Ir-Rabat Malta — Kulleġġ San Nikola - Skola Primarja B
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-rinovazzjoni tal-Iskola Primarja B, parti mlil-Kulleġġ San Nikola fir-Rabat Malta? Meta huwa ppjanat li jkun lest? Meta ser jidħlu l-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fl-Iskola Primarja B fir-Rabat, Malta, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola, jinsab għaddej skont kif ppjanat bil-fażi ta’ kostruzzjoni mistennija tkun lesta fix-xhur li ġejjin. Wara din il-fażi jibdew ix-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll dawk ta’ finishes.
Hu mistenni li din l-iskola tilqa’ l-ewwel studenti tagħha, fil-bidu tas-sena skolastika 2023-24
Sptar Mater Dei, Sptar Monte Karmeli u Kura Primarja Teknoloġija fiż-żamm tal-istorja medika tal-pazjenti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, liema forma teknoloġika qed tintuża minn professjonisti biex tinżamm l-istorja medika tal-pazjent fl-Isptar Mater Dei, fil-Kura Primarja u fl-Isptar Monte Karmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-professjonisti f’Mater Dei għandhom aċċess għar-riżultati tal-investigazzjonijiet tad-demm, tar-radjoloġija u tal-kardjoloġija, id-discharge letter, mediċina, dettalji tal-operazzjonijiet u dokumentazzjoni oħra minn sistemi elettroniċi aċċessibli mill-isptar. Fid-Dipartiment tal-Kura Primarja jinżammu f’format elettroniku permezz tal-Electronic Patient’s Record IT System (EPR). Is-sistema tal-EPR tifforma parti mill-viżjoni tal-Gvern li jgħaqqad is-sistemi tal-IT flimkien fi ħdan il-proġett ERDF CONvErGE. Għalkemm fl-isptar Monte Karmeli, preżentament l-istorja medika tal-pazjent tinżamm b’mod manwali fuq files għal kull pazjent rispettiv, għaddej il-proċess sabiex l-istorja medika tal-pazjenti tibda tinżamm permezz ta’ sistema elettronika.
Pain Clinic — waiting list għall-injection tal-uġigħ
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-mistoqsija kemm hi twila l-waiting list biex tingħata appuntament għall-injezzjoni tal-uġigħ fil-Pain Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-medja ta’ żmien ta’ stennija minn meta il-konsulent jara l-pazjent fl-outpatients sa meta jkollu l-proċedura tal-pain management hija ta’ 83 ġurnata. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, il-proċedura ssir minnufih.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hi twila l-waiting list għal assessjar ortopediku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal- 4 ta’ Mejju ta’ din is-sena, n-numru ta’ persuni li għandhom appuntamenti ġodda bbukjati fl-Orthopaedic outpatients (generali) huma 1062 u medja ta’ żmien ta’ stennija bejn id-data tal-booking u d-data attwali tal-appuntament hija 85 gurnata.
Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, il-pazjenti jaraw l-ispeċjalista mill-illum għal għada jew fl-ewwel out-patients clinic li jkun imiss.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-mistoqsija, kemm hi twila l-waiting list għal assessjar b’MRI fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja ta’ hin (abbazi ta’analizi sat-30 t’April 2022) meta jigi mitlub MRI scan (ghal kazijiet ta’ rutina fuq bażi Outpatient), u meta jigi meħud huwa ta’ erba’ (4) xhur.
Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, l-MRI isir mill-iktar fis possibbli.
Sptar Mater Dei — qasam ortopediku - assessjar ta' ultrasound
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-mistoqsija kemm hi twila l-waiting list biex isir assessjar permezz ta’ Ultrasound fil-Qasam Ortopediku fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja ta’ħin (abbażi ta’analizi sat-30 t’April 2022) minn meta jiġi mitlub Ultrasound scan tat-tip ‘musculoskeletal’ (għal każijiet ta’ rutina fuq bazi Outpatient), u meta jigi meħud huwa ta’ erba (4) xhur.
Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, dan isir mill-iktar fis possibbli.
Trasferiment ta' infermiera minn Sptar Mater Dei għal Kura Primarja
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il infermier ġie trasferit mill-Isptar Mater Dei lejn il-Kura Primarja fis-snin 2021 u 2022, maqsuma xahar b’xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Lulju, f’Settembru u Ottubru tal-2021 kien hemm infermiera waħda għal kull xahar rispettivament li ġiet trasferita mill-Isptar Mater Dei lejn il-Kura Primarja filwaqt li f’Jannar ta’ din is-sena kien hemm 5.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega x’inhu l-pjan biex fl-Isptar Mater Dei jerġa’ jinfetaħ il-Psychiatric Unit li kien ingħalaq minħabba l-pandemija COVID-19, speċjalment issa li d-Deputat Prim Ministru kien qal li aħna bħala pajjiż ħriġna mill-istess pandemija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li inghalqet is-Psychiatric Unit ta’ Mater Dei, kazi akuti ta Mard Mentali li jidhlu permezz tal-emergenza jinghataw kura minn tim psikjatriku residenti f’Mater Dei. Pazjenti ohra li il-kura psikjatrika taghhom hija parti minn kura holistika ta’ mard iehor xorta jinghataw kura f’Mater Dei. Sa dan it-tant servizz gdid fejn team ta’ professjonisti jara kazi akuti godda fil-kommunita u hafna drabi fid-dar tal-pazjent stess qed iwassal biex anqas pazjenti ikunu riferuti lejn l-isptar Monte Karmeli.
Ħaddiema barranin ingaġġati fis-settur tas-saħħa — taħriġ fil-lingwa Maltija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed isir taħriġ tal-lingwa Maltija lill-ħaddiema ta’ nazzjonalitajiet barranin li jiġu ingaġġati bħala ħaddiema fis-settur tas-saħħa? Jekk iva, ta’ liema livell huwa l-Malti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ħaddiema ta’ nazzjonalitajiet barranin li jiġu ingaġġati mal Ministeru għas-saħħa huma mitluba li jtemmu b’ suċċcess kors ta’ taħriġ fl-ilsien Malti. Dan huwa wieħed mill- kundizzjonijiet imni¿¿lin fil-kuntratt tal-impieg tax-xogħol. Dan il-kors li huwa organizzat mill- Universita ta’ Malta. Hemm ¿ewg livelli ta’ dan il-kors, maqsum f’¿ewg partijiet. It-tobba, l-ispi¿jara u d-dentisti huma obbligati jgħaddu mi¿-¿ewġ livelli tal-kors u l-kumplament tal-impjegati jridu jgħaddu mill-ewwel livell biss.
L-Universita ta’ Malta ilha għaddejja b'dawn il-korsijiet għal madwar seba’ (7) snin pero’ l-impjegati jistgħu jattendu kors tal-Malti x’imkien i¿da jridu jgħaddu mill-e¿ami tal-Universita’ ta’ Malta.
I¿-¿ewġ taqsimiet huma ta' Livell Introduttorju B fil-Qafas tal-Kwalifiki ta' Malta (MQF).
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti indikazzjoni ċara ta' meta dawk il-mediċini li jintużaw ta' kuljum minn eluf ta’ nies minħabba saħħa mentali, liema mediċini ġew identifikati mill-esperti fis-saħħa mentali hekk kif mitlub mill-istess ministru, ser jiddaħħlu fuq il-formularju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal-liema mediċini qiegħed jirreferi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-'outpatients block’ ġdid li kellu jinbena qrib l-Isptar Mater Dei u meta ser ikun qed jinfetaħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tim responsabbli minn dan il-proġett qieghed f’diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Kuntratti dwar it-tfassil tat-tender documents.