L-Isptar Mater Dei – Clerks – Ħlas għall-użu tal-parkeġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex membri tal-istaff li jaħdmu bħala clerks ingaġġati mill-kuntrattur qed jintalbu jħallsu l-użu tal-parkeġġ fl-Isptar Mater Dei meta jkunu qed jaqdu dmirhom fis-settur pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni dwar din il-materja ma ttieħditx mill-Isptar Mater Dei. Ma' dawn il-ħaddiema, l-isptar mexa mal-obbligi kuntrattwali tiegħu.
Ir-Rabat, Malta – Limiti ta’ Santa Katerina – Materjal li tneħħa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tneħħa materjal li ġie mormi illegalment, magħruf bħala barriera, fil-limiti ta' Santa Katerina, limiti tar-Rabat, Malta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit għadu qed jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet b’mod kontinwu, kemm permezz ta’ CCTV kif ukoll bi spezzjonijiet mill-uffiċjali tal-infurzar. Ninsab infurmata li l-filmati tas-sigurtà jikkonfermaw li l-operatur qed jaderixxi mal-projbizzjoni imposta mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li ma jidħolx aktar materjal ġewwa s-sit. Infurmata li l-materjal kompla jonqos, però l-volum tiegħu diffiċli jiġi kwantifikat peress li dan qed jiġi riċiklat fis-sit stess. Apparti dan, l-Awtorità għall Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qed jistennew figuri konklussivi mill-perit tal-operatur, li mbagħad jiġu konfermati mill-awtoritajiet rilevanti, sabiex jindika l-volumi fuq is-sit.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament ma' konsulent tal-ortopedija u kemm hi twila l-waiting time?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-appuntamenti mal-konsulenti tal-Ortopedija jingħataw skont il-prijorità klinika u d-disponibbiltà tal-klinika. Kull riferta tiġi skedata fl-iqsar żmien possibbli skont il-ħtiġijiet kliniċi tal-pazjent.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għall-operazzjoni tat-tunsilli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 145 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal proċeduri relatati mal-uroloġija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 198 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Operazzjonijiet relatati mal-ispina tad-dahar – Appuntamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal operazzjonijiet relatati mal-ispina tad-dahar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 259 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament tal-bunion surgery?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 142 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal operazzjoni tal-kataretti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 111 -il pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal hip replacement?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 185 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal knee replacement?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 413-il pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet relatati mal-irkoppa f'dawn l-aħħar tliet xhur, maqsuma bejn dawk magħmula fl-isptarijiet pubbliċi u dawk li qed jsiru fil-privat imħallsa mis-settur pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ operazzjonijiet relatati mal-irkoppa rreġistrati li saru bejn Jannar u April 2026, jidhru fit-tabella hawn taħt:
Total Number of Procedures performed at MDH & Outsourced in the Private Sector
Descriptive category
Jan-April 2026
Total knee replacement
366
Revision of knee replacement
10
Arthroscopy (with or without meniscectomy, cruciate surgery or other procedures)
312
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru MRIs minn Jannar sa Lulju 2026, maqsuma xahar b'xahar u skont kull magna li qed tintuża bħalissa fis-settur pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Infakkar li l-Gvern illum joffri tliet MRIs fl-Isptar Mater Dei li qed jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 t'ijiem fil-ġimgħa, servizz ta' MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, servizz tal-MRI fiċ-Ċentru Ċensu Moran u magna tal-MRI fir-Residenza San Vinċenz.
GOZO MRI
MDH
MRI (1/2/3)
Vincent Moran MRI
SVPR
MRI
TOTAL
Total
(Jan – July 2026)
5,250
18,289
1,102
651
25,292
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni jistennew għal appuntament ta' MRI?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-preżent hemm 76 pazjent li ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Ikun hemm bosta raġunijiet għala il-perjodu ta’ stennija jkun itwal minn dak stipulat. Imma nserraħ ras lill-Onor. Interpellant li kull talba għall-MRI urġenti issir fl-iqsar żmien possibbli.
Il-Gvern illum joffri tliet MRIs fl-Isptar Mater Dei li qed jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 t'ijiem fil-ġimgħa. Introduċejna MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, servizz tal-MRI fiċ-Ċentru Ċensu Moran u servizz ta’ MRI fir-Residenza San Vinċenz.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex persuna tingħata l-injection magħrufa bħala 'Ozempic' b'xejn mill-formularju?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel pass ta’ din l-istrateġija relatata mal- użu tal- GLP-1 agonists, huwa ffukat fuq pazjenti bid dijabete tat Tip II (T2DM) li qed jiffaċċjaw l-isfidi serji tal obeżità severa b’ Body Mass Index (BMI) ta’ 40 jew iktar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li bbenefikaw mill-injection Ozempic b'xejn, minn meta ddaħħlet fil-formularju?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta tħabbar f’April li għadda li l-Gvern jinsab fi stadju avvanzat sabiex jintroduċi terapiji bbażati fuq GLP-1 agonists, kompliet issir il-ħidma meħtieġa biex din l-inizjattiva titwettaq b’suċċess. Il-proċess ta’ implimentazzjoni sabiex dawn l-injezzjonijiet ikunu introdotti fil-formularju tal-Gvern għaddej b’mod strutturat u bl-isforzi kollha sabiex dan il-pass importanti, li mistenni jolqot madwar elfejn pazjent fil-fażijiet inizjali tiegħu, jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-waiting list ta' anzjani li qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1,666 anzjan li applika u qed jistenna biex jidħol f’dar tal-anzjani f’Malta, filwaqt li hemm 89 individwu li qed jistenna biex jidħol San Vinċenz de Paul.
Saħħa pubblika – Infermiera – Transfers – Waiting list
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-waiting list għal transfers ta' infermiera minn post tax-xogħol għall-ieħor fis-settur tas-saħħa pubblika?