Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjonijiet tal-hip replacement – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila, bħala ġranet, il-waiting list biex issir proċedura ta’ hip replacement u kemm hemm persuni jistennew għal din il-proċedura sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal din il-proċedura aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 126, waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-pandemija kellha impatt drastiku fuq l-operat normali tal-isptar, li naturalment ħalla effett fuq il-listi ta’ stennija kollha.

Korrezzjoni tal-bunion – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila, bħala ġranet, il-waiting list biex issir proċedura tal-korrezzjoni tal-bunion u kemm hemm persuni jistennew għal din il-proċedura sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal din il-proċedura aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 133. Waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-pandemija kellha impatt drastiku fuq l-operat normali tal-isptar, li naturalment ħalla effett fuq il-listi ta’ stennija kollha.

Appuntamenti mal-pain clinic – waiting list

Question

Jista’d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila, bħala ġranet, il-waiting list biex isir appuntament il-Pain Clinic u kemm hemm persuni jistennew għal dan l-appuntament sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li qed jistennew għal dan l-appuntament huma 216.

Ultrasound guided infiltration fid-dahar – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila, bħala ġranet, il-waiting list biex issir proċedura ta’ ultrasound guided infiltration fid-dahar (back), u partijiet oħra tal-ġisem u kemm hemm persuni jistennew għal din il-proċedura sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 221 persuna fuq il-lista ta’ stennija biex isirlhom Xray-guided back infiltration. Iż-żmien medja ta’ stennija mill-appuntament fl-Outpatients mal-ispeċjalista tal-Pain Clinic sa kemm issir il-proċedura huwa ta’ tliet xhur.

Community Mental Health Clinics — staff

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm staff f’kull Community Mental Health Clinic u xi grad huma?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' staff f’kull Community Mental Health .

Community Mental Health Clinics — appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il appuntament ġie bbukkjat f’kull Community Mental Health Clinic fis-snin 2021 u 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li appuntamenti bbukkjati f’kull Community Mental Health Clinic fis-snin li talab hu jinsabu fil-listi t'hawn taħt:. 2021 Booked Appointments MHCs 2021 Appointments Attended Qormi Mental HC 6698 4836 Paola Mental HC 3301 2266 Cospicua Mental HC 2865 2638 Mtarfa Mental HC 4975 3445 Floriana Mental HC 4599 2522 Mosta / Qawra Mental HC 1117 1004 2022 Booked Appointments MHCs 2022 Appointments Attended Qormi Mental HC 5855 3879 Paola Mental HC 3921 2518 Cospicua Mental HC 3187 2929 Mtarfa Mental HC 6494 4194

Floriana Mental Health Community Clinic – aċċess għall-persuni bi problemi ta’ mobbiltà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Floriana Mental Health Community Clinic hijiex aċċessibbli għall-persuni bi problemi ta’ mobbiltà?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Floriana Mental Health Community Clinic tipprovdi servizz totali għal persuni bi problemi ta' mobilità, billi tarahom fis-sular ta' isfel.

Kliniċi tas-Saħħa Mentali – pjan ta’ tkabbir

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed isir pjan ta’ tkabbir fi kliniċi tas-saħħa mentali li huma żgħar fid-daqs għall-użu tagħhom, bħal dawk fl-Imtarfa, Bormla u l-Mosta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-klinika tal-Imtarfa kellha żieda ta' kamra oħra għal persuni bi problemi tas-saħħa mentali. Kif ukoll il-kamra li kienet tintuża darbtejn fil-ġimgħa, għal Gender Clinic, issa qed tintuża wkoll għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, peress li l-Gender Clinic mxiet għal lokalità oħra. Hemm ukoll pjan ta' tkabbir fil-klinika tas-saħħa mentali ta' Bormla.

Sptar Mount Carmel – nefqa kapitali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex u f’liema settur, mis-sena 2021 għas-sena 2022 in-nefqa kapitali tal-Isptar Mount Carmel naqset minn €4 miljun għal €2 miljun?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa kapitali tal-Isptar Mount Carmel tvarja minn sena għall-oħra skont il-proġetti kapitali li jkunu proġettati li se jingħalqu f’dik is-sena.

Pazjenti li ma ngħatawx kimoterapija minħabba nuqqas ta’ provvista

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm persuni, u kemm kienu l-persuni affettwati, li ma ngħatawx xi tip ta’ kimoterapija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija minħabba nuqqas ta’ provvista?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm pazjenti li ma ngħatawx it-trattament tagħhom fil-perjodu indikat.

Mental Health Services – allokazzjoni ta’ flus

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex l-allokazzjoni li kien wiegħed fl-2018, dik ta’ €30 miljun sal-2032, għall-Mental Health Services s’issa laħqet biss it-€18.5 miljun u kemm ser jiġi investit fis-sena d-dieħla biex ilaħħaq ma’ din il-wegħda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jippreċiza għal liema allokazzjoni sal-2032 qed jirreferi.

Ministeru għas-Saħħa – nefqa kapitali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex in-nefqa kapitali mwiegħda fl-2021, 2022 ma ntefqitx u x’sar minn dawn il-fondi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jidentifika għal liema nefqa kapitali qiegħed jirreferi.

Sptar Mount Carmel – nuqqas ta’ staff

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx nuqqas ta’ madwar 25% fl-istaff tal-Isptar Mount Carmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru tal-istaff allokat lis-servizzi tas- Saħħa Mentali kompla jiżdied kull sena, kemm dawk li huma impjegati mal-Gvern kif ukoll dawk li huma ingaġġati mal-Kuntrattur privat.

Mental Health Services – nuqqas ta’ staff

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx nuqqas ta’ madwar 20% fl-istaff bħala infermiera fil-Mental Health Services?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5306.

Sptar Mount Carmel – Viżti minn awdituri biex jassessjaw il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex meta ssir viżta minn awdituri fl-Isptar Mount Carmel biex jassessjaw il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema jkun hemm preżenti l-mexxejja tal-isptar u dan iwassal biex il-ħaddiema ma jkunux jistgħu jesprimu sew dak li jħossu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt żjarat mill-awdituri huwa meħtieġ li jkun hemm preżenti xi ħadt mill-management. Jekk xi ħadd mill-istaff jkun jixtieq jitkellem ma l-awdituri fil-privat, għandu kull possibbiltà li jagħmel dan mingħajr preżenza tal-management.

Mental Health Serices – pożizzjoni ta’ Communications Manager

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-pożizzjoni ta’ Communications Manager fil-Mental Health Services għadhiex vakanti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pożizzjoni li semma hu għadha vakanti.

Sptar Mount Carmel – sistemi ta’ cameras tas-sigurtà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-sistemi ta’ cameras tas-sigurtà fl-Isptar Mount Carmel jiġux aċċessati biss wara li jsir inċident jew jiġux iċċekkjati regolarment f’ħinijiet ‘live’?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Mount Carmel is-sistema tal-cameras tas-sigurtà tiġi ċċekkjata f’każ li jiġi mitlub footage għal kwalunkwe raġuni meħtieġa.

Sptar Mount Carmel – sistemi ta’ cameras tas-sigurtà – investiment

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex mhux qed isir investiment fuq il-cameras tas-sigurtà fl-Isptar Mount Carmel biex tiġi assigurata s-sigurtà tal-ħaddiema u pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-proċess ta’ refurbishment li qed isir fl-isptar Mount Carmel, cameras tas-sigurtà qed jiġu installati f’kull sala ġdida.

Persuni responsabbli miċ-ċwievet tas-swali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux il-ħaddiema tas-sigurtà jew in-nurses għandhom iċ-ċwievet tal-iswali u jista’ jgħid ukoll fejn jitħallew ladarba l-ħaddiem jispiċċa mix-xogħol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Intepellant illi ċ-ċwievet tas-swali jinżammu għand il-ħaddiema rispettivi li jaħdmu ġewwa s-swali. Dawn il-ħaddiema huma: Nursing Administration, Maintenance Administration u Pharmacy Administration.

Bdil fis-sigurtà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed isir biex ċwievet ‘master keys’ li ntilfu fis-snin li għaddew jiġu rikoverati, jew jekk sarx xi tibdil fis-sigurtà biex ma jkunx hemm xi inċidenti/abbużi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta jiġi rrappurtat li ntilfet ċavetta hekk msejħa master key, il-persuna rispettiva tintalab sabiex tmur tagħmel rapport l-għassa tal-pulizija. Bħala infurzar fis-sigurtà ġewwa s-swali li qed jiġu rinovati ħa tiġi introdotta s-sistema ta' Access cards.