Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex fil-każ ta’ IVF, il-blood test ‘Hepatits B core antibody’ ma jistax isir wara li jkun ġie ffriżat l-embrijun ġaladarba dan it-test, jekk ikun pożittiv, jibqa’ pożittiv għal dejjem?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant li t-testijiet kollha fir-rigward ta’ ċelloli riproduttivi (Ii jintużaw fl-IVF) jsiru kif mitlub mir- Regolamenti dwar il-Kwalità u s-Sigurezza tat-Tessut u ċ-Ċelloli Leġiżlazzjoni Sussidjarja 483.01.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent ġie trattat għall-IVF u jekk saritx il-proċedura tal-PGT minn meta ddaħħlet fil-liġi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu twaqfet l-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijun fl-2013 u bdew jinzammu r-reġistri kif mitlub mill-Liġi, saru total ta’ 2678 procedura tal-IVF. Rigward il-PGT Testing, waqt li l-liġi daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Lulju 2022, qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex jitwaqqaf laboratorju ġdid sabiex dawn isiru f’Malta.
Egg donors u embrijuni li nġibu minn barra minn Malta
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk inġibux egg donors jew embrijuni minn barra minn Malta f’dawn l-aħħar tliet xhur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum l-ebda klinika Maltija ma għandha liċenzja biex tgħamel distribuzzjoni jew importazzjoni ta’ Oocytes ta’ donaturi terzi.
Raħal Ġdid – Ftuħ ta’ Dipartiment tal-Emerġenza ġdid – ingaġġ ta’ infermiera
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega x’inhu l-pjan biex jingaġġa infermiera biex jiftaħ emerġenza ġdida f’Raħal Ġdid, meta hemm problema ta’ infermiera diġà fl-emerġenza eżistenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ppjanat li wħud mill-Infermiera li bħalissa qegħdin fil-Kura tas-Saħħa Primarja jiġu offruti taħriġ fil-kura ta’ emerġenza matul ix-xhur li ġejjin.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex twaqqaf iċ-ċans li nursing aide fl-Isptar Monte Carmeli jkun jista’ jaħdem sigħat żejda bħala 'time in lieu'?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema nursing aide qiegħed jirreferi.
Sptar tal-Onkoloġija u Sptar Mater Dei – servizz ta’ nurse navigator
Question
Jista' d-Deputat Prm Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta beda s-servizz ta' 'nurse navigator' fl-Onkoloġija u fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jispjega kemm hemm infermiera ingaġġati b'dan it-titlu u minn meta bdew kull wieħed?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tan-Nurse Navigator beda b’servizz ta ‘Practice Nurse’ waħda tal-kanċer tal-musrana l-kbira. Dan l-ingaġġament kien f’Novembru ta’ 2016 u s-servizz beda f’Marzu ta’ 2017.
Dan is-servizz kompla jiġi estiż matul dawn l-aħħar snin u preżentament id- Direttorat tal-‘Cancer Care Pathways’ għandu ingaġġati miegħu disa' (9) Nurse Navigators – tnejn għall-kanċer tal-musrana l-kbira, waħda għall-kanċer tal-pulmun, waħda għal kanċer tal-prostata, wieħed għal kanċer uroloġiċi oħra (kidneys, bladder, penile, testes), waħda għall-kanċers tal-ġinekoloġija, waħda għall-kanċer gastro-intestinali u ħepato-biliary, waħda għall-kanċer tar-ras u l-għonq, kif ukoll waħda għall-kanċer tas-sider , skont it-tabella hawn taht mehmuża.
It-Tabella ta’ taħt turi kull servizz tan-Nurse Navigator kif ukoll meta kull servizz beda, dan wara li sar perjodu ta’ xhur ta’ taħriġ estensiv f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
Servizzi tat-Tim tan-Nurse Navigators
Dati meta beda kull servizz tan-Nurse Navigators
Kanċer tal-Musrana l-kbira (Kolorettali)
L-ewwel Nurse Navigator
kolorettali - Marzu 2017
It-tieni Nurse Navigator
kolorettali - Ottubru 2017
Kanċer tal-Pulmun
Frar 2018
Kanċer tal-Prostata
Lulju 2018
Kanċer tal-Ġinekoloġija
Lulju 2019
Kanċer tal-Uroloġija (Kidneys, Bladder, Penile, Testes)
Mejju 2021
Kanċer r tar-Ras u l-Għonq
Frar 2021
Kanċer Gastro-intestinali u Hepato-Biliary
Marzu 2021
Kanċer tas-Sider
Bħala proġett pilota - Ġunju 2022
Jista' l-Ministru jgħid jekk Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, hijiex triq arterjali/distributorja u jekk din hijiex koerenti man-North West local plan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm tat-Tramuntana NWTR7 li kien sar fl-2006 kien pjan lokali propost fil-kuntest ta’ programm ta Struttura. Din il-proposta relatata ma’ Vjal il–Ħaddiem qatt ma kienet aċċettata/diskussa mal-Awtoritatjiet u issa l-pjan ġie mibdul bil-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u Żvilupp. Vjal il-Ħaddiem mhux klassifikata la bħala triq arterjali u lanqas distributorja f’dan il-pjan.
Persuni ta’ nazzjonalità barranija li jaħdmu fi sptarijiet jew kliniċi Maltin — kuntratt ta’ xogħol
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega jekk ħaddiema ta' nazzjonalità barranija jkollhomx kuntratt ta' xogħol għal sena jew definit/indefinit meta jibdew jaħdmu fl-isptarijiet/kliniċi
Maltin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ħaddiema ta' nazzjonalità barranija jkollhom kuntratt indefinit, sakemm ma jkunux tobba li ġew impjegati għal-perjodu definit sabiex jimlew vakanza b’mod temporanju
Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda tintuża u x'ħinijiet tinfetaħ l-għassa ta' Ħad-Dingli? Jista' jgħid jekk hux se jsir xi rinovar f'din l-għassa minħabba l-istat li tinsab fiha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-residenti ta’ Ħad-Dingli jgawdu mis-servizz ta’ Community Policing li wassal għal servizz aħjar tal-Pulizija f’din il-lokalità, b’kollaborazzjoni mal-komunità. Ninsab infurmat ukoll illi l-għassa tal-Pulizija f'Ħad-Dingli hi waħda mill-għasses sekondarji li tinfetaħ skont l-esiġenzi tas-servizz. Ukoll, f’din il-lokalità ssir ronda regolari permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-RIU, li bejniethom jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija f’din il-lokalità. Dan barra mis-sistema elettronika hemm installata mal-istess għassa, fejn il-pubbliku jista' jaqbad mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, minn fejn tiġi koordinata kull talba għal kull assistenza, jekk din ma tkunx għaddiet mill-Community Police.
Tista' l-Ministru tispjega xi tfisser it-terminoloġija 'diżabilità severa'?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-definizzjoni ta’ diżabilità hi kif mogħtija fl-Att dwar il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Kap. 627 tal-Liġijiet ta’ Malta, li daħlet fis-seħħ f’Malta fis-sena 2021, u li hi marbuta ma’ dak li tgħid il-Konvenzjoni f’Artiklu 1.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2201, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux infermier biss se jkun preżenti meta ċ-Ċentri tas-Saħħa jiftħu l-Ħdud u
l-Festi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirrerferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn mehmuża li tindika s-servizzi mogħtija matul il-Ħdud u l-Festi fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Iċ-Ċentri tas-Saħħa li jiftħu 24 siegħa kuljum (24/7)
Professjonisti fil-Kura tas-Saħħa presenti matul il-ħin tal-ftuħ fil-Ħdud u l-Festi
-Floriana
-Mosta
-Raħal Ġdid
Victoria, Għawdex
Tobba u Infermiera
Mosta H/C
Radiographer
Iċ-Ċentri tas-Saħħa l-oħrajn
Professjonisti fil-Kura tas-Saħħa presenti matul il-ħin tal-ftuħ fil-Ħdud u l-Festi
-Gżira
Infermiera bejn 7am - 8pm.
Tobba bejn it-8.00am – 5.00pm
-Bormla
-Qormi
-Rabat
-Kirkop
Infermiera bejn 7am - 8pm.
- B`Kara
Bħalissa magħluqa peress li għaddej il-programm ta’ immodernizzar. Il- kumplament tas-servizzi qed jiġu offruti miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana u tal-Gżira.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2205, jista' l-Ministru jispjega min ħallas għax-xogħlijiet li kellhom jerġgħu jsiru biex issewwiet Triq it-Tiġrija wara li ġie kkonfermat li x-xogħol ma sarx kif suppost? Jista’ jpoġġi dokumenti dwar dan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-każ li “x-xogħol ma sarx kif suppost”, imma l-ħsara f’parti żgħira minn din it-triq ġrat minħabba għargħar u l-ammont kbir ta’ ilma li ġie f’daqqa minn taħt il-wiċċ tat-triq, bil-konsegwenza li ġarr miegħu ħafna mill-materjal tal-bażi. Ġaladarba ma kienx każ li sar xogħol ħażin, it-tiswija saret minn Infrastructure Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2206, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex it-taraġ fi Triq Doni, ir-Rabat ma sarlux railing biex ikun aċċessibbli? Jista’ jgħid jekk hux se jsir railing biex isir aċċessibbli?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru 3466 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li l-mediċina 'Xeralto' tingħata lil aktar pazjenti mill-ewwel 10,000 ruħ u kif se jseħħ dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2698.
Ir-Rabat — Telgħa tas-Saqqajja – Xogħlijiet fit-taraġ
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2455, jista' l-Ministru jispjega jekk il-proġett tat-Taraġ tas-Saqqajja, fir-Rabat, Malta tlestiex u jekk le, meta se jitlesta u x'fadal isir?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-parti l-kbira tal-proġett huwa lest, jonqos li jitwaħħlu partijiet żgħar mill-poġġaman u xogħol ta’ tisbiħ li jinkludi t-tqegħid ta’ ħamrija u tħawwil t’arbuxelli. Il-proġett għandu jkun lest sa nofs dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-frekwenza tal-karozza tal-linja 186? Jista’ wkoll jispjega jekk isirx monitoraġġ li jkunu qed isiru t-traġitti kollha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-frekwenza fuq ir-rotta 186 hija ta’ kull 30 minuta. Ninforma wkoll li se jsir monitoraġġ sabiex jiġi determinat li r-rotot isiru skont il-frekwenza stabbilita.