Legislature:
Category:
Reset
Active:

Terapija tat-tfal – Nuqqas ta’ kunsens mill-ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ terapija għal tfal f’sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika li ma tkomplewx minħabba nuqqas ta' kunsens minn wieħed mill-ġenituri f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Terapija tat-tfal – Riskji ta’ safeguarding

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra tibdil fil-liġi biex, meta jkun hemm riskji ta’ safeguarding identifikati mill-professjonisti, it-terapija tat-tfal tkun tista' tibda anke jekk ma jkunx ingħata l-kunsens miż-żewġ ġenituri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Vetturi bi pjanċi barranin – Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lil vetturi bi pjanċi barranin mill-uffiċjali tal-infurzar tal-LESA, Transport Malta u l-Pulizija mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li skond is-sistema elettronika LES, in-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw lil vetturi bi pjanċi barranin mill-uffiċjali tal-infurzar tal-LESA u l-Pulizija mis-sena 2025 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2026 kien kif jidher fit-tabella.  Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Entita 2025 2026* Total LESA 1270 970 2240 Pulizija 91 68 159 *Sa Ottubru 2026

Terapiji relatati ma’ trawma minn vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tifel u tifla qed jistennew terapija relatata ma’ trawma minn vjolenza domestika? Jista’ jgħid ukoll x'passi qed jieħu l-Gvern biex jiżgura li dawn it-tfal jingħataw intervent kmieni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Tfal esposti għal vjolenza domestika – Terapija speċjalizzata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-medja tal-‘waiting time’ biex tifel jew tifla li jkunu esposti għal vjolenza domestika jingħataw terapija speċjalizzata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Manteniment tat-tfal – Ħlas mill-Istat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra mudell fejn l-Istat iħallas il-manteniment lit-tfal minnufih u mbagħad jirkupra s-somma mingħand il-ġenitur responsabbli, kif isir f'pajjiżi bħall-Iżvezja u d-Danimarka? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx xi studju dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż ta' sistema bħal din f'Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kura, manteniment u kustodja tat-tfal hija r-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kustodja tagħhom.

Manteniment tat-tfal – Każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm każijiet ta' manteniment tat-tfal jinsabu pendenti quddiem il-Qorti bħalissa? Jista’ jgħid ukoll x'kienu l-itwal u l-iqsar perjodu ta’ stennija matul l-aħħar ħames snin, sakemm ingħatat deċiżjoni f’każijiet ta’ dan it-tip?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema kawżi ta’ manteniment qed jirreferi. Jekk hux dawk quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali jew quddiem il-Qorti tal-Familja.

Pakketti ta’ ikel provduti mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna rċeviet pakkett ta’ ikel provdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat, matul is-snin 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Akkomodazzjoni soċjali – Kuntratti ffirmati qabel l-2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li kienu ffirmaw kuntratt biex jidħlu f’unit t’akkomodazzjoni soċjali f’April 2022, u li sa ftit tal-jiem ilu kienu għadhom jistennew appartament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li mill-applikanti li ġew allokati unit t’ akkomodazzjoni soċjali f’April 2022, 11-il applikant esprimew ix-xewqa li jiġu kkunsidrati għal allokazzjoni f’lokalità oħra.

Persuni li jgħixu fi djar perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex informazzjoni ta’ persuni li qegħdin jgħixu fi djar mimlija perikli u jekk iva, kemm hu l-ammont?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkwilini huma obbligati jirrappurtaw lill-Awtorità tad-Djar kwalunkwè ħsara strutturali jew kundizzjoni li tista’ toħloq periklu fil-proprjetà li jgħixu fiha. Ir-rapporti jistgħu jsiru permezz tas-servizz tal-Customer Care tal-Awtorità kif ukoll permezz tas-servizzi online disponibbli għal dan il-għan. L-Awtorità tad-Djar għandha proċedura stabbilita biex tirċievi, tivvaluta u tinvestiga dawn ir-rapporti, u tieħu l-azzjoni meħtieġa skont in-natura u l-gravità tal-każ, inkluż, fejn ikun meħtieġ, it-twettiq ta’ xogħlijiet urġenti jew ta’ emerġenza. Sa fejn huwa magħruf lill-Awtorità, ma hemm l-ebda każ fejn residenti jkunu tħallew jibqgħu jgħixu f’proprjetà identifikata bħala strutturalment perikoluża mingħajr ma ttieħdet l-azzjoni meħtieġa, inkluż it-twettiq ta’ xogħlijiet urġenti jew ta’ emerġenza fejn dawn ikunu meħtieġa. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu għarfien ta’ każijiet partikolari fejn hemm persuni li qed jgħixu f’kundizzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ periklu u li dawn il-każijiet għadhom ma ġewx miġjuba għall-attenzjoni tal-Awtorità tad-Djar, ikun apprezzat jekk jingħataw id-dettalji rilevanti lill-Awtorità sabiex tkun tista’ tieħu l-passi meħtieġa mingħajr dewmien.

Awtorità tad-Djar – Tiswijiet ta’ djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru tiswijiet ta’ djar li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar, minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra,  li tinkludi rendikont ta’ kull sena minn Jannar 2024 sa Ottobru 2026.

Akkomodazzjoni soċjali – Applikazzjonijiet mhux proċessati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali li ma setgħux jiġu pproċessati minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2024 , kien hemm 1251applikazzjonijiet li ma setgħux jiġu pproċessati peress li ma kinux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti għall-eliġibbiltà. Barra minn hekk, kien hemm każijiet oħra li għadhom fil-proċess ta’ verifika u evalwazzjoni, kif ukoll każijiet li ġew riferuti lill-Bord ta’ Reviżjoni wara li tressqu oġġezzjonijiet mill-applikanti u li għadhom qed jistennew deċiżjoni.

Każijiet ta’ żgumbrament

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru każijiet ta’ żgumbrament mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Sabiex tkun tista’ tingħata tweġiba preċiża għall-mistoqsija parlamentari, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema tip ta’ każijiet ta’ żgumbrament qed jirreferi.

Akkomodazzjoni soċjali – Condominiums – Rapporti ta’ mġiba ħażina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm rapporti ta’ mġiba ħażina f’binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali marbuta ma’ condominiums?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sabiex tingħata t-tweġiba meħtieġa, huwa mitlub jispeċifika l-perjodu jew is-sena li għalihom jirreferi n-numru mitlub.

Akkomodazzjoni soċjali – Kuntratti ffirmati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iffirmati kuntratti għal units tal-akkomodazzjoni soċjali mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-2024 sal-aħħar ta' Settembru, ġew iffirmati 1,162 kuntratt ġdid.

Qtugħ tal-konsum tal-elettriku minħabba raġunijiet ta’ ħlas

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm djar li nqatagħlhom il-konsum tal-elettriku minħabba raġunijiet ta’ ħlas mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li qabel jiġi sospiż is-servizz, il-kumpanija ARMS tibgħat ittra u anke tagħmel kuntatt mal-konsumatur permezz tat-telefon. F’każ li dan ma jkunx f’pożizzjoni li jħallas il-pendenzi li jkollu f’daqqa, l-kumpanija toffrilu l-possibbiltà li jiffirma kuntratt biex iħallas l-arretrati b’rati mensili. Kemm-il darba mbagħad jibqa’ ma jħallasx il-kontijiet li jkunu pendenti, l-ARMS ma jkollhiex triq oħra għajr dik li jiġi sospiż is-servizz, bħala l-aħħar riżorsa. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-iskema Benefiċċju tal-Enerġija joffri għajnuna fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji bi dħul baxx jew li jkollhom każ soċjali. Ninsab infurmata li n-numru ta’ djar li nqatgħalhom il-konsum tal-elettriku minħabba raġunijiet ta’ ħlas huma kif ġejjin: 668 fis-sena 2022; 912 fl-2023; 375 fl-2024; 410 fl-2025; u 280 sal-aħħar t’Ottubru 2026.

Employee Support Programme

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew segwiti każijiet għall-Employee Support Programme minn Diċembru 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fl-2026 kien hemm 351 (sa 23/10/2026) li ammonaw għal 5600 sessjoni (sa 28/10/2026).