GU Clinic – Każijiet ta’ mard trasmess b’mod sesswali – New Cases
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ mard trasmess b’mod sesswali li ġew dijanjożati bħala ‘new case’ fil-GU Clinic?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar sa Ġunju 2026, l-unità nazzjonali tas-sorveljanza (IDCU) ġiet notifikata b’557 każ ta’ infezzjonijiet trażmessi sesswalment mill-klinika GU.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex mhux qed jingħataw Epipens lill-adulti, kif kien imwiegħed qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2026?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-prodott Adrenaline Autoinjecter għall-użu mill-adulti, wara li ġie introdott fuq il-Formularju tal-Gvern, qed jiġi fornut regolarment mill-POYC fuq ordni tal-ispiżerija u l-intitolament rispettiv tal-pazjent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ reserved blue badge parkings, komunali u personalizzati, li ġew approvati f’Marzu, April, Mejju u Ġunju 2026, maqsuma lokalità b’lokalità?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati reserved blue badge parkings minn Ġunju 2025 sa Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu reserved personalizzati u mhux communial?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li minn Ġunju 2025 sa Ġunju 2026, kien hemm total ta’ 696 parkeġġ riservat għall-Blue Badge Holders li minnhom 545 kienu parkeġġi riservati personaliżżati. Dawn il-permessi ħarġu wara li l-applikanti kollha għaddew minn proċess ta’ skrutinju minn bord mediku maħtur mill-Aġenzija Sapport.
Tista’ l-Ministru tgħid kull meta saret spezzjoni u/jew manutenzjoni fil-lift tal-Foss tal-Imdina u l-ispejjeż li kienu involuti, matul dawn l-aħħar sentejn?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-ħalib PaediaSure li tqassam mill-POYC matul Lulju 2026 kellu data ta’ skadenza ta’ 07/2026 meta l-pazjenti normalment jingħataw provvista li tkun maħsuba biex isservihom għal xahrejn?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw tobba, infermiera, Allied Health Professionals (AHP) f'kull grad, mis-settur pubbliku bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar b'xahar?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa l-waiting time minn meta tiġi reġistrata letter of referral għall-Orthopaedics sa meta l-konsulent jara lill-pazjent?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proċess ta’ ġestjoni tar-referrals għall-Orthopaedics, ir-referrals kollha jiġu vvalutati mill-konsulenti skont il-prijorità klinika qabel ma jiġu appuntati. Għaldaqstant, iż-żmien ta’ stennija għal vista jvarja skont in-natura tal-każ, il-proċess ta’ vetting u d-disponibbiltà tal-appuntamenti tal-konsulent rispettiv.
L-Isptar Mater Dei - Emerġenza - Pjan ta’ estensjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-pjan ta' estensjoni tal-Emerġenza, meta hu ppjanat li jkun lest u b’kemm ser ikunu qed jiżdiedu s-sodod ta' emerġenza?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan dwar l-espansjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza u Sptar Akut tas-Saħħa mentali diġa` ġew imħabbra. Ix-xogħol mistenni jibda matul ix-xahar t'Awwissu u mistenni jdum tlett snin biex jitlesta. Għal parti l-oħra tal-mistoqsija, permezz ta' dan il-proġett l-ammont ta' "cubicles" se jkunu qed jirduppjaw minn 32 għal 70 "cubicle". Se jiżdiedu wkoll il-"cubicles" tal-Emerġenza Pedjatrika.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm uffiċjali tas-sigurtà kienu jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jixtri s-servizz abbażi ta’ siegħat meħtieġa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm laqgħu persuni għal trattamenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, is-swali li ġew inawgurati fl-Isptar Mount Carmel ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ Mejju 2026?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Mejju sad-9 ta’ Lulju 2026, il-pazjenti li ddaħħlu f’Admission Ward 1 u Admission Ward 2 kienu jammontaw għal 53 u 50 rispettivament.
L-Isptar Mater Dei - Swali li mhux qed jiffunzjonaw
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex swali li ġew inawgurati fl-Isptar Mater Dei ġimgħa qabel l-elezzjoni ta’ Mejju 2026, għadhom mhux qed jiffunzjonaw?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan biex iċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana jerġa’ jinfetaħ fl-intier tiegħu u jekk iva, jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna ġiet ingaġġata mas-settur pubbliku fil-qasam tas-saħħa bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?