Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux ser tiġi estiża l-għajnuna finanzjarja li ngħatat biex setgħet titħaddem il-linja ta’ għajnuna 1770? Jekk iva, sakemm ser tiġi estiża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-linja ta’ għajnuna 1770 ġiet introdotta fi ¿mien il-COVID 19, u issa is-sitwazzjoni hija aktar ikkontrollata xorta qed jiġi evalwat l-aħjar mod kif is-Servizzi għas-Saħħa Mentali tinvesti sabiex tibqa’ tiġi pprovduta l-għajnuna meħtieġa lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
Servizzi ta' għajnuna għas-Saħħa Mentali għaż-żgħażagħ bejn it-13-il u s-17-il sena
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma s-servizzi li qed jingħataw bħalissa lill-persuni li jbatu minn saħħa mentali li għandhom bejn it-13 u s-17-il sena? Jista’ jgħid f’liema residenzi jinżammu dawn il-persuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk li għandhom bejn it-13 u s-17-il sena li huma l-aktar fi kri¿i u jehtiegu aktar kura bhala in-patients jiddaħħlu fit-taqsima ta¿-zgħa¿agħ, YPU. Il-YPU tinsab barra l-MCH u tipprovdi kura lill-persuni taħt it-18-il sena. Il-pazjenti jiġu vvalutati u jitfassal pjan ta’ Kura tal-Pazjent individwali biex jiġu identifikati l-bżonnijiet taghhom. Il-pazjenti jiġu ttrattati u kkurati kif meħtieġ bil-ħsieb li l-pazjenti jiġu riabilitati lura fi ħdan il-komunità.
Crisis Intervention and Home Treatment
huwa servizz ibba¿at fuq il-komunità fejn il-professjonisti joffru servizzi ta’ sensibilizzazzjoni multidixxiplinarji lil ¿għa¿agħ taħt it-18-il sena fir-residenza personali tal-pazjenti. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu offruti wkoll f’ambjenti komunitarji u segwiti fi kliniċi tal-
out-patient
.
Liaison services huma servizzi offruti mit-Tim Multi-Dixxiplinari tal-YPU flimkien mat-
Servizzi ta' Emerġen¿a Psikjatriċi tat-tfal u adoloxxenti. Dan huwa servizz immexxi minn infermier ibba¿at fid-Dipartiment tad-dħul u l-Emerġen¿a ta l-Isptar Mater Dei. ¯għa¿agħ sa 18-il sena li jiddaħħlu b’emerġenza f’Mater Dei minħabba problemi ta saħħa mentali jiġu evalwati u jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Jiġi mfassal pjan individwali tal-pazjent ibba¿at ukoll fuq l-aspett bijopsikosoċjali ħolistiku tal-individwu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx waiting list għall-kura fil-Qasam tas-Saħħa Mentali fi tfal ta’ taħt it-13-il sena, adolexxenti bejn it-13 u s-17-il sena u adulti ta’ 'l fuq minn 18-il sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-pazjenti kollha diġa għandhom l-ewwel appuntament skedat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kaw¿a tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’ka¿ ta’ diffikultà ulterjuri. Ninfurmah ukoll illi l-haddiema professjonisti li jaħdmu fis-servizz tas-saħħa mentali jiehdu tahrig iktar profond minn hekk.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Kunsill Lokali Ħad-Dingli — miżati għas-sessjonijiet tal-Pilates
Question
Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex kien hemm żieda sostanzjali fil-miżata tas-sessjonijiet tal-Pilates offruti mill-Kunsill Lokali Ħad-Dingli? Jista' jikkonferma ż-żieda kemm kienet? Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll kif qed jinqasam il-qligħ miġbur minn dawn is-sessjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li ninsab infurmat li l-għalliema tal-Pilates in kwistjoni għolliet il-prezz tagħha. Informat ukoll li l-Kunsill imminimizza t-telf tiegħu fuq dan is-servizz sabiex dan l-istess servizz jiġi kważi break-even.
Kunsili li m’għandhomx fejn isiru sessjonijiet ta' keep fit
Question
Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjan biex Kunsilli li m’għandhomx binja fejn jospitaw korsijiet jew sessjonijiet ta’ keep fit, pilates, yoga jew oħrajn, jistgħu jagħmlu użu minn swali ta’ skejjel fl-irħula rispettivi tagħhom? Jekk iva, meta ser jibda dan l-arranġament u f’liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Kunsill Lokali
Il-Kunsill Lokali tagħkom għandu pjan biex jekk ma għandkomx binja fejn jospitaw korsijiet jew sessjonijiet ta’ keep fit, pilates, yoga jew oħrajn, jistgħu jagħmlu użu minn swali ta’ skejjel fil-lokal rispettiv tagħkom? (IVA/LE)
Jekk IVA, Meta ser jibda dan l-arranġament?
Birkirkara
IVA
Infurmat li fil-Binja tal-Kunsill Lokali hemm post fejn isiru l-korsijiet u nfurmat li l-Kunsill ghandu arrangament ma’ skola tal-gvern
Ħad Dingli
IVA
Infurmat li l-Kunsill ghandu binja Devoluta lilu fejn isiru dawn il-korsijiet
Ħal Għargħur
IVA
Infurmat li diġa jsiru diversi sessjonijiet fil-Sala tal-Komunita' tal-Kunsill Lokali Ħal Għargħur.
Ir-Rabat
IVA
Infurmat li l-Kunsill rispettiv ser jiddiskutu dan waqt il-laqgħa tal-Kunsill peress li nfurmat li l-Kunsill ma setax jibda qabel minħabba l-miżuri tal-Covid 19
Santa Venera
IVA
Infurmat mill-Kunsill li l-arranġament diġa qed iseħħ.
Tas-Sliema
IVA
Infurmat mill-Kunsill li l-arrangament beda fis-segwenti data: 21.06.2022
Swieqi
IVA
Infurmat mill-Kunsill li diġa qegħdin isiru arrangementi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fil-Berġa ta’ Ħad-Dingli lanqas hemm printer biex l-ispeech language pathologists ikunu jistgħu jipprintjaw rapporti relatati mal-pazjenti tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika diġitali tal-Gvern hi illi fejn jista’ jkun immorru fid-direzzjoni ta’ paperless.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta ser jibda jkun possibbli li familjari (aktar minn persuna waħda) ikunu jistgħu jżuru persuna rikoverata fl-isptar flimkien, issa li d-Deputat Prim Ministru qed jgħid li l-pajjiż ġie lura għan-normal wara l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-Tnejn 23 ta’ Mejju ta’ din is-sena, il-visiting hours tal-isptar Mater Dei reġgħu ġew lura għan-normal, mit-Tnejn sal-Ħadd mill-mill-11.30am sas-1.00pm u mit-3.00pm sat-8pm.
Kliniċi tal-Kura Primarja — pazjenti li waqgħu minn fuq couches
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat seħħewx xi inċidenti fi kliniċi ġodda ta’ fiżjoterapija fil-Kura Primarja fejn pazjenti waqgħu minn fuq couches ġodda? Saret inkjesta dwar x’wassal għal dan u jekk hux minnu li d-disinn tal-couches mixtrija kienx ta’ standard skont il-health and safety protocols?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-multidisciplinary couches inxtraw fuq l-ispecifications li kienu maħruġa mill-esperti tekniċi tat-Taqsima tal-Biomedical ta’ Mater Dei, u kollha huma iċċertifikati u commissioned qabel ma ġew imqassma.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 455, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jinfetaħ l-outpatients block ġdid f'Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol preparatorju fuq il-proġett massiv tal-outpatients block huwa avvanzat tant illi bħalissa qed jigi preparat it-tender document b’diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-kuntratti.
Trasferiment ta' infermiera minn Sptar Mater Dei għal Kura Primarja
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 451, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li ma sarux trasferimenti oħrajn ta' infermiera mill-iSptar Mater Dei lejn il-Kura Primarja fis-snin 2021 u 2022 apparti x-xhur ta' Lulju, Settembru u Ottubru 2021 u Jannar 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 451.
B'referenza gaħt-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 450, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irreżenjaw infermiera sena b'sena mill-2017 sal-2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 450
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u kif inxtrat is-sistema li ser tintuża minn pazjenti ta’ taħt il-21 sena li jbatu mid-Dijabete Type 1, magħrufa bħala Dexcom App? Jista’ jelabora fuq liema sistemi ta’ telefon ċellulari ser tintuża? Huwa minnu li biex taħdem din il-mobile app, it-telefon ċellular irid ikun partikolari u dawn m’għadhomx jiġu ċċirkolati faċilment u li din l-app ma taħdimx fuq ħafna mill-mudelli tat-telefon ċellular ġodda? Teżisti xi tip ta’ ‘update’ biex tintuża fuq telefons ċellulari ġodda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pazjenti dijabetici tat- tip 1 ta taħt il-21 sena huma kollha intitolati u l-maġġoranza diġa għandhom Continuous Glucose Monitor .
Il-maġġoranza tat-telephones moderni huma kompatibbli mad-
dexcom .
Is-sistema ta’
Continuous Glucose Monitor
ta’
Dexcom
intghazlet wara proċess kompetittiv li huwa parti minn mekkani¿mu ta’ innovative procurement.
Ir-Rabat — Triq tat-Tabija - Solar Car Charging Unit
Question
Tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għaliex is-solar car charging unit fi Triq tat-Tabija r-Rabat Malta mhux qed taħdem, wara li ġiet installata inqas minn sena ilu? Huwa minnu li ħafna mix-xhur ma kinetx qiegħda taħdem? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll kull meta qed isiru testijiet fuqha biex ikun żgur li din qed taħdem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-charging pillar in kwistjoni mhix waħda minn dawk li kienu installati mill-Ministeru tiegħi iżda mil-Ministeru ta’ Trasport.
Sptar Mater Dei — Kamra għall-pazjenti b'aġitazzjoni severa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti indikazzjoni ċara ta' meta l-kmamar li jistgħu jinżammu fihom pazjenti b’aġitazzjoni severa fl-Isptar Mater Dei, li kienu ġew maħsuba biex isiru ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza u ġewwa xi swali oħra, ser isiru ,peress li dan hu urġenti għax l-istess pazjenti aġitati, pazjenti oħra u ħaddiema, qed jitpoġġew f’riskju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-isptar Mater Dei diġa attrezzat b’zewġ kmamar li fihom jin¿ammu pazjenti b’aġitazzjoni severa.