Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mount Carmel – sistema ġdida tas-sigurtà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li l-Isptar Mount Carmel ikollu sistema ġdida ta’ sigurtà fir-rigward tal-entratura fis-swali u tiġi modernizzata b’cards li bihom kulħadd ikollu aċċess skont il-bżonn ta’ xogħlu jew bħala pazjent?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5301.

Sptar Mount Carmel – pjan ta’ riġenerazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjan ta’ riġenerazzjoni hemm fir-rigward tal-kwalità u s-sigurtà tal-ispazji miftuħa fl-Isptar Mount Carmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala sigurtà qed ikollna Security Guards jagħmlu rondi u sorveljanaza regolari u qed isir ukoll rinovazzjoni ta’ ġnien Terapewtiku u tal-ġnien tal-YPU li ser ikunu mgħammrin b’sigurtà ta’ kwalità għolja.

Sptar Mount Carmel – proġett ta’ rinnovazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ma sarx dokument uniku bħala viżjoni għall-proġett ta’ rinnovazzjoni tas-swali fl-Isptar Mount Carmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rinovazzjoni u r-rijabilitazzjoni tal-isptar Monte Karmeli qiegħed isir skont pjan olistiku maqbul mal- management tal-isptar.

Proċess ta’ service agreement

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex stenna li jagħlaq ‘is-service agreement’ f’Settembru 2022 biex beda proċess biex isir kuntratt ġdid? Fiex wasal il-proċess u sakemm jinbeda l-kuntratt ġdid, kif ser jitmexxa dak preżenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jidentifika għal liema service agreement qed jirreferi?

Kuntratt tas-servizzi tas-sigurtà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex hemm kuntratt skadut tas-servizzi tas-sigurtà, anke wara l-estensjonijiet li ngħataw sa Marzu 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema kuntratt qed jirreferi.

Twaħħil ta’ CCTV cameras

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twaħħlu sistemi tal-kameras tas-sigurtà (CCTVs) f’dawn l-aħħar erba’ snin? Jista’ jgħid f’liema swali twaħħlu u f’liema le?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema entita’ qiegħed jirreferi għaliha.

Sistema ta’ cameras ċentralizzata

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex is-sistema tal-cameras (CCTV) mhix waħda ċentrali iżda waħda individwali? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan u meta se jsir biex ikun hemm sistema ċentralizzata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema entita’ qiegħed jirreferi għaliha.

Sptar Mount Carmel – sistemi ta’ cameras tas-sigurtà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk twaħħlux sistemi ta’ cameras tas-sigurtà ġodda fil-ġonna biswit is-swali tal-Isptar Mount Carmel fl-aħħar erba’ snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar erba snin twaħħlu numru ta’ cameras tas-sigurta fil grounds ta’ l-isptar u ġew upgraded xi wħud mil-cameras tal-Main Garden.

Sptar Mater Dei – Hospitality Lounge – finanzjar għall-proġett ta’ rinnovazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kien iffinanzja l-proġett ta’ rinnovazzjoni tas-sala Hospitality Lounge fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett ta’ rinnovazzjoni tas-sala Hospitality Lounge fl-Isptar Mater Dei, kien iffinanzjat minn fondi nazzjonali.

Kura tas-saħħa mentali — Pjan għal sptar temporanju

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-pjan biex isir sptar temporanju għall-kura tas-saħħa mentali, għall-perjodu sakemm isir dak ġdid ippjanat mill-Gvern, li għadu lanqas beda u ser jieħu fit-tul biex jitlesta, ġie mwarrab u b’hekk qed ibati l-pazjent?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-Tender għall-kiri ta’ bini bil-għan li jintuża bħala sptar temporanju li jospita pazjenti akuti bi problemi ta’ saħħa mentali inħareg f’Marzu 2022. L-Ebda waħda mis-sottomessjonijiet minn naħa tal-offerenti ma leħqet ir-rekwiżiti. Bħalissa għaddej il-proċess biex joħroġ tender ġdid.

Sptar Mount Carmel – rinnovazzjoni ta’ swali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sala fl-Isptar Mount Carmel ġiet rinnovata kompletament fl-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid liema huma dawn is-swali?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar ħames snin Sala Tabiba Maria Sciberras u Dar Sebħ Ġdid ġew renovati kompletament. Kif ukoll is-sezzjoni tal-Isolation tas- Sala San Ġorg Preca u hemm xogħlijiet li għadhom għaddejjin. ¯ewġt iswali (Block 1) – xogħolijiet strutturali waslu fi stadju avvanzat. Meta dawn jitlestew jibdew M&E u l-finishes. FW8 : għaddejjin xogħolijiet strutturali FW7 : qed isiru diskussjonijiet rigward pjanar u disinn tas-sala skond il-b¿onnijiet tal-pazjenti. FW2 : xogħolijiet strutturali tlestew u għaddejjin xogħolijiet ta’ M&E u finishes. Block 6 : tlesta d-disinn ta’ dawn iz-¿ewġt iswali u ġiet sottomessa l-applikazzjoni l-Awtorita tal-Ipjanar.

Sptar Mount Carmel – rinnovazzjoni tas-swali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sala fl-Isptar Mount Carmel għaddejja minn rinnovazzjoni, liema huma u f’liema stat ta’ rinnovazzjoni waslu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 5288

Sptar Mount Carmel – rinnovazzjoni tas-swali – trasferiment tal-pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn ġew trasferiti l-pazjenti mill-Isptar Mount Carmel waqt li qed isir ir-rinnovar tal-iswali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peres li l-istrateġija tas- Servizzi tas-Saħħa Mentali tħaddan il-prinċipju li l-kura l-aħjar li tingħata fil- kommunita’, waqt li qed isir ir-rinnovar tal-iswali, l-pazjenti ġew trasferiti għal Hostels, djar tal-anzjani u San Vincenz de Paule. Pazjenti bi problemi ta’ disabilita’ intelletwali ġew transferiti għal Casa Nuovo.

Sptar Mount Carmel – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi xogħlijiet fis-swali dedikati lill-CCF fl-Isptar Mount Carmel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li saru diversi xogħolijiet fis-Sala prinċipali u d-dormitorji tal-Forensic Unit fl-isptar Monte Karmeli mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Apparti x-xogħol ta’ żebgħa u manutenzjoni, twaħħlu wkoll 2 air-conditioners fl-istess sala, inbidel is-suffitt tas-saqaf kollu, u twaħħlu fire alarms ġodda, wara li dawk li kien hemm kienu qdiemu u ma kienux qed jiffunzjonaw tajjeb. Twaħħlu wkoll sistemi ta’ kameras ġodda bin-night vision, zoom-in-system u nbiddlu s-servers għal servers akbar. Inbidel ukoll is-sett tat-televiżjoni għal wieħed akbar u nqalgħu x-xawers li kienu bil-madum, u minflok saru bil-vinyl għal raġunijiet ta’ iġene u sigurtà fil-konfront ta’ nies li jippruvaw iweġġgħu lilhom infushom. Inħoloq ukoll xawer ieħor ġewwa s-Secure Observation Rooms. Bħalissa qed jigi mwaħħal diviżorju fejn il-priġunieri ser ikollhom aċċess aħjar għall-bitħa, fejn ser ikun jista’ jgħaddi stretcher f’każ ta’ eventwalità.

Ċentri tal-Komunità – professjonisti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-professjonisti li jaħdmu fiċ-ċentri tal-komunità jew il-bereġ humiex assenjati full-time għal dan ix-xogħol/lokazzjoni, jew jinqalgħux mix-xogħol tagħhom fiċ-Ċentri tas-Saħħa biex jagħtu servizz hemmhekk?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-professjonisti li jaħdmu fiċ-Ċentri tal-Komunità huma kollha impjegati tal-Primary HealthCare assenjati ‘full time’ għall-dan ix-xogħol specifiku.

Ministeru għas-Saħħa – baġit għal Stewards/Vitals għall-Orthotic u Prosthetic Unit

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-baġit min-naħa tal-Ministeru għas-Saħħa u Stewards/Vitals (separatament) għall-Orthotic u Prosthetic Unit f’dawn l-aħħar għaxar snin, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed impoġġi fuq il-medja tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnu.

Kuntratt ta’ kiri ta’ ambulanzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippubblika l-kuntratt tal-kiri ta’ ambulanzi li qed jintużaw fis-settur pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Infermiera, allied health professionals u tobba li rriżenjaw minn xogħolhom

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw infermiera, Allied Health Professionals u tobba minn xogħolhom mas-Servizz Pubbliku f’dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm minnhom ma kinux?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed impoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnu.

San Vinċenz de Paul – daycare – infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx transfers interni ta’ infermiera biex jaħdmu fid-daycare tar-residenza tal-anzjani San Vincenz De Paul li qed jistennew li jiġu proċessati? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ilhom u jekk sarux xi transfers ta’ infermiera biex jaħdmu f’dan id-daycare f’dawn l-aħħar disa’ snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministeru konċernat.

Sptar Mater Dei – pultruni barjatriċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pultruna barjatrika (li tiflaħ nies ta’ piż għoli) hemm preżentement fl-Isptar Mater Dei u fejn huma allokati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Mater Dei hemm żewġ pultruni barjatrika, u dawn jinżammu fid-dipartiment tal-Biomedical Engineering biex ikunu għad-dispożizzjoni ta’ minn ikollu bżonn fl-iswali.