Dipartiment għall-Kura tas-Saħħa Primarja. Il-Klinika toffri servizz ta’ Tabib tal-Familja, servizz ta’ Infermiera, servizz ta’ Flebotomija (tneħħija tad-demm), servizz ta’ Speech Language Pathology, servizzi ta’ Podjatrija, servizzi ta’ Fiżjoterapija u servizz ta’ Psikoloġija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx infermiera speċjalizzati fil-qasam tal-mediċina li jaħdmu fiha bħal pereżempju fil-kardjoloġija jew ġerantoloġija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fl-affermattiv.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk jingħatawx għajnuniet finanzjarji fil-qasam tal-volontarjat u jekk iva, kemm u f’liema oqsma jingħataw?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet volontarji jifforma parti integrali mill-ħidma tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. Dan l-appoġġ jingħata permezz ta’ diversi skemi, fondi u inizjattivi li jitħabbru pubblikament minn żmien għal żmien fuq il-portal tal-MCVS.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vapuri li jtajru l-bandiera Maltija maqbuda fl-istrett ta’ Hormuz?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum hemm 26 bastiment irreġistrati taħt il-bandiera Maltija li jinsabu fil-Golf Persjan u 3 bastimenti fil-Golf ta’ Oman (fuq iż-żewġ naħat tal-Istrett ta’ Hormuz). Madankollhu. dan ma jfissirx li huma kollha maqbulin fiż-żona tal-kunflitt.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq il-manutenzjoni tal-proprjetajiet li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali fuq il-manutenzjoni tal-proprjetajiet li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar minn Jannar tal-2025 sal-24 ta’ Gunju 2026 kienet ta' €4,676,400.14.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar li saritilhom manutenzjoni fuqhom mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar wettqet xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq total ta' 1,603 proprjetà minn Jannar tal-2025 sal-24 ta’ Ġunju 2026.