Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex jirrikonoxxi formalment il-kunċett ta' post-separation abuse u violence by proxy fil-politika u l-proċeduri tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji dwar dak li qed jirreferi.
Terapija tat-tfal – Nuqqas ta’ kunsens mill-ġenituri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ terapija għal tfal f’sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika li ma tkomplewx minħabba nuqqas ta' kunsens minn wieħed mill-ġenituri f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra tibdil fil-liġi biex, meta jkun hemm riskji ta’ safeguarding identifikati mill-professjonisti, it-terapija tat-tfal tkun tista' tibda anke jekk ma jkunx ingħata l-kunsens miż-żewġ ġenituri?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lil vetturi bi pjanċi barranin mill-uffiċjali tal-infurzar tal-LESA, Transport Malta u l-Pulizija mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li skond is-sistema elettronika LES, in-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw lil vetturi bi pjanċi barranin mill-uffiċjali tal-infurzar tal-LESA u l-Pulizija mis-sena 2025 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2026 kien kif jidher fit-tabella. Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Entita
2025
2026*
Total
LESA
1270
970
2240
Pulizija
91
68
159
*Sa Ottubru 2026
Terapiji relatati ma’ trawma minn vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tifel u tifla qed jistennew terapija relatata ma’ trawma minn vjolenza domestika? Jista’ jgħid ukoll x'passi qed jieħu l-Gvern biex jiżgura li dawn it-tfal jingħataw intervent kmieni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tfal esposti għal vjolenza domestika – Terapija speċjalizzata
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-medja tal-‘waiting time’ biex tifel jew tifla li jkunu esposti għal vjolenza domestika jingħataw terapija speċjalizzata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra mudell fejn l-Istat iħallas il-manteniment lit-tfal minnufih u mbagħad jirkupra s-somma mingħand il-ġenitur responsabbli, kif isir f'pajjiżi bħall-Iżvezja u d-Danimarka? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx xi studju dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż ta' sistema bħal din f'Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kura, manteniment u kustodja tat-tfal hija r-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kustodja tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm każijiet ta' manteniment tat-tfal jinsabu pendenti quddiem il-Qorti bħalissa? Jista’ jgħid ukoll x'kienu l-itwal u l-iqsar perjodu ta’ stennija matul l-aħħar ħames snin, sakemm ingħatat deċiżjoni f’każijiet ta’ dan it-tip?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lil Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema kawżi ta’ manteniment qed jirreferi. Jekk hux dawk quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali jew quddiem il-Qorti tal-Familja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna rċeviet pakkett ta’ ikel provdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat, matul is-snin 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Akkomodazzjoni soċjali – Kuntratti ffirmati qabel l-2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li kienu ffirmaw kuntratt biex jidħlu f’unit t’akkomodazzjoni soċjali f’April 2022, u li sa ftit tal-jiem ilu kienu għadhom jistennew appartament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li mill-applikanti li ġew allokati unit t’ akkomodazzjoni soċjali f’April 2022, 11-il applikant esprimew ix-xewqa li jiġu kkunsidrati għal allokazzjoni f’lokalità oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex informazzjoni ta’ persuni li qegħdin jgħixu fi djar mimlija perikli u jekk iva, kemm hu l-ammont?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkwilini huma obbligati jirrappurtaw lill-Awtorità tad-Djar kwalunkwè ħsara strutturali jew kundizzjoni li tista’ toħloq periklu fil-proprjetà li jgħixu fiha. Ir-rapporti jistgħu jsiru permezz tas-servizz tal-Customer Care tal-Awtorità kif ukoll permezz tas-servizzi online disponibbli għal dan il-għan.
L-Awtorità tad-Djar għandha proċedura stabbilita biex tirċievi, tivvaluta u tinvestiga dawn ir-rapporti, u tieħu l-azzjoni meħtieġa skont in-natura u l-gravità tal-każ, inkluż, fejn ikun meħtieġ, it-twettiq ta’ xogħlijiet urġenti jew ta’ emerġenza.
Sa fejn huwa magħruf lill-Awtorità, ma hemm l-ebda każ fejn residenti jkunu tħallew jibqgħu jgħixu f’proprjetà identifikata bħala strutturalment perikoluża mingħajr ma ttieħdet l-azzjoni meħtieġa, inkluż it-twettiq ta’ xogħlijiet urġenti jew ta’ emerġenza fejn dawn ikunu meħtieġa.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu għarfien ta’ każijiet partikolari fejn hemm persuni li qed jgħixu f’kundizzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ periklu u li dawn il-każijiet għadhom ma ġewx miġjuba għall-attenzjoni tal-Awtorità tad-Djar, ikun apprezzat jekk jingħataw id-dettalji rilevanti lill-Awtorità sabiex tkun tista’ tieħu l-passi meħtieġa mingħajr dewmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru tiswijiet ta’ djar li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar, minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi rendikont ta’ kull sena minn Jannar 2024 sa Ottobru 2026.
Akkomodazzjoni soċjali – Applikazzjonijiet mhux proċessati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali li ma setgħux jiġu pproċessati minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2024 , kien hemm 1251applikazzjonijiet li ma setgħux jiġu pproċessati peress li ma kinux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti għall-eliġibbiltà. Barra minn hekk, kien hemm każijiet oħra li għadhom fil-proċess ta’ verifika u evalwazzjoni, kif ukoll każijiet li ġew riferuti lill-Bord ta’ Reviżjoni wara li tressqu oġġezzjonijiet mill-applikanti u li għadhom qed jistennew deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna żaret l-uffiċini tal-Awtorità tad-Djar mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru każijiet ta’ żgumbrament mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Sabiex tkun tista’ tingħata tweġiba preċiża għall-mistoqsija parlamentari, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema tip ta’ każijiet ta’ żgumbrament qed jirreferi.
Akkomodazzjoni soċjali – Condominiums – Rapporti ta’ mġiba ħażina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm rapporti ta’ mġiba ħażina f’binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali marbuta ma’ condominiums?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sabiex tingħata t-tweġiba meħtieġa, huwa mitlub jispeċifika l-perjodu jew is-sena li għalihom jirreferi n-numru mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iffirmati kuntratti għal units tal-akkomodazzjoni soċjali mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-2024 sal-aħħar ta' Settembru, ġew iffirmati 1,162 kuntratt ġdid.
Qtugħ tal-konsum tal-elettriku minħabba raġunijiet ta’ ħlas
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm djar li nqatagħlhom il-konsum tal-elettriku minħabba raġunijiet ta’ ħlas mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant li qabel jiġi sospiż is-servizz, il-kumpanija ARMS tibgħat ittra u anke tagħmel kuntatt mal-konsumatur permezz tat-telefon. F’każ li dan ma jkunx f’pożizzjoni li jħallas il-pendenzi li jkollu f’daqqa, l-kumpanija toffrilu l-possibbiltà li jiffirma kuntratt biex iħallas l-arretrati b’rati mensili. Kemm-il darba mbagħad jibqa’ ma jħallasx il-kontijiet li jkunu pendenti, l-ARMS ma jkollhiex triq oħra għajr dik li jiġi sospiż is-servizz, bħala l-aħħar riżorsa.
Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-iskema Benefiċċju tal-Enerġija joffri għajnuna fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji bi dħul baxx jew li jkollhom każ soċjali.
Ninsab infurmata li n-numru ta’ djar li nqatgħalhom il-konsum tal-elettriku minħabba raġunijiet ta’ ħlas huma kif ġejjin: 668 fis-sena 2022; 912 fl-2023; 375 fl-2024; 410 fl-2025; u 280 sal-aħħar t’Ottubru 2026.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew segwiti każijiet għall-Employee Support Programme minn Diċembru 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fl-2026 kien hemm 351 (sa 23/10/2026) li ammonaw għal 5600 sessjoni (sa 28/10/2026).